This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026R0481
Commission Implementing Regulation (EU) 2026/481 of 3 March 2026 amending Implementing Regulation (EU) 2022/1426 laying down rules for the application of Regulation (EU) 2019/2144 of the European Parliament and of the Council as regards uniform procedures and technical specifications for the type-approval of the automated driving system of fully automated vehicles
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/481 tat-3 ta’ Marzu 2026 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat ta’ vetturi awtomatizzati kompletament
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/481 tat-3 ta’ Marzu 2026 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat ta’ vetturi awtomatizzati kompletament
C/2026/1310
ĠU L, 2026/481, 4.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/481/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force., Date of effect: 24/03/2026
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/481 |
4.3.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/481
tat-3 ta’ Marzu 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat ta’ vetturi awtomatizzati kompletament
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip ilha mill-2022 tippermetti l-introduzzjoni fis-suq ta’ vetturi mingħajr sewwieq għal każijiet speċifiċi ta’ użu, permezz ta’ skema ta’ serje żgħira, li tippermetti eżenzjonijiet minn ċerti regolamenti dwar l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi awtomatizzati kompletament. Id-derogi taħt din l-iskema ta’ serje żgħira japplikaw bil-kundizzjoni li l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ta’ tip ta’ vettura fl-Unjoni fis-sena ma jaqbiżx 1 500 reġistrazzjoni. |
|
(2) |
Mill-2022 seħħew żviluppi teknoloġiċi u regolatorji sostanzjali li għamlu possibbli l-varar fuq skala kbira ta’ vetturi awtomatizzati kompletament. Is-soluzzjonijiet għall-produzzjoni u l-varar fuq skala kbira tal-parkeġġ valet awtomatizzat (AVP, automated valet parking) diġà huma disponibbli u l-adozzjoni ta’ rekwiżiti għad-dawrien u l-ibbrejkjar ta’ vetturi b’modalità doppja fin-NUKEE, b’mod partikolari r-Regolamenti tan-NU Nru 79 (2) u Nru 13/13-H (3) rispettivament, tippermetti l-konformità tas-sistemi tal-AVP mal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura sħiħa. Għalhekk, sar possibbli u xieraq li titneħħa l-limitazzjoni tas-serje żgħira, l-ewwel nett il-każ tal-użu (“AVP”). |
|
(3) |
Madankollu, qabel ma tiġi permessa l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa tal-vetturi mgħammra b’sistemi tal-AVP f’numri illimitati, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi addizzjonali dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-validazzjoni tas-sikurezza permezz ta’ xenarji magħżula, minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-każ tal-użu tal-AVP, jiġifieri t-tħaddim fiż-żoni ta’ parkeġġ b’veloċità baxxa ħafna. |
|
(4) |
L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni lil hinn mill-vetturi b’modalità doppja u l-allinjament tagħha mal-qafas li qed jevolvi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE), meħtieġa biex tippermetti l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni armonizzati fil-livell internazzjonali, jeħtieġu l-adattament ta’ diversi definizzjonijiet inklużi f’din il-leġiżlazzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1426 (4) jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur (TCMV), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2022/1426 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-approvazzjoni tat-tip tal-ADS ta’ vetturi awtomatizzati kompletament għandha tkun soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew mis-servizzi tekniċi tagħhom f’konformità mal-Anness III. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-approvazzjoni tat-tip tal-karatteristiċi tal-AVP tal-ADS għandha tkun soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness V. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew mis-servizzi tekniċi tagħhom f’konformità mal-Anness V.” |
|
(4) |
l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(5) |
it-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness V. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2144/oj.
(2) Ir-Regolament tan-NU Nru 79 – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tat-tagħmir tal-istering [2025/3] (ĠU L 2025/3, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/3/oj).
(3) Ir-Regolament tan-NU Nru 13-H – Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri fir-rigward tal-ibbrejkjar [2023/401] (ĠU L 60, 24.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/401/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1426 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat (ADS) ta’ vetturi awtomatizzati kompletament (ĠU L 221, 26.8.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1426/oj).
