Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D01042

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2026 li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għan-Netherlands

ST/5425/2026/INIT

ĠU C, C/2026/1042, 18.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1042/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1042/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1042

18.2.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Frar 2026

li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għan-Netherlands

(C/2026/1042)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-28 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Jurre DE HAAN, sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem.

(3)

L-organizzazzjoni ta' min iħaddem BusinessEurope nnominat kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Pascal BOUGIE huwa maħtur membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol minflok is-Sur Jurre DE HAAN għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/127/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 23).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1042/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top