Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026R0078

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2026/78 tat-12 ta’ Jannar 2026 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi

C/2026/15

ĠU L, 2026/78, 13.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/78/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/78/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/78

13.1.2026

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/78

tat-12 ta’ Jannar 2026

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1), it-tielet sentenza, u l-Artikolu 15(2), ir-raba’ subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Is-sustanzi huma kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, tal-kategorija 1B jew tal-kategorija 2 skont il-piż tal-evidenza tal-proprjetajiet CMR tagħhom.

(2)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jipprevedi li s-sustanzi li ġew ikklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, 1B jew 2 skont il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jiġu pprojbiti milli jintużaw fil-prodotti kożmetiċi. Madankollu, dawk is-sustanzi CMR jistgħu jintużaw fil-prodotti kożmetiċi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, jew fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(3)

Sabiex tiġi implimentata b’mod uniformi l-projbizzjoni tas-sustanzi CMR fis-suq intern, ħalli tkun żgurata ċ-ċertezza legali, b’mod partikolari għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li s-sustanzi CMR kollha jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, fejn rilevanti, jitħassru mil-listi ta’ sustanzi ristretti jew awtorizzati fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, jew fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġu ssodisfati, jenħtieġ li l-listi ta’ sustanzi ristretti jew awtorizzati fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq.

(4)

Dan ir-Regolament jikkonċerna s-sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategoriji 1 A, 1B jew 2 bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2564 (3).

(5)

L-aċidu perboriku u l-imlieħ tiegħu, li ġew ikklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1B, huma elenkati fl-entrati 1397, 1398 u 1399 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u għalhekk huma pprojbiti għall-użu fil-prodotti kożmetiċi. Madankollu, is-sustanzi elenkati f’dawk l-entrati huma kollha derivattivi perborati u huma relatati strutturalment. Għandhom l-istess qalba tal-borat u jirrilaxxaw il-perossidu tal-idroġenu meta jinħallu fl-ilma, karatteristika li tispjega l-proprjetajiet kimiċi u l-attività bijoloġika simili tagħhom.

(6)

Minħabba l-mod ta’ azzjoni u r-riskji għas-saħħa komuni tagħhom, minn perspettiva regolatorja jixraq li l-aċidu perboriku u l-imlieħ tiegħu jiġu ttrattati bħala grupp aktar milli sustanzi individwali. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ċertezza legali u simplifikazzjoni, l-amalgamazzjoni tal-entrati 1397, 1398 u 1399 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tista’ tissimplifika dak ir-Regolament u ttejjeb iċ-ċarezza għall-partijiet ikkonċernati. Għalhekk, l-entrata 1397 jenħtieġ li tiġi emendata biex tirrifletti l-kontenut tal-entrati 1398 u 1399, filwaqt li l-entrati 1398 u 1399 jenħtieġ li jitħassru.

(7)

Is-sustanza “fidda” (Nru CAS 7440-22-4) ġiet ikklassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 (tossika għar-riproduzzjoni) bir-Regolament Delegat (UE) 2024/2564, meta d-dijametru tal-partikoli tagħha jkun 1 mm jew aktar (fidda f’forma massiva), meta d-dijametru tal-partikoli tagħha jkun akbar minn 100 nm u iżgħar minn 1 mm (trab tal-fidda) u meta d-dijametru tal-partikoli tagħha jkun akbar minn 1 nm u 100 nm jew inqas (fidda f’forma nano).

(8)

Il-fidda bħalissa hija elenkata fl-entrata 142 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 bħala kolorant permess (CI 77820), filwaqt li n-nanoforma kollojdali tagħha (1-100 nm) hija pprojbita fil-prodotti kożmetiċi u hija elenkata bħala l-entrata 1727 fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(9)

F’Mejju 2023, tressqet talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar l-użu tal-fidda partikolata b’daqs ta’ mirkon fil-prodotti kożmetiċi biss.

(10)

Fl-opinjoni tiegħu tas-27 ta’ Marzu 2024 (4), il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS, Scientific Committee on Consumer Safety) ikkonkluda li l-fidda partikolata b’daqs ta’ mirkon tista’ titqies sikura f’kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu fil-prodotti kożmetiċi.