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti 1, il-punt 1.3.3, l-Illustrazzjoni 1 hija sostitwita b’dan li ġej: “
Illustrazzjoni 1: Il-viżwalizzazzjoni tad-distanzi waqt it-tidwir u l-qsim.”; |
|
(2) |
fil-Parti 2, il-punt 5.7. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ANNESS II
It-test li ġej jiżdied bħala l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426:
“ANNESS V
Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-AVP kif imsemmija fl-Artikolu 3(2)
PARTI 1: DEFINIZZJONIJIET
1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1.1. |
“Vjaġġ AVP” tfisser il-verifika tal-kundizzjonijiet kollha relatati mas-sikurezza fil-karatteristika tal-AVP għall-attivazzjoni tal-AVP, l-eżekuzzjoni sussegwenti tad-DDT u d-diżattivazzjoni tal-AVP. |
|
1.2. |
“Post ta’ tranżizzjoni” tfisser żona deżinjata li tinsab fi ħdan l-ODD, li hija xierqa biex tattiva jew tiddiżattiva l-karatteristika tal-AVP. |
|
1.3. |
“L-iżgħar oġġett rilevanti” tfisser l-iżgħar utent vulnerabbli tat-triq li l-karatteristika tal-AVP tista’ tidentifika u tirreaġixxi għalih waqt li twettaq id-DDT. |
|
1.4. |
“Distanza ta’ sikurezza” tfisser id-distanza ta’ oġġett li għalih il-karatteristika tal-AVP għandha tirreaġixxi b’mod xieraq, fejn ir-reazzjoni għall-oġġetti ta’ quddiem, tal-ġenb jew ta’ wara tista’ tvarja abbażi tad-distanza tagħhom. |
|
1.5. |
“Oġġett permanenti” tfisser oġġett mhux mobbli fi ħdan l-ODD. |
|
1.6. |
“Oġġett statiku” tfisser oġġett mobbli fi ħdan l-ODD, li ma jiċċaqlaqx fil-perjodu rilevanti. |
|
1.7. |
“Oġġett dinamiku” tfisser oġġett fi ħdan l-ODD li jkun qiegħed jiċċaqlaq fit-traffiku lonġitudinali u trażversali u li jista’ b’mod partikolari jkun utent vulnerabbli tat-triq jew vettura oħra misjuqa manwalment jew kompletament awtomatizzata. |
PARTI 2: REKWIŻITI TAL-PRESTAZZJONI
2. Rekwiżiti ġenerali
|
2.1. |
Il-karatteristika tal-AVP għandha tkun kapaċi twettaq id-DDT kif speċifikat għal-limiti tal-ODD ristrett tagħha u fi ħdanhom. |
|
2.2. |
Il-karatteristika tal-AVP għandha tkun iddisinjata biex tevita kwalunkwe effett negattiv fuq is-sikurezza u l-fluss tat-traffiku tal-ODD waqt it-tħaddim. |
|
2.3. |
Il-veloċità massima tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP li tkun attiva ma għandhiex tkun aktar minn 30 km/h u għandha tiġi speċifikata mill-manifattur abbażi tal-partikolaritajiet tal-ODD (inklużi l-limiti tal-veloċità disponibbli u d-djuqija taż-żona ta’ parkeġġ). |
|
2.6. |
Il-manifattur jibqa’ unikament responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness irrispettivament minn kwalunkwe parti terza involuta fil-varar waqt l-użu jew fit-tħaddim tal-karatteristika tal-AVP. |
|
2.7. |
Meta l-karatteristika tal-AVP tiddependi fuq l-informazzjoni esterna tal-vettura, id-disponibbiltà, il-kompatibbiltà u s-sigurtà ta’ tali informazzjoni għandhom jiġu żgurati matul it-tħaddim tal-karatteristika tal-AVP. |
|
2.8. |
Jekk il-vettura tkun mgħammra b’karatteristiċi oħra tal-ADS, għandha tiġi żgurata interazzjoni sikura bejn il-karatteristika tal-AVP u karatteristiċi oħra tal-ADS. |
|
2.9. |
F’każ li jkunu permessi okkupanti tal-vettura waqt li l-karatteristika tal-AVP tkun attiva, f’konformità mad-deskrizzjoni tal-ODD tal-karatteristika tal-AVP, għandhom jittieħdu miżuri xierqa kontra l-użu ħażin prevedibbli mill-okkupanti tal-vettura. |
|
2.10. |
F’każ li ma jkunux permessi okkupanti tal-vettura waqt li l-karatteristika tal-AVP tkun attiva, f’konformità mad-deskrizzjoni tal-ODD tal-karatteristika tal-AVP, il-karatteristika tal-AVP għandha tkun iddisinjata biex tiżgura li l-karatteristika tal-AVP tkun tista’ taħdem biss meta ma jkun hemm l-ebda persuna jew annimal fil-vettura. |
|
2.11. |
It-tagħmir tal-istering tal-vettura b’modalità doppja mgħammar bil-karatteristika tal-AVP għandu jikkonforma mas-serje ta’ emendi 04 jew aktar reċenti tar-Regolament tan-NU Nru 79 (*1).
Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura b’modalità doppja mgħammra bil-karatteristika tal-AVP għandha tikkonforma mas-serje ta’ emendi 13 jew aktar reċenti tar-Regolament tan-NU Nru 13 (*2), jew mas-serje ta’ emendi 01 jew aktar reċenti tar-Regolament tan-NU Nru 13H (*3), kif applikabbli. |
3. Rekwiżiti għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tal-karatteristika tal-AVP
|
3.1. |
L-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tal-karatteristika tal-AVP f’xenarji nominali għandhom ikunu possibbli biss f’postijiet ta’ tranżizzjoni jew fi spazji ta’ parkeġġ. |
|
3.2. |
Il-kundizzjonijiet kollha għall-attivazzjoni u għad-diżattivazzjoni tal-karatteristika tal-AVP għandhom jiġu vverifikati mal-kundizzjonijiet tal-ODD definit (inkluż, fejn rilevanti, il-preżenza jew l-assenza ta’ okkupanti tal-vettura, spazju ta’ parkeġġ jew post ta’ tranżizzjoni xieraq għad-dħul jew il-ħruġ mill-vettura). |
|
3.3. |
Diżattivazzjoni tal-karatteristika tal-AVP |
|
3.3.1. |
Wara li l-karatteristika tal-AVP tkun lestiet b’suċċess il-vjaġġ AVP billi jintlaħaq post ta’ tranżizzjoni jew spazju ta’ parkeġġ fl-ODD, il-karatteristika tal-AVP għandha awtomatikament twaqqaf il-vettura, iżżommha wieqfa u tiddiżattiva l-karatteristika tal-AVP. |
|
3.3.2. |
Il-karatteristika tal-AVP għandha tibqa’ attiva sakemm jitlesta l-proċess ta’ diżattivazzjoni mibdi mis-sistema jew mill-utent jew sakemm il-vettura tilħaq MRC. |
|
3.3.3. |
Jekk applikabbli mad-diżattivazzjoni tal-karatteristika tal-AVP, il-kontrolli, l-indikaturi, it-twissijiet u l-indikaturi operatorji tal-vettura għandhom jiġu ssettjati awtomatikament għal stat xieraq għas-sewqan manwali u l-kontroll laterali u lonġitudinali għandu jingħata lura lis-sewwieq mingħajr ebda assistenza ta’ kontroll kontinwu attiva. |
4. DDT f’xenarji nominali
|
4.1. |
L-ippjanar tat-trajettorja u l-veloċità |
|
4.1.1. |
Il-partikolaritajiet tal-ODD (inklużi, fejn rilevanti, raġġi tal-kurvi stretti, rampi u meta l-vettura tingħaqad mat-traffiku) għandhom jiġu ġestiti permezz ta’ ppjanar u għażla xierqa tat-trajettorja. |
|
4.1.2. |
Il-karatteristika tal-AVP għandha timminimizza l-impatt ambjentali billi tippjana trajettorja effettiva u effiċjenti biex jintlaħqu l-postijiet ta’ tranżizzjoni. |
|
4.1.3. |
Il-karatteristika tal-AVP għandha dejjem iżżomm distanza sikura minn utenti oħra tat-triq jew oġġetti abbażi tal-iżgħar oġġett rilevanti u għandha dejjem tadatta l-veloċità tagħha b’mod antiċipatorju. Id-distanza ta’ sikurezza, il-veloċità massima rispettiva f’konformità mal-punt 6.1., u l-iżgħar oġġett rilevanti għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur. |
5. DDT f’xenarji kritiċi (tħaddim ta’ emerġenza)
|
5.1. |
B’deroga mill-Parti 1, il-punti 1.4.1, 1.4.2 u 1.4.3 tal-Anness III, il-karatteristika tal-AVP għandha tevita l-kolliżjonijiet kollha mal-utenti tat-triq jew mal-ostakli li jidħlu, jaqsmu jew li jkunu fit-trajettorja tal-vettura fid-direzzjoni tas-sewqan. |
6. DDT fil-konfini tal-ODD
|
6.1. |
Fil-każ ta’ użu ħażin rikonoxxut u ta’ ħsara rikonoxxuta fil-vettura, għandu jsir trasferiment dirett għall-MRC. |
|
6.2. |
Jekk il-vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP tidher biss li qiegħda titlaq mill-ODD (eż. minħabba ineżattezza temporanja fil-lokalizzazzjoni ġeografika tal-vettura) u sussegwentement tiġi kkonfermata mill-ġdid li tinsab fil-konfini tal-ODD, dan ma jitqiesx bħala li qiegħed jagħti lok għal MRC u hija possibbli kontinwazzjoni immedjata tal-vjaġġ AVP. |
