EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 41996D0409
96/409/CSFP: Decision of the Representatives of the Governments of the Member States, meeting within the Council of 25 June 1996 on the establishment of an emergency travel document
Id-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' L-Istati Membri Fil-Kunsill tal-25 Ġunju 1996 dwar l-istabbiliment ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar
Id-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' L-Istati Membri Fil-Kunsill tal-25 Ġunju 1996 dwar l-istabbiliment ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar
ĠU L 168, 6.7.1996, p. 4–11
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013
Official Journal L 168 , 06/07/1996 P. 0004 - 0011
Id-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' L-Istati Membri Fil-Kunsill tal-25 Ġunju 1996 dwar l-istabbiliment ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar (96/409/CFSP) IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA, F'LAQGĦA FIL-KUNSILL, L-Istati Membri konxji li l-ħolqien ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar b'format komuni liċ-ċittadini ta' l-Unjoni f'postijiet fejn dawk iċ-ċittadini ta' Stat Membru fil-bidu ma għandux rappreżentazzjoni diplomatika permanenti jew konsulari, jew f'ċirkostanzi oħra kif deskritti fir-regoli fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 8ċ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Jikkunsidra li l-ħolqien ta' dokument proviżorju komuni ta' l-ivvjaġġar għandu jipprovdi għajnuna ġenwina liċ-cittadini ta' l-Unjoni fil-bżonn. Konfidenti li l-ħolqien ta' tali dokument għalhekk jipprovdi prova ċara tal-vantaġġi li tkun ċittadin ta' l-Unjoni, IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Sstabbilit dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar, bil-format uniformi deskritt fl-Anness I, li jifforma parti integrali ta' din id-Deċiżjoni. Ir-regoli li jirregolaw il-ħruġ tad-dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar u l-miżuri ta' sigurtà dwaru huma mniżżla fl-Annessi II u III u jiffurmaw parti integrali ta' din id-Deċiżjoni. Ir-regoli u l-miżuri jistgħu jinbidlu bi ftehim unanimu ta' l-Istati Membri; liema emendi jiġu b'effett wara xahar ta' l-adozzjoni tagħhom kemm-il darba xi Stat Membru ma jagħmilx talba għal reviżjoni f'livell ministerjali. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol f'effett meta l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li l-proċeduri mitluba mis-sistemi legali tagħhom għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jkunu tlestew. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula il-Lussemburgu, il-25 Ġunju, 1996. Għall-Kunsill Il-President M. Pinto -------------------------------------------------- ANNEX IANNEXE IANEXO IBILAG IANLAGE IΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IIARSCRÍBHINN IALLEGATO IBIJLAGE IANEXO ILIITE IBILAGE I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II REGOLI LI JIRREGOLAW IL-ĦRUĠ TAD-DOKUMENT PROVIŻORJU TA' L-IVVJAĠĠAR 1. Dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar (ETD) il-format komuni tiegħu hu muri fl-Anness I hu dokument ta' l-ivvjaġġar li jista' jinħareġ għal vjaġġ wieħed lill-applikant għal Stat Membru ta' l-oriġini, pajjiż ta' residenza permanenti jew, eċċezjonalment, destinazzjoni oħra. Jista' jinħareġ lil ċittadini ta' nazzjonalità ta' l-Istati Membri bl-awtorità ta' l-Istat li ċ-ċittadin ikun ċittadin tiegħu'. 2. ETD jistgħu jinħarġu meta dawn il-kondizzjonijiet ikunu milqugħa: (a) ir-riċevitur għandu jkun ċittadin ta' Stat Membru li l-passaport tiegħu jkun tilfu, insteraq jew tqatta' jew temporjarjament mhux disponibbli. (b) hu/hi tkun fit-territorju ta' pajjiż fejn l-Istat Membru ta' oriġini tal-persuna ma jkollhiex l-ebda aċċess diplomatiku jew rappreżentanza konsulari bil-kapaċità li toħroġ dokument ta' l-ivvjaġġar jew, fejn l-Istat mhux b' mod ieħor rappreżentat, u (ċ) liċenza mill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tal-persuna tkun ingħatat. 3 Mhux ikun l-eqreb wieħed jekk awtorità oħra fir-reġjun tkun aktar xierqa. L-uffiċċju tal-ħruġ jiġbor mingħand l-applikant u jżomm dawk il-ħlasijiet u spejjeż li normalment jiġbru huma meta joħorġu passaport ta' emerġenza. Applikanti b'fondi insuffiċjenti biex ikopru spejjeż oħra lokali jirċievu, fejn jaqbel, il-fondi neċessarji bi ftehim ma' l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Istat Membru ta' oriġini fil-ħin ta' l-applikazzjoni. 