(11)

Fid-dawl tal-klassifikazzjoni tal-fidda f’forma massiva, tat-trab tal-fidda u tal-fidda f’forma nano bħala sustanzi CMR tal-kategorija 2, it-talba għal eżenzjoni speċifika rilevanti għall-fidda b’daqs ta’ mikron biss u l-opinjoni rilevanti tal-SCCS, l-entrata 1727 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi l-fidda f’forma massiva u l-fidda f’forma nano. Barra minn hekk, l-entrata 142 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li tiġi emendata biex tippermetti l-użu tal-fidda b’daqs ta’ mikron (trab tal-fidda) bħala kolorant f’ċerti kundizzjonijiet biss li jitqiesu sikuri mill-SCCS, filwaqt li l-fidda b’daqs ta’ mikron jenħtieġ li tiżdied ukoll mal-lista ta’ sustanzi ristretti fil-prodotti kożmetiċi fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

(12)

Is-sustanza “2-idrossibenżoat tal-eżil” (Nru CAS 6259-76-3) ġiet ikklassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 (tossika għar-riproduzzjoni) bir-Regolament Delegat (UE) 2024/2564.

(13)

It-2-idrossibenżoat tal-eżil, bl-isem INCI “Hexyl Salicylate”, bħalissa mhuwiex regolat skont ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(14)

F’Diċembru 2022, tressqet talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar l-użu tal-Hexyl Salicylate fil-prodotti kożmetiċi.

(15)

Fl-opinjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2024 (5), l-SCCS ikkonkluda li l-Hexyl Salicylate jista’ jitqies sikur f’kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu fil-prodotti kożmetiċi.

(16)

Fid-dawl tal-klassifikazzjoni tal-Hexyl Salicylate bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 u l-opinjoni finali tal-SCCS, jenħtieġ li l-Hexyl Salicylate jiżdied mal-lista ta’ sustanzi ristretti fil-prodotti kożmetiċi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(17)

Is-sustanza “bifenil-2-ol” (Nru CAS 90-43-7) ġiet ikklassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 (karċinoġenika tal-kategorija 2), bir-Regolament Delegat (UE) 2024/2564.

(18)

Il-bifenil-2-ol, bl-isem INCI “o-Phenylphenol”, bħalissa huwa elenkat fl-entrata 7 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 bħala preservattiv permess fil-prodotti li jitlaħalħu u f’dawk li ma jitlaħalħux b’konċentrazzjoni massima permessa ta’ 0,2 % u 0,15 % (bħala fenol) rispettivament.

(19)

F’Diċembru 2023, tressqet talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar l-użu tal-o-Phenylphenol bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi. Barra minn hekk, it-talba kienet tinkludi s-sikurezza tas-“Sodium o-Phenylphenate” (Nru CAS 132-27-4), li huwa l-melħ tas-sodju tal-o-Phenylphenol u li bħalissa mhuwiex elenkat fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(20)

Fl-opinjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2024 (6), l-SCCS ikkonkluda li l-o-Phenylphenol u s-Sodium o-Phenylphenate jistgħu jitqiesu sikuri f’kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu fil-prodotti kożmetiċi.

(21)

Fid-dawl tal-klassifikazzjoni tal-o-Phenylphenol bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 u tal-opinjoni finali tal-SCCS dwar l-o-Phenylphenol u s-Sodium o-Phenylphenate, l-entrata 7 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li tiġi emendata biex is-sustanza Sodium o-Phenylphenate tiżdied mal-lista ta’ preservattivi permessi fil-prodotti kożmetiċi.

(22)

Fir-rigward tas-sustanzi kollha għajr il-fidda, it-2-idrossibenżoat tal-eżil u l-bifenil-2-ol, li ġew ikklassifikati bħala sustanzi CMR bir-Regolament Delegat (UE) 2024/2564, ma tressqet l-ebda talba għall-użu fil-prodotti kożmetiċi. Għaldaqstant, is-sustanzi CMR li mhumiex diġà elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista f’dak l-Anness tas-sustanzi ipprojbiti fil-prodotti kożmetiċi.

(23)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(24)

L-emendi tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 li huma bbażati fuq il-klassifikazzjonijiet tas-sustanzi rilevanti bħala sustanzi CMR permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2024/2564 jenħtieġ li japplikaw mill-istess data ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet.

(25)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1223/oj.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1272/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2564 tad-19 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi (ĠU L, 2024/2564, 30.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2564/oj).

(4)  SCCS (Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinion on the safety of Silver (CAS/EC No. 7440-22-4/231-131-3) used in cosmetic products, verżjoni preliminari tas-27 ta’ Marzu 2024, verżjoni finali tal-20 ta’ Ġunju, SCCS/1665/24.

