Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026R0807

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/807 tal-10 ta’ Marzu 2026 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/206 fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi u l-allinjament tat-terminoloġija wara l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

C/2026/1490

ĠU L, 2026/807, 7.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/807/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/807/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/807

7.7.2026

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/807

tal-10 ta’ Marzu 2026

li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/206 fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi u l-allinjament tat-terminoloġija wara l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (1) u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 124(11), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 164(8), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda l-Artikolu 124 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jindirizza t-trattament skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta’ kreditu ta’ skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli, biex issir distinzjoni aħjar bejn l-iskoperturi tal-proprjetà immobbli u biex jiġi rifless b’mod aktar preċiż ir-riskju assoċjat ma’ dawk l-iskoperturi. Dik l-emenda għall-Artikolu 124 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wasslet għal numerazzjoni mill-ġdid tal-paragrafi tiegħu. Filwaqt li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/206 (3) għadhom xierqa skont l-Artikolu 124 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat bir-Regolament (UE) 2024/1623, in-numerazzjoni mill-ġdid jenħtieġ li tiġi riflessa fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/206 sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali u ċ-ċertezza legali.

(2)

Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2024/1623 emenda wkoll l-Artikolu 164(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jindirizza t-trattament tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni għar-riskju ta’ kreditu, billi daħħal f’dak il-paragrafu Tabella bil-valuri minimi tal-input ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD), li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur tagħhom li jkunu ggarantiti bi proprjetà residenzjali, jew għal skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali. Konsegwenza ta’ dan, ir-referenzi fl-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-valuri LGD ġew sostitwiti b’referenzi għall-valuri minimi tal-input tal-LGD. Minn dan isegwi li dawk l-emendi jenħtieġ li jiġu riflessi bl-istess mod fir-Regolament Delegat (UE) 2023/206 mingħajr ebda bidla sostantiva oħra.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(4)

L-Awtorità Bankarja Ewropea għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2023/206

Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/206 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/206 tal-5 ta’ Ottubru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta’ fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli u l-kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri minimi tal-input ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà immobbli”;

(2)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa emendat b’dan li ġej:

(i)

il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 124(9), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet maħtura f’konformità mal-Artikolu 124(8) ta’ dak ir-Regolament għandhom jiddeterminaw dan kollu li ġej:”;

(ii)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-esperjenza tat-telf bħala l-proporzjon ta’ dawn li ġejjin:

(i)

fil-każ ta’ skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli jew b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(9), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-telf irrapportat f’konformità mal-Artikolu 430a(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament u l-valur tal-iskopertura rrapportat f’konformità mal-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(ii)

fil-każ ta’ skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli kummerċjali jew b’ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(9), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-telf irrapportat f’konformità mal-Artikolu 430a(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament u l-valur tal-iskopertura rrapportat f’konformità mal-Artikolu 430a(1), il-punt (f), ta’ dak ir-Regolament”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet maħtura f’konformità mal-Artikolu 124(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiddeterminaw l-aspettattiva ta’ telf imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

billi tiġi aġġustata l-esperjenza tat-telf imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ’il fuq jew ’l isfel;

(b)

billi l-esperjenza tat-telf tibqa’ l-istess.

Meta jiddeterminaw l-aspettattiva ta’ telf imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtoritajiet għandhom jirriflettu l-iżviluppi tas-suq li jħarsu ’l quddiem fir-rigward tal-proprjetà immobbli imsemmija fl-Artikolu 124(9), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 matul perjodu prospettiv ta’ mill-inqas sena u, jekk dan ikun iddeterminat minn dik l-awtorità, sa 3 snin.”

;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Meta jkun hemm ħafna inċertezza dwar il-fatturi msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (e), l-awtoritajiet maħtura f’konformità mal-Artikolu 124(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jikkunsidraw marġni ta’ prudenza meta jiddeterminaw l-aspettattiva ta’ telf f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”

;

(d)

fil-paragrafu 5, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet maħtura f’konformità mal-Artikolu 124(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom iqisu miżuri makroprudenzjali oħra fis-seħħ li diġà jindirizzaw ir-riskji sistemiċi identifikati li jaffettwaw l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 124(9), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament, inklużi l-miżuri li ġejjin fid-dritt nazzjonali mfassla biex isaħħu r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja:”;

(3)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri minimi tal-input tal-LGD għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà immobbli”;

(b)

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-valuri minimi tal-input tal-LGD f’konformità mal-Artikolu 164(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet maħtura f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu għandhom, meta jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju sistemiku abbażi tal-iżbilanċi makroekonomiċi li jaffettwaw l-istimi tal-LGD lil hinn miċ-ċiklu ekonomiku, iqisu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”;

(c)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

miżuri makroprudenzjali oħra fis-seħħ li diġà jindirizzaw ir-riskji sistemiċi identifikati li jaffettwaw l-adegwatezza tal-valuri minimi tal-input tal-LGD, inklużi l-miżuri li ġejjin fid-dritt nazzjonali mfassla biex isaħħu r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja:”;

(4)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Valutazzjonijiet għal segmenti tal-proprjetà jew partijiet speċifiċi tat-territorju ta’ Stat Membru

Awtorità maħtura skont l-Artikolu 124(8) jew l-Artikolu 164(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tista’ tikkunsidra l-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, jew tqis il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, għal segment tal-proprjetà wieħed jew aktar jew għal parti waħda jew aktar tat-territorju ta’ Stat Membru.”

;

(5)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Użu ta’ sorsi oħra ta’ data

“L-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 124(8) jew l-Artikolu 164(5), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jiddeterminaw l-esperjenza ta’ telf skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, jew li jivvalutaw l-adegwatezza tal-valuri minimi tal-input tal-LGD f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament għal segment tal-proprjetà jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru, jistgħu jużaw sorsi oħra ta’ data, inkluż rapportar ad hoc nazzjonali u reġistri tal-kreditu relatati ma’ dak is-segment jew dik il-parti tat-territorju, jekk id-data miġbura skont l-Artikolu 430(1), il-punt (a), u l-Artikolu 430a, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma tkunx granulari biżżejjed.”

.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (ĠU L, 2024/1623, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/206 tal-5 ta’ Ottubru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta’ fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli u l-kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri minimi ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza għal skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli (ĠU L 29, 1.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/206/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/807/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top