This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026D0185
Council Decision (EU) 2026/185 of 9 January 2026 on the signing, on behalf of the Union, and provisional application of the Partnership Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and the Common Market of the South, the Argentine Republic, the Federative Republic of Brazil, the Republic of Paraguay and the Oriental Republic of Uruguay, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/185 tad-9 ta’ Jannar 2026 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/185 tad-9 ta’ Jannar 2026 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra
ST/12442/2025/INIT
ĠU L, 2026/185, 27.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/185/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/185/oj
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/185 |
27.2.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/185
tad-9 ta’ Jannar 2026
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 209(2) u l-Artikolu 212, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Settembru 1999, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għal Ftehim mas-Suq Komuni tan-Nofsinhar (“MERCOSUR”) u l-Istati Partijiet tiegħu għal ftehim li jikkonsisti f’partijiet politiċi, ta’ kooperazzjoni u kummerċjali. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess fis-6 ta’ Diċembru 2024. |
|
(2) |
Għalhekk, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) jenħtieġ li jiġi ffirmat. |
|
(3) |
Ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim jenħtieġ li jiġu applikati fuq bażi proviżorja, sakemm jidħol fis-seħħ, bejn l-Unjoni, minn naħa waħda, u l-MERCOSUR u/jew wieħed jew aktar mill-Istati Firmatarji tal-MERCOSUR li huma Partijiet għall-Ftehim (l-“Istati Firmatraji tal-MERCOSUR”), min-naħa l-oħra, f’konformità mal-Artikolu 30.2 tiegħu. |
|
(4) |
L-iffirmar tal-Ftehim f’isem l-Unjoni ma jaffettwax l-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħhom. Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li ma tiġix interpretata bħala li tagħmel użu tal-possibbiltà għall-Unjoni li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward tal-oqsma koperti mill-Ftehim li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza kondiviża sal-punt li tali kompetenza ma tkunx għadha ġiet eżerċitata internament mill-Unjoni. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 30.9 tiegħu, il-Ftehim, ġewwa l-Unjoni, ma jagħtix drittijiet jew ma jimponix obbligi fuq persuni minbarra dawk maħluqa mill-Partijiet skont id-dritt internazzjonali pubbliku, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (1) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta’ dak il-Ftehim.
Artikolu 2
1. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-partijiet li ġejjin għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni, minn naħa waħda, u MERCOSUR u/jew wieħed jew aktar mill-Istati Firmatarji tal-MERCOSUR, min-naħa l-oħra, f’konformità mal-Artikolu 30.2 tal-Ftehim u soġġett għan-notifiki previsti fih:
|
— |
Kapitolu 1 tal-Ftehim, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1.4, il-punt (d); |
|
— |
Kapitolu 2 tal-Ftehim, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 2.2(4), l-Artikolu 2.3(5) u l-Artikolu 2.4(5); |
|
— |
Kapitolu 3 tal-Ftehim, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 3.2(3) sa (8); |
|
— |
Kapitolu 4 tal-Ftehim, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4.1(2), il-punt (m); |
|
— |
Kapitolu 5 tal-Ftehim, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5.3(3), il-punt (b); |
|
— |
Kapitolu 6 tal-Ftehim, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6.6 (protezzjoni konsulari); |
|
— |
Kapitolu 7 tal-Ftehim; |
|
— |
Kapitolu 8 tal-Ftehim, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 8.4 (kwistjonijiet ta’ taxxa); |
|
— |
Kapitolu 30 tal-Ftehim, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 30.1(1), l-Artikolu 30.4(2), l-Artikolu 30.5(2) u l-Artikolu 30.6(5); u |
|
— |
Il-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni, kif mehmuż mal-Ftehim. |
2. Id-data minn meta l-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. RAOUNA
(1) It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fi ĠU L, 2026/186, 27.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2026/186/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/185/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)