|
6.3. |
Il-vettura tista’ tħalli l-MRC jekk tinqaleb għal modalità tas-sewqan manwali u tinstaq minn sewwieq. |
7. Manwal operattiv
L-aspetti li ġejjin għandhom jiġu indirizzati u implimentati fil-manwal operattiv:
|
7.1. |
Għandhom jiġu definiti r-rwoli kollha neċessarji għat-tħaddim sikur tal-karatteristika tal-AVP, inkluża d-deżinjazzjoni tal-persuni responsabbli rilevanti u l-allokazzjoni tal-kompiti organizzattivi u tekniċi. |
|
7.2. |
L-assenjazzjonijiet tar-rwoli kollha għandhom jiġu ddokumentati fil-manwal operattiv. |
|
7.3. |
Il-manwal operattiv għandu jinkludi strateġiji f’każ ta’ inċidenti mhux mistennija. |
|
7.4. |
Il-manwal operattiv għandu jinkludi kunsiderazzjonijiet dwar il-bidliet fl-ODD matul it-tħaddim tal-karatteristika tal-AVP. Għandu jiġi stabbilit u inkluż proċess biex tiġi żgurata l-valutazzjoni tal-bidliet ippjanati. |
PARTI 3: VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
8. Testijiet
|
8.1. |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
|
8.1.1. |
Il-każijiet tat-test għall-verifika tal-karatteristika tal-AVP għandhom jinkludu l-funzjonijiet kollha tal-AVP. |
|
8.1.2. |
Għandhom jintużaw ix-xenarji deskritti fil-punt 8.2 ta’ dan l-Anness. Il-manifattur għandu jagħżel xenarji rilevanti abbażi tal-ODD tal-karatteristika tal-AVP. |
|
8.1.3. |
Il-kriterji ta’ suċċess u ta’ falliment biex tiġi vvalutata s-sikurezza tal-karatteristika tal-AVP għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità tal-approvazzjoni, abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, fuq ix-xenarji stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness III, u fuq dan l-Anness. |
|
8.2. |
Xenarji tat-testijiet biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-karatteristika tal-AVP
Din il-lista ta’ xenarji stabbilita fil-punti 8.2.1. sa 8.2.7. fiha każijiet tat-test bażiċi li għandhom jintgħażlu abbażi tal-ODD u adattati għalih, u għandhom jintużaw biex tiġi ttestjata l-konformità tal-karatteristika tal-AVP tal-ADS. Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, għandhom jiġu eżegwiti xenarji addizzjonali li huma parti mill-ODD. Ix-xenarji elenkati fil-punti 8.2.1. sa 8.2.7. jinkludu diversi passi tat-test individwali konsekuttivi. Dawk il-passi tat-test individwali jistgħu jitwettqu b’mod sekwenzjali mingħajr ma jiġi kkanċellat il-vjaġġ AVP jew tinħareġ talba ġdida għal vjaġġ AVP għal kull wieħed mill-passi tat-test. |
|
8.2.1. |
Trasferiment tal-kontroll u teħid tal-kontroll mill-AVP |
|
8.2.1.1. |
Manuvra tal-parkeġġ (trasferiment u parkeġġ)
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tista’ twettaq vjaġġ AVP mill-post ta’ tranżizzjoni sal-ispazju ta’ parkeġġ maħsub. Prekundizzjonijiet: vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP tkun ipparkjata fil-post ta’ tranżizzjoni. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.1.2. |
Ir-ritorn għand l-utent (teħid ta’ kontroll)
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tista’ twettaq vjaġġ AVP mill-ispazju ta’ parkeġġ għal post ta’ tranżizzjoni. Prekundizzjoni: vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP wieqfa fi spazju ta’ parkeġġ. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.2. |
Twaqqif awtomatiku u diżattivazzjoni tas-sistema |
|
8.2.2.1. |
Diżattivazzjoni barra mill-vettura
It-test għandu juri l-possibbiltà ta’ twaqqif awtomatiku jew diżattivazzjoni tas-sistema barra mill-vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.2.2. |
