Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42006D0371

    Deċiżjoni meħuda bi qbil komuni mill-gvernijiet ta' l-istati membri li għandhom l-euro bħala l-munita tagħhom fil-livell tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tad- 19 ta' Mejju 2006 li taħtar Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

    ĠU L 136, 24.5.2006, p. 41–41 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 130–130 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/371/oj

    25.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    130


    DEĊIŻJONI MEĦUDA BI QBIL KOMUNI MILL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI LI GĦANDHOM L-EURO BĦALA L-MUNITA TAGĦHOM FIL-LIVELL TAL-KAPIJIET TA' STAT JEW TA' GVERN

    tad-19 ta' Mejju 2006

    li taħtar Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

    (2006/000/KE)

    IL-KAPIJIET TA' STAT JEW TA' GVERN TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA LI GĦANDHOM L-EURO BĦALA MUNITA TAGĦHOM,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 112(2)(b) u 122(4), u l-Artikoli 11.2 u 43.3 tal-Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

    Wara li kkunsidraw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (1),

    Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

    Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sinjur Jürgen STARK huwa b'dan maħtur bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew b'mandat ta' tmien snin li jibda japplika mill-1 ta' Ġunju 2006.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta' Mejju 2006.

    Il-President

    U. PLASSNIK


    (1)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 58.

    (2)  Opinjoni mogħtija fis-17 ta' Mejju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (3)  ĠU C 58, 10.3.2006, p. 12.


    Top