(5)  SCCS (Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Addendum to the Scientific Opinion on Hexyl Salicylate SCCS/1658/23 (CAS/EC No. 6259-76-3/228-408-6) – children exposure 0-3 y.o., SCCS/1668/24, verżjoni preliminari tas-26 ta’ Lulju 2024, verżjoni finali tal-25 ta’ Ottubru 2024, rettifika tat-18 ta’ Diċembru 2024.

(6)  SCCS (Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinion on the safety of “Biphenyl-2-ol” and “Sodium 2-biphenylolate” (CAS/EC No. 90-43-7/201-993-5 and 132-27-4/205-055-6) used in cosmetic products, verżjoni preliminari tal-31 ta’ Lulju 2024, verżjoni finali tal-25 ta’ Ottubru 2024, SCCS/1669/24.


ANNESS

L-Annessi II, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata 1397 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

a

b

c

d

“1397

Aċidu perboriku (H3BO2(O2)), triidrat tal-melħ tal-monosodju [1]

13517-20-9 [1]

239-172-9 [1]

Aċidu perboriku, melħ tas-sodju, tetraidrat [2]

37244-98-7 [2]

234-390-0 [2]

Aċidu perboriku (HBO(O2)), melħ tas-sodju, tetraidrat [3]

10486-00-7 [3]

— [3]

Perossoborat tas-sodju, eżaidrat [4]

— [4]

— [4]

Perborat tas-sodju [5]

15120-21-5 [5]

239-172-9 [5]

Perossometaborat tas-sodju; perossoborat tas-sodju [6]

7632-04-4/ 10332-33-9/ 10486-00-7 [6]

231-556-4 [6]

Aċidu perboriku, melħ tas-sodju [7]

11138-47-9 [7]

234-390-0 [7]

Aċidu perboriku, melħ tas-sodju, monoidrat [8]

12040-72-1 [8]

234-390-0 [8]

Aċidu perboriku (HBO(O2)), melħ tas-sodju, monoidrat [9]

10332-33-9 [9]

— [9]

Borat tat-trimetil

121-43-7 [10]

204-468-9 [10]”

(b)

l-entrati 1398 u 1399 jitħassru;

(c)

l-entrata 1727 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

a

b

c

d

“1727

Fidda (f’forma nano) [1 nm < dijametru tal-partikoli ≤ 100 nm]

Fidda (f’forma massiva) [dijametru tal-partikoli ≥ 1 mm]

7440-22-4

231-131-3”

(d)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

a

b

c

d

“1752

Tubi tal-Karbonju b’Diversi Ħitan (grafit sintetiku f’forma tubulari) b’dijametru tat-tubu ġeometriku fil-medda minn ≥ 30 nm sa < 3 μm u b’tul ta’ ≥ 5 u b’proporzjon tal-aspett ta’ > 3:1, inklużi n-Nanotubi tal-Karbonju b’Diversi Ħitan, MWC(N)T

—

—

1753

massa ta’ reazzjoni ta’ 1,3-diossan-5-ol u 1,3-diossolan-4-ilmetanol

—

—

1754

Ossim tal-aċeton

127-06-0

204-820-1

1755

2-(dimetilammino)-2-[(4-metilfenil)metil]-1-[4-(morfolin-4-il)fenil]butan-1-on

119344-86-4

438-340-0

1756

neodekanoat tat-2,3-epossipropil

26761-45-5

247-979-2

1757

Benthiavalicarb-isopropyl (ISO); [(S)-1-{[(R)-1-(6-fluworo-1,3-benżotijażol-2-il)etil]karbamoil}-2-metilpropil]karbamat tal-isopropil

