Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D00543

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2026 li tissostitwixxi membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għall-Iżvezja

ST/16808/2025/INIT

ĠU C, C/2026/543, 23.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/543/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/543/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/543

23.1.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Jannar 2026

li tissostitwixxi membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għall-Iżvezja

(C/2026/543)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-23 ta' Settembru 2024 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għall-perjodu mill-25 ta' Settembru 2024 sal-24 ta' Settembru 2026.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Elin JANSSON, sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern.

(3)

L-Iżvezja ddeżinjat kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Elizabeth EKENSTAF hija maħtura membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema minflok is-Sa Elin JANSSON għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-24 ta' Settembru 2026.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KERAVNOS


(1)   ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C, C/2024/5865, 27.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5865/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/543/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top