4. ETD għandu jkun validu għal ftit aktar miż-żmien meħtieġ għat-tkomplija tal-vjaġġ li għalih ikun inħareġ. Fil-kalkulazzjoni taż-żmien, kompens għandu jingħata għall-waqfien neċessarju bil-lejl u sabiex isiru l-konnezzjonijiet ta' l-ivvjaġġar. 5. Għal skopijiet ta' reġistri, fotokopja ta' kull dokument maħruġ għandu jinżamm fl-uffiċċju tal-ħruġ u ieħor għandu jintbagħat lill-awtorità ta' l-Istat Membru ta' oriġini ta' l-applikant. 6. Kull Stat Membru jista' jestendi l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli lill-persuni oħra b'konnessjonijiet miegħu u liema hu jixtieq li jdaħħal. -------------------------------------------------- ANNESS III MIŻURI TA’ SIGURTÀ GHAL DOKUMENTI PROVIŻORJI TA’ L-IVVJAĠĠAR Dokumenti proviżorji ta’ l-ivvjaġġar (ETDs) ikunu magħmula u maħruġa b’konformità ma’ dawn il-miżuri ta’ sigurtà: 1. Qies Miftuħ: | 18 × 13 cm, | Magħluq: | 9 × 13 cm. | 2. Karta L-ETD għandhom ikunu stampati fuq karta ta’ sigurtà, mingħajr tlellix ottikali (approssimament 90 g/m2), tintuża filograna standard "CHAIN WIRES" legalment protetta għall-fabbrikazzjoni tad-dokument, b’żewġ ħjatiet invisibbli (blu u isfar, SSI/05) li jixgħel taħt dawl ultraviolet u reaġġent kontra tħassir kimiku. 3. Sistema ta’ numerazzjoni Kull Stat Membru għandu jipprovdi d-dokumenti b’sistema ċentrali numerika, flimkien ma’ l-inizjali ta’ l-Istat Membru li qiegħed joħorġu, kif ġej: Il-Belġju | = B | –[OOOOO] | Id-Danimrka | = DK | –[OOOOO] | Il-Ġermanja | = D | –[OOOOO] | Greċja | = GR | –[OOOOO] | Spanja | = E | –[OOOOO] | Franza | = F | –[OOOOO] | L-Irlanda | = IRL | –[OOOOO] | L-Italja | = I | –[OOOOO] | Il-Lussemburgu | = L | –[OOOOO] | L-Olanda | = NL | –[OOOOO] | L-Awstrija | = A | –[OOOOO] | Il-Portugall | = P | –[OOOOO] | Il-Finlandja | = FIN | –[OOOOO] | L-Isvezja | = S | –[OOOOO] | Ir-Renju Unit | = UK | –[OOOOO] | In-numru jrid ikun stampat b’tipi mbozzati f’paġni 1 u 4 tad-dokument, jintużaw karattri OCR-B, b’kulur iswed florixxenti taħt dawl UV. 4. It-twaħħil tar-ritratt tat-titular Ir-ritratt tat-titular għandu jitwaħħal sew mad-dokument li ma ma jkunx jista’ jitneħħa faċilment. Ir-ritratt għandu ikun laminat skond kif inhi l-prattika nazzjonali. Huwa mifhum li l-Istati Membri jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw ammont xieraq ta’ sigurtà għad-dokument 5. Ir-reġistrazzjoni tad-dettalji personali tat-titular Għandu ikun hemm trattament konsistenti fir-reġistrazzjoni tad-dettalji personali tat-titular fid-dokument ETD. Dawn id-dettalji jridu jiddaħħlu jew bil-kitba jew ittajpjati fuq il-foma, u għandha tkun laminata 6. Siġill ta’ l-awtorità tal-ħruġ Meta jinħareġ ETD, is-siġill ta’ l-awtorità tal-ħruġ għandu jsir parti fuq id-dokument u parti fuq ir-ritratt tat-titular 7. Karatteristiċi addizzjonali ta’ sigurtà L-ETD għandu jkollhom guilloche protettiv bi stampar imbozzat indirett f’erba’ kuluri fil-paġni tal-Fatti magħrufa li ghandha tiddaħħal b’attenzjoni għal stampar b’tiżwiq ta’ kuluri Din it-teknoloġija ta’ l-istampar għandha tintuża’: - INĊIŻJONI, recto kif ukoll il-kliem f’paġna 1, figura moħbija u stampar mikro b’inka blu riflerssa, - OFFSET, recto u verso, f’żewġ kuluri u IRIS, - l-ewwel: kliem, b’blu rifless, - it-tieni: sfond antiscanner b’blu ċar,, - it-tielet: sfond guilloche b’effett IRIS b’żewġ kuluri, aħdar u vjola, it-tieni wieħed bl-isfar florexxenti taħt dawl UV. L-inek użati jridu jkunu reżistenti għall-ikkuppjar u kull attentat li jsir biex issir kopja kulurita jrid jirriżulta f’tibdil fil-kulur li jingħaraf b’faċilità. Ma’ dan, għall-inqas kulur wieħed għandu jkollu aġenti flworexxenti. L-inek għandu jkollhom ukoll reaġġenti kontra taħsir kimiku. 8. Stampar ta’ Forom: Għal dan id-dokument għandhom jintużaw forom bi sfond guilloche bi proċess multikulurit, disinjat apposta għalih 9. Il-ħażna tal-forom vojta tal-ETD: Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ falsifikar u imitazzjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw ħażna li minnu ma jistax jinsteraq forom vojta ta’ l-ETD. --------------------------------------------------