This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026D00540
Council Decision of 20 January 2026 replacing an alternate member of the Management Board of the European Centre for the Development of Vocational Training (Cedefop) for Malta
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2026 li tissostitwixxi