This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026R0278
Commission Implementing Regulation (EU) 2026/278 of 6 February 2026 amending Annexes XIV and XV to Implementing Regulation (EU) 2021/404 as regards the entries for Argentina and Moldova in the lists of third countries, territories, or zones thereof authorised for the entry into the Union of consignments of fresh meat of poultry and game birds and meat products from poultry
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/278 tas-6 ta’ Frar 2026 li jemenda l-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Arġentina u l-Moldova fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/278 tas-6 ta’ Frar 2026 li jemenda l-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Arġentina u l-Moldova fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam
C/2026/619
ĠU L, 2026/278, 9.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/278/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/278 |
9.2.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/278
tas-6 ta’ Frar 2026
li jemenda l-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Arġentina u l-Moldova fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) u l-Artikolu 232(3), il-punt (b) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, b’mod rispettiv, tal-konsenji tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u tal-prodotti tal-laħam tal-ungulati, tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Bħala segwitu tat-tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) fil-pollam fil-provinċja ta’ Buenos Aires fl-Arġentina, li ġiet ikkonfermata fid-19 ta’ Awwissu 2025, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1772 (4) emenda, inter alia, l-entrati għal dak il-pajjiż terz fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, billi ssospenda d-dħul tal-konsenji tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1772 emenda wkoll l-entrati għall-Arġentina fit-tabella fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV, billi żied ir-rekwiżit li l-konsenji tal-prodotti tal-laħam mill-pollam u mir-ratiti jridu jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawk il-prodotti tal-laħam ikunu għaddew minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju “D” f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(6) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2025 u fit-22 ta’ Ottubru 2025, l-Arġentina ressqet informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta mat-tifqigħa tal-HPAI fil-pollam ikkonfermata fid-19 ta’ Awwissu 2025, u dwar il-miżuri li ħadet biex tipprevjeni aktar tixrid ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, bħala segwitu ta’ dik it-tifqigħa tal-HPAI, l-Arġentina implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, it-tindif u d-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti affettwati, u programm ta’ sorveljanza li juri n-nuqqas ta’ infezzjoni fil-popolazzjonijiet f’riskju. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni mressqa mill-Arġentina u kkonkludiet li pprovdiet garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li kienet wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fit-tabella tat-Taqsima B tal-Part 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji mill-Arġentina. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Arġentina terġa’ tiġi elenkata għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-prodotti tal-laħam tal-pollam u tar-ratiti bi trattament mhux speċifiku assenjat “A” fil-kolonni 10 u 11 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1, it-Taqsima A tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(8) |
Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 ġie emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1170 (5) fir-rigward tal-Moldova, wara informazzjoni mressqa minn dak il-pajjiż terz lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu fir-rigward tal-HPAI, u l-miżuri li ħadet biex tipprevjeni aktar tixrid ta’ dik il-marda. B’mod aktar partikolari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1170 emenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 billi żied, inter alia, iż-żona “MD-1” fil-Moldova fit-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, sabiex jawtorizza dik iż-żona fil-Moldova għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-laħam frisk tal-pollam. Dawk il-partijiet tat-territorju tal-Moldova, li mhumiex inklużi f’dik iż-żona MD-1, ma setgħux jiġu awtorizzati f’dak iż-żmien, peress li ma ssodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 38(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jirrikjedi li ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fit-12-il xahar preċedenti. |
|
(9) |
Barra minn hekk, wara talba mill-Moldova, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 ġie emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3145 (6) sabiex, inter alia, iż-żona MD-1 fil-Moldova tiżdied fit-tabella stabbilita fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV, kif awtorizzata għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-prodotti tal-laħam mill-pollam li mhumiex meħtieġa jgħaddu minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(10) |
Fit-3 ta’ Ottubru 2025, il-Moldova ressqet informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta mal-HPAI. B’mod partikolari, ingħatat informazzjoni dwar ir-riżultati tas-sorveljanza mwettqa fiż-żoni li mhumiex inklużi fiż-żona MD-1 fil-Moldova, li turi n-nuqqas ta’ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam f’dawk iż-żoni għat-12-il xahar preċedenti. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni mressqa mill-Moldova u kkonkludiet li pprovdiet garanziji xierqa li jissostanzjaw l-issodisfar minn dak il-pajjiż terz tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 38(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u li d-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-laħam frisk tal-pollam miż-żoni li mhumiex inklużi fiż-żona MD-1 fil-Moldova ma jirrappreżentax theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li t-territorju kollu tal-Moldova issa jiġi elenkat fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Barra minn hekk, jenħtieġ li t-territorju kollu tal-Moldova jiġi elenkat ukoll għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-prodotti tal-laħam tal-pollam bi trattament mhux speċifiku assenjat “A” fil-kolonna 10 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1, it-Taqsima A tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(12) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1772 tal-1 ta’ Settembru 2025 li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Arġentina u l-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam (ĠU L, 2025/1772, 2.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1772/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1170 tat-23 ta’ April 2024 li jemenda l-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, u li jikkoreġi l-Anness XIV tiegħu fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L, 2024/1170, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1170/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3145 tat-18 ta’ Diċembru 2024 li jemenda l-Annessi I, IX, X u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, u li jikkoreġi l-Anness XXI tiegħu fir-rigward tal-entrati għall-Istati Uniti (ĠU L, 2024/3145, 19.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3145/oj).
ANNESS
L-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XV, fil-Parti 1, it-Taqsima A hija emendata kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/278/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)