Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026R1016

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1016 tas-7 ta’ Mejju 2026 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, u għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd, l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbi għat-tnissil, għat-tiġieġ tat-tnissil, għad-dundjani tat-tnissil, għal speċijiet minuri ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni: Adisseo France S.A.S.) u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/661, (UE) 2015/2304 u (UE) 2017/210

C/2026/2915

ĠU L, 2026/1016, 8.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1016/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1016/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1016

8.5.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1016

tas-7 ta’ Mejju 2026

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, u għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd, l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbi għat-tnissil, għat-tiġieġ tat-tnissil, għad-dundjani tat-tnissil, għal speċijiet minuri ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni: Adisseo France S.A.S.) u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/661, (UE) 2015/2304 u (UE) 2017/210

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 ġie awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/661 (2), għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2304 (3) u għat-tiġieġ tal-bajd bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/210 (4).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, u għal speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd, u titlob li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, dik l-applikazzjoni kienet tikkonċerna wkoll l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-istess preparat bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbi għat-tnissil, għat-tiġieġ tat-tnissil, għad-dundjani tat-tnissil, għal speċijiet minuri ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tnissil bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Ġunju 2025 (5), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati attwali u meta jitqies il-fatt li l-manifattura u l-kompożizzjoni tal-addittiv ma ġewx modifikati b’mod sostanzjali, il-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 jibqa’ sikur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li, fir-rigward tat-twessigħ tal-użu għall-ispeċijiet kollha tal-pollam, l-addittiv huwa sikur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-preparat mhuwiex irritant tal-ġilda jew tal-għajnejn iżda jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur potenzjali tal-ġilda u respiratorju, u l-esponiment min-nifs jitqies bħala riskju. L-Awtorità ddikjarat ukoll li l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ma tinkludix proposta biex jiġu emendati jew issupplimentati l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni oriġinali li jkollhom impatt fuq l-effikaċja tal-addittiv. Għalhekk, hija kkonkludiet li ma hemmx bżonn tiġi vvalutata l-effikaċja tal-addittiv fil-kuntest tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. Qieset ukoll li l-konklużjonijiet milħuqa fl-awtorizzazzjoni oriġinali jistgħu jiġu estiżi għal speċijiet oħra u għalhekk ikkonkludiet li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fl-ispeċijiet kollha tal-pollam f’livell minimu ta’ inklużjoni ta’ 1100 VU endo-1,4-beta-ksilanażi u 760 VU endo-1,3(4)-beta-glukanażi/kg ta’ għalf komplet. L-Awtorità ma qisitx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq.

(5)

Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kien tal-fehma li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ntlaħqu f’valutazzjoni preċedenti dwar applikazzjoni oħra għall-awtorizzazzjoni tal-istess addittiv u vverifikati mill-Awtorità fl-opinjoni tagħha tat-2 ta’ Lulju 2014 (6) huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punti (a) u (c), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (7), mhux meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza.

(6)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġġedded għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, u għal speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dan il-preparat jiġi awtorizzat għat-tiġieġ imrobbi għat-tnissil, għat-tiġieġ tat-tnissil, għad-dundjani tat-tnissil, għal speċijiet minuri ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tnissil. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. Jenħtieġ li dawk il-miżuri protettivi jkunu mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra tas-sikurezza tal-ħaddiema skont id-dritt tal-Unjoni.

(7)

B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, u għal speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/661, (UE) 2015/2304 u (UE) 2017/210 jitħassru.

(8)

Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, u għal speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd, jixraq li jiġi previst perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, u għal speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd, tiġġedded soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali għat-tiġieġ imrobbi għat-tnissil, għat-tiġieġ tat-tnissil, għad-dundjani tat-tnissil, għal speċijiet minuri ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tnissil, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Tħassir

Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/661, (UE) 2015/2304 u (UE) 2017/210 huma mħassra.

Artikolu 4

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-addittiv tal-għalf endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702, kif awtorizzat skont ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/661, (UE) 2015/2304 u (UE) 2017/210, u l-premixxeli li fihom dak l-addittiv, li huma maħsuba għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, u għal speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Novembru 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Mejju 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li huma maħsuba għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, u għal speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Mejju 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Mejju 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/661 tat-28 ta’ April 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta’ tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/661/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2304 tal-10 ta’ Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2304/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/210 tas-7 ta’ Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (ĠU L 33, 8.2.2017, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/210/oj).

(5)   EFSA Journal. 2025;23:e9547. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9547.

(6)   EFSA Journal 2014;12(7):3793. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2014.3793.

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

4a22

Adisseo France S.A.S.

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8)

u

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotti minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702 b’attività minima ta’:

forma solida: endo-1,4-beta-ksilanażi 22 000 VU (1)/g u endo-1,3(4)-beta-glukanażi 15 200 VU/g;

forma likwida: attività ta’ 5 500 VU/ml ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi, u ta’ 3 800 VU/ml ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotti minn Talaromyces versatilis IMI 378536 u Talaromyces versatilis DSM 26702.

Metodu analitiku  (2)

Għad-determinazzjoni tal-attività ta’ endo1,4-beta-ksilanażi:

metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta’ viskożità prodott b’azzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fuq is-substrat li fih il-ksilan (arabinoksilan tal-qamħ).

Għad-determinazzjoni tal-attività tal-endo1,3(4)-beta-glukanażi:

metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta’ viskożità prodott b’azzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi fuq is-substrat li fih il-glukan (betaglukan tax-xgħir).

Pollam

Endo-1,4-beta-ksilanażi

1 100 VU

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi 760 VU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzazzjonali biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż bi protezzjoni għan-nifs u għall-ġilda.

It-28 ta’ Mejju 2036

(1)  1 VU (unità viskożimetrika) tal-attività tal-ksilanażi jew tal-glukanażi huwa l-ammont tal-enzima li tidrolizza s-substrat (arabinoksilan tal-qamħ u betaglukan tax-xgħir, rispettivament), biex b’hekk tnaqqas il-viskożità tas-soluzzjoni, biex ikun hemm bidla fil-fluwidità relattiva ta’ 1 (unità bla dimensjoni)/min fi 30 °C u f’pH ta’ 5,5.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1016/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top