177406-68-7

—

1758

7-ossabiċiklo[4.1.0]ettan-3-karbossilat tas-7-ossabiċiklo[4.1.0]ett-3-ilmetil

2386-87-0

219-207-4

1759

3-(allilossi)-2-idrossipropansulfonat tas-sodju

52556-42-0

258-004-5

1760

1,4-dikloro-2-nitrobenżen

89-61-2

201-923-3

1761

Fenpropidin (ISO); (R,S)-1-[3-(4-terz-butilfenil)-2-metilpropil]piperidina

67306-00-7

—

1762

N,N’-metilendiakrilammid

110-26-9

203-750-9

1763

terz-butil 2-etilperossieżanoat

3006-82-4

221-110-7

1764

Borat tat-trimetil

121-43-7

204-468-9

1765

S-metolachlor (ISO); 2-kloro-N-(2-etil-6-metilfenil)-N-[(2S)-1-metossipropan-2-il]aċetammid; (R a S a)-2-kloro-N-(6-etil-o-tolil)-N-[(1S)-2-metossi-1-metiletil]aċetammid [fih 80-100 % 2-kloro-N-(2-etil-6-metilfenil)-N-[(2S)-1-metossipropan-2-il]aċetammid u 0-20 % 2-kloro-N-(2-etil-6-metilfenil)-N-[(2R)-1-metossipropan-2-il]aċetammid]

87392-12-9

—

1766

Pyraclostrobin (ISO); N-(2-{[1-(4-klorofenil)-1H-pirażol-3-il]ossimetil}fenil) N-metossi karbamat tal-metil

175013-18-0

—”

(2)

fl-Anness III, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem fil-Glossarju tal-Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“379

Fidda (trab) [100 nm < dijametru tal-partikoli < 1 mm]

Fidda

7440-22-4

231-131-3

(a)

Toothpaste

(b)

Mouthwash

Għal (a) u (b): 0,05 %

 

 

380

2-idrossibenżoat tal-eżil

Hexyl Salicylate

6259-76-3

228-408-6

(a)

Fwejjaħ b’bażi ta’ idroalkoħoliċi (ħlief fwejjaħ b’bażi ta’ idroalkoħoliċi maħsuba għat-tfal taħt it-3 snin)

(b)

Il-prodotti li jitlaħalħu kollha (ħlief shower gels/prodotti tal-banju, prodotti għall-ħasil tal-idejn, conditioners tax-xagħar u xampujiet maħsuba għat-tfal taħt it-3 snin)

(c)

Il-prodotti li ma jitlaħalħux kollha (ħlief conditioners tax-xagħar, lozzjonijiet għall-ġisem, kremi tal-wiċċ, kremi tal-idejn, lipsticks/lip balms u prodotti tal-fwieħa maħsuba għat-tfal taħt it-3 snin)

(d)

Toothpaste

(e)

Mouthwash

(f)

Shower gels/prodotti tal-banju, prodotti għall-ħasil tal-idejn, conditioners tax-xagħar, prodotti għall-kura (tal-ġilda) tal-ġisem, tal-wiċċ u tal-idejn, lipsticks/lip balms u prodotti tal-fwieħa maħsuba għat-tfal taħt it-3 snin

(a)

2 %

(b)

0,5 %

(c)

0,3 %

(d)

0,001 %

(e)

0,001 %

(f)

0,1 %

Ma għandux jintuża fi preparazzjonijiet għat-tfal taħt it-3 snin, ħlief għal (d) “Toothpaste” u (f).”

 

(3)

fl-Anness IV, l-entrata 142 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku

Numru tal-indiċi tal-kulur/Isem tal-Glossarju tal-Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Kulur

Tip ta’ prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

“142

Fidda (trab) [100 nm < dijametru tal-partikoli < 1 mm]

77820

7440-22-4

231-131-3

Abjad

(a)

Prodotti tax-xufftejn

(b)

Eye shadow

Għal (a) u (b): 0,2 %”

 

 

(4)

fl-Anness V, l-entrata 7 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem fil-Glossarju tal-Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“7

Bifenil-2-ol; 2-fenilfenol; 2-idrossibifenil

2-bifenilat tas-sodju

o-Phenylphenol

Sodium o-Phenylphenate

90-43-7

132-27-4

201-993-5

205-055-6

(a)

Prodotti li jitlaħalħu

(b)

Prodotti li ma jitlaħalħux

(a)

0,2 % (bħala fenol)

(b)

0,15 % (bħala fenol)

Meta l-o-Phenylphenol u s-Sodium o-Phenylphenate jintużaw flimkien, il-konċentrazzjoni kkombinata (bħala fenol) ma għandhiex taqbeż 0,2 % fil-prodotti li jitlaħalħu u 0,15 % fil-prodotti li ma jitlaħalħux.

Ma għandux jintuża fl-applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex il-pulmuni tal-utent aħħari jkunu esposti mat-teħid tan-nifs. Ma għandux jintuża fil-prodotti orali.

Evita l-kuntatt mal-għajnejn”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/78/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top