Twaqqif awtomatiku jew diżattivazzjoni minn ġewwa l-vettura
It-test għandu juri l-possibbiltà ta’ twaqqif awtomatiku jew diżattivazzjoni tas-sistema minħabba interventi fit-tagħmir jew il-kontrolli tas-sewqan minn persuna fil-vettura. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.3. |
Evitar ta’ kolliżjonijiet |
|
8.2.3.1. |
Il-bidu tat-vjaġġ AVP
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tista’ tidentifika u tirreaġixxi għal oġġetti qrib ħafna tal-vettura sabiex il-vettura ma tkunx tista’ tibda l-vjaġġ AVP. Prekundizzjoni: Il-vettura tinsab f’post ta’ tranżizzjoni jew fi spazju ta’ parkeġġ u l-karatteristika tal-AVP hija attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.3.2. |
L-iżgħar oġġett rilevanti fit-trajettorja tal-vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tista’ tidentifika u tieqaf quddiem l-iżgħar oġġett rilevanti tul il-mogħdija tas-sewqan u tkompli f’każ li ma jerġa’ jkun hemm xejn fit-trajettorja maħsuba. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.3.3. |
Oġġetti statiċi jew dinamiċi maġenb it-trajettorja maħsuba tal-vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tista’ tidentifika u tirreaġixxi b’mod proporzjonali għal oġġett li jinsab maġenb il-mogħdija tas-sewqan u tadatta b’mod korrispondenti l-veloċità tal-vettura. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit kemm għall-oġġetti statiċi kif ukoll għal dawk dinamiċi, fil-passi li ġejjin: L-Ewwel Pass għal oġġett statiku: L-oġġett statiku għandu jitqiegħed f’distanza iżgħar mid-distanza ta’ sikurezza permessa mal-ġenb tal-kuritur tas-sewqan qabel ma toqrob il-vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP. L-Ewwel Pass għal oġġett dinamiku: L-oġġett dinamiku għandu jiġi mċaqlaq b’mod parallel mal-vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP, f’distanza laterali iżgħar mid-distanza ta’ reazzjoni laterali waqt li l-vettura tkun qiegħda toqrob. It-Tieni Pass kemm għal oġġett statiku kif ukoll għal oġġett dinamiku: F’każ li l-karatteristika tal-AVP tkun waqqfet il-vettura minħabba l-oġġett statiku u/jew dinamiku, l-oġġett għandu jitneħħa. |
|
8.2.3.4. |
Oġġetti dinamiċi
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tista’ tevita kolliżjoni ma’ oġġetti dinamiċi ostakolati u mhux ostakolati. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit għal qsim, għal ċaqliq lejn il-ġenb tal-vettura jew għal ċaqliq kontra d-direzzjoni tal-vettura, fil-passi li ġejjin: L-Ewwel Pass għall-qsim: Oġġett dinamiku għandu jaqsam il-mogħdija tas-sewqan tal-vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP minn barra l-mogħdija tas-sewqan quddiem il-vettura miexja, li jirriżulta f’riskju għoli ta’ kolliżjoni. L-Ewwel Pass għal ċaqliq lejn il-ġenb: Oġġett dinamiku għandu jiċċaqlaq minn barra l-mogħdija tas-sewqan lejn in-naħa laterali tal-vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP, li jirriżulta f’riskju għoli ta’ kolliżjoni. L-Ewwel Pass għal ċaqliq kontra d-direzzjoni: Oġġett dinamiku għandu jiċċaqlaq lejn il-vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP, kontra d-direzzjoni tal-ivvjaġġar. It-Tieni Pass: L-oġġett dinamiku għandu jitneħħa. |
|
8.2.4. |
Konformità mar-regoli tat-traffiku |
|
8.2.4.1. |
Il-ħruġ minn spazju ta’ parkeġġ
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP iċċedi meta l-vettura toħroġ ’il barra mill-ispazju ta’ parkeġġ. Prekundizzjoni: il-vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP tiġi pparkjata fuq il-post ta’ tranżizzjoni jew fi spazju ta’ parkeġġ, filwaqt li vettura oħra tkun lesta biex tieħu d-dritta. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.4.2. |
