Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42009D0541

    2009/541/KE,Euratom: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat- 8 ta' Lulju 2009 ħatra ta’ mħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 181, 14.7.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/541/oj

    14.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 181/25


    DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

    tat-8 ta' Lulju 2009

    ħatra ta’ mħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

    (2009/541/KE, Euratom)

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

    Billi, skont l-Artikoli 5 u 7, flimkien mal-Artikolu 47, tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara r-riżenja tas-Sur Daniel SVABY, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-bqija tal-mandat tas-Sur Daniel SVABY, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2010,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Juraj SCHWARCZ hu maħtur imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

    Il-President

    C. DANIELSSON


    Top