Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D1886

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2026/1886 tas-16 ta’ Lulju 2026 dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2026/58 (EUSDI/1/2026)

ST/11432/2026/INIT

ĠU L, 2026/1886, 30.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1886/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1886/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1886

30.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/1886

tas-16 ta’ Lulju 2026

dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2026/58 (EUSDI/1/2026)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1599 tat-3 ta’ Awwissu 2023 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (l-“Inizjattiva”). Barra minn hekk, il-Kunsill awtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ.

(2)

Fis-16 ta’ Diċembru 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/58 (2) li taħtar lill-Kurunell Emilio Asensio BAUTISTA MARTÍNEZ bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva mid-9 ta’ Jannar 2026.

(3)

Fit-8 ta’ Ġunju 2026, l-awtoritajiet militari tan-Netherlands ipproponew il-ħatra tal-Kaptan André (Annius) VAN DER KAMP bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva (il-“ħatra proposta”).

(4)

Fis-16 ta’ Ġunju 2026, il-Kmandant Militari għall-pilastru militari tal-Inizjattiva appoġġa l-ħatra proposta.

(5)

Fit-23 ta’ Ġunju 2026, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u rrakkomanda li l-KPS japprovaha.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kaptan André (Annius) VAN DER KAMP bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva mis-27 ta’ Lulju 2026.

(7)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2026/58 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kaptan André (Annius) VAN DER KAMP huwa maħtur kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea mis-27 ta’ Lulju 2026.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/58 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2026.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

L. MANDEL VENSILD


(1)   ĠU L 196, 4.8.2023, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1599/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2026/58 tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/1431 (EUSDI/4/2025) (ĠU L, 2026/58, 6.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/58/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1886/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top