This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026R1027
Commission Implementing Regulation (EU) 2026/1027 of 8 May 2026 extending the derogation from Council Regulation (EC) No 1967/2006 as regards the minimum distance from coast and the minimum sea depth for the volantina trawlers fishing in the territorial waters of Slovenia
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1027 tat-8 ta’ Mejju 2026 li jestendi d-deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 rigward id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir volantina fl-ibħra territorjali tas-Slovenja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1027 tat-8 ta’ Mejju 2026 li jestendi d-deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 rigward id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir volantina fl-ibħra territorjali tas-Slovenja
C/2026/2961
ĠU L, 2026/1027, 11.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1027/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1027 |
11.5.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1027
tat-8 ta’ Mejju 2026
li jestendi d-deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 rigward id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir “volantina” fl-ibħra territorjali tas-Slovenja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2014 (2) li għall-ewwel darba stabbilixxa deroga mill-Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 fir-rigward tad-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir “volantina” li jistadu fl-ibħra territorjali tas-Slovenja, li skada fit-23 ta’ Marzu 2017. Ingħataw estensjonijiet ulterjuri ta’ dik id-deroga bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2383 (3) u (UE) 2022/511 (4). L-aktar estensjoni reċenti tad-deroga ġiet stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/974 (5). |
|
(2) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet talba mis-Slovenja biex testendi d-deroga mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/974. Is-Slovenja pprovdiet pjan ta’ ġestjoni rivedut, adottat fis-26 ta’ Marzu 2026 (6), u rapport dwar il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/974, biex jiġġustifikaw l-estensjoni tad-deroga, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(3) |
Matul it-80 sessjoni plenarja tiegħu organizzata f’Novembru 2025, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) (8) ivvaluta t-talba li jerġgħu jiġu estiżi d-deroga u r-rapport ta’ implimentazzjoni. L-STECF ikkonkluda li l-pjan ta’ ġestjoni aġġornat huwa komprensiv u jindirizza l-biċċa l-kbira tal-kummenti li tqajmu qabel mill-STECF. Fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida pprovduta mis-Slovenja, l-STECF ikkonkluda li l-kundizzjonijiet għad-deroga għadhom qed jiġu ssodisfati. |
|
(4) |
Id-deroga mitluba mis-Slovenja tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. |
|
(5) |
B’mod partikolari, hemm limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi, peress li l-ibħra territorjali tas-Slovenja fl-ebda punt ma jilħqu l-fond ta’ 50 metru. Għalhekk, mingħajr deroga, il-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir “volantina” jistgħu joperaw biss lil hinn minn 3 mili nawtiċi mill-kosta, fejn il-postijiet għas-sajd huma limitati b’mod sinifikanti minn żona dedikata għal rotot ta’ navigazzjoni kummerċjali. |
|
(6) |
Barra minn hekk, il-pjan ta’ ġestjoni Sloven jiggarantixxi li fil-ġejjieni ma jkun hemm l-ebda żieda fl-isforz tas-sajd. |
|
(7) |
It-talba tikkonċerna attivitajiet tas-sajd diġà awtorizzati mis-Slovenja u 11-il bastiment diġà awtorizzati mis-Slovenja biex jistadu, li ġew inklużi f’lista kkomunikata lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
Dawk il-bastimenti għandhom esperjenza fis-sajd ta’ aktar minn 5 snin. |
|
(9) |
L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 peress li s-sajd ma joperax fuq qigħan tal-algi, b’mod partikolari, ta’ Posidonia oceanica jew fanerogami tal-baħar oħrajn. |
|
(10) |
Fir-rigward tar-rekwiżit li jikkonformaw mal-qisien minimi tal-malji, id-deroga mitluba tikkonforma mal-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, kif sostitwit bl-Artikolu 8(1) u t-taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness IX tar-Regolament (UE) 2019/1241 peress li ma tintuża l-ebda malja kwadra ta’ inqas minn 40 mm fl-armar tax-xbieki “volantina”. |
|
(11) |
Is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir “volantina”, tip ta’ sajd imħallat, ma jistax isir bi rkaptu ieħor għajr dak itqal tat-“tartana”, li madankollu jista’ jwassal għal kuntatt ħafna ikbar ma’ qiegħ il-baħar u qabdiet ħafna ikbar ta’ speċijiet demersali u ma jinterferixxix ma’ rkaptu għajr xbieki tat-tkarkir, tartaruni jew xbieki rmunkati simili. |
|
(12) |
Minkejja li l-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir “volantina” huma rregolati biex jiġi żgurat li l-qabdiet tal-ispeċijiet imsemmija fil-Parti A tal-Anness IX tar-Regolament (UE) 2019/1241 ikunu minimi, l-STECF innota li l-qabdiet irrappurtati ta’ dawn l-ispeċijiet għadhom sostanzjali. Madanakollu kkonkluda li minħabba d-daqs limitat tas-sajd bil-“volantina”, dawn il-qabdiet jammontaw għal volum totali ta’ ftit għaxriet ta’ tunnellati, li jirrappreżentaw biss ammont żgħir ħafna tal-qabdiet totali ta’ dawn l-ispeċijiet fit-Tramuntana tal-Baħar Adrijatiku. |
|
(13) |
Il-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir “volantina” ma għandhomx fil-mira tagħhom iċ-ċefalopodi. L-STECF ikkonkluda li, għalkemm il-proporzjon tal-qabdiet taċ-ċefalopodi permezz ta’ dan is-sajd huwa relattivament għoli, abbażi tal-aħħar rapport ta’ implimentazzjoni tal-pjan, dan jirrappreżenta frazzjoni żgħira tal-qabdiet totali ta’ dawn l-ispeċijiet fil-Baħar Adrijatiku tat-Tramuntana, filwaqt li jipprovdi sors rilevanti ta’ introjtu għall-flotta tas-sajd Slovena. |
|
(14) |
Il-pjan ta’ ġestjoni Sloven jinkludi miżuri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd, kif stipulat fl-Artikolu 13(9), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (9). |
|
(15) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-estensjoni tad-deroga tingħata. |
|
(16) |
Jenħtieġ li t-tul taż-żmien tad-deroga jiġi limitat biex ikunu jistgħu jittieħdu fil-pront il-miżuri ta’ ġestjoni korrettivi jekk ir-rapport lill-Kummissjoni juri li l-istokk sfruttat ikun f’qagħda ħażina ta’ konservazzjoni filwaqt li jingħata ambitu biex titjieb il-bażi xjentifika għal pjan ta’ ġestjoni mtejjeb. |
|
(17) |
Billi d-deroga li ngħatat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/974 skadiet fis-27 ta’ Marzu 2026, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità legali, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-28 ta’ Marzu 2026. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Deroga
L-Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ma għandux japplika fl-ibħra territorjali tas-Slovenja, irrispettivament mill-fond, bejn 1,5 u 3 mili nawtiċi mill-kosta, għal bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir “volantina” u li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(a) |
ikollhom numru ta’ reġistrazzjoni msemmi fil-pjan ta’ ġestjoni Sloven adottat mis-Slovenja skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006; |
|
(b) |
ikollhom aktar minn 5 snin ta’ rekord ippruvat fis-sajd u fil-ġejjieni ma jkunu jinvolvu l-ebda żieda fl-isforz tas-sajd ipprovdut; |
|
(c) |
ikollhom awtorizzazzjoni għas-sajd u li joperaw skont il-pjan ta’ ġestjoni adottat mis-Slovenja f’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. |
Artikolu 2
Pjan ta’ monitoraġġ u rapportar
Fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, is-Slovenja għandha tibgħat rapport imfassal f’konformità mal-pjan ta’ monitoraġġ stabbilit fil-pjan ta’ ġestjoni msemmi fl-Artikolu 1 lill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta’ Marzu 2026 sas-27 ta’ Marzu 2029.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1967/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2014 tad-19 ta’ Marzu 2014 li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti tat-tkarkir “volantina” fl-ibħra territorjali tas-Slovenja (ĠU L 82, 20.3.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/277/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2383 tad-19 ta’ Diċembru 2017 li jestendi d-deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir “volantina” fl-ibħra territorjali tas-Slovenja (ĠU L 340, 20.12.2017, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2383/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/511 tat-30 ta’ Marzu 2022 li jestendi d-deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir “volantina” fl-ibħra territorjali tas-Slovenja (ĠU L 103, 31.3.2022, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/511/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/974 tas-16 ta’ Mejju 2023 li jestendi d-deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir “volantina” fl-ibħra territorjali tas-Slovenja (ĠU L 132, 17.5.2023, p. 74, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/974/oj).
(6) Id-Deċiżjoni Nru 34200-2/2026/6 tas-26 ta’ Marzu 2026.
(7) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj).
(8) Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) – it-80 Rapport Plenarju (STECF-PLEN-25-03). L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2025 (https://stecf.ec.europa.eu/document/download/0ad54569-90a8-4b1d-8a23-8bd648296112_en).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1027/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)