Waqfien u dritta tat-triq
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tieqaf jew iċċedi f’ġunzjonijiet, intersezzjonijiet jew f’żoni fejn jingħaqad it-traffiku, tirrispetta r-regoli tad-dritta tat-triq u tikkunsidra vetturi oħra li jkunu qegħdin joqorbu lejn dawn iż-żoni. Prekundizzjoni: il-vettura tkun qiegħda tinstaq bil-karatteristika tal-AVP attivata u toqrob lejn ġunzjoni, punt ta’ qsim jew żona fejn jingħaqad it-traffiku; vettura oħra hija lesta li tieħu d-dritta tat-triq. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.5. |
Attivazzjoni tal-karatteristika tal-AVP |
|
8.2.5.1. |
Għoti ta’ informazzjoni dwar l-infrastruttura esterna mhux xieraq għall-karatteristika tal-AVP
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP mhijiex se tiġi attivata f’każ ta’ għoti ta’ informazzjoni dwar l-infrastruttura esterna mhux xieraq. Prekundizzjoni: vettura mgħammra bil-karatteristika tal-AVP ipparkjata fil-post ta’ tranżizzjoni li tingħatalha informazzjoni dwar l-infrastruttura esterna mhux xierqa. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-pass li ġej:
|
|
8.2.6. |
Sistema ta’ perċezzjoni |
|
8.2.6.1. |
Okklużjoni tas-sensur
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tirreaġixxi b’mod sikur għall-okklużjoni fil-kamp viżiv. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.6.2. |
Oġġetti speċjali
It-test għandu juri li l-limitazzjonijiet tas-sensuri użati għall-OEDR fil-karatteristika tal-AVP huma kkumpensati kif xieraq sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sikura tad-DDT. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.7. |
Xenarji ta’ ħsara |
|
8.2.7.1. |
Ħsara kritika fil-konnessjoni bla fili bejn il-karatteristika tal-AVP u l-infrastruttura esterna
It-test għandu juri li ħsara fil-konnessjoni bla fili tiġi ġestita b’mod sikur. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-passi li ġejjin:
|
|
8.2.7.2. |
Ħsara f’sensur tal-perċezzjoni
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tidentifika ħsarat fis-sensuri meħtieġa għall-OEDR (sensuri fil-vettura u/jew fl-infrastruttura esterna) u tirreaġixxi kif xieraq. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-pass li ġej:
|
|
8.2.7.3. |
Ħsara fl-infrastruttura esterna
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tidentifika żbalji fl-infrastruttura esterna u tirreaġixxi kif xieraq. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-pass li ġej:
|
|
8.2.7.4. |
Ħsara fil-vettura
It-test għandu juri li l-karatteristika tal-AVP tidentifika ħsarat fil-vettura u tirreaġixxi kif xieraq. Prekundizzjoni: sewqan tal-vettura bil-karatteristika tal-AVP attivata. Ix-xenarju għandu jiġi eżegwit fil-pass li ġej:
|
(*1) Ir-Regolament Nru 79 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tal-istering [2025/3] (ĠU L, 2025/3, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/3/oj).
(*2) Ir-Regolament Nru 13 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tal-ibbrejkjar [2016/194] (ĠU L 42, 18.2.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/194/oj).
(*3) Ir-Regolament Nru 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri fir-rigward tal-ibbrejkjar [2015/2364] (ĠU L 335, 22.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2364/oj).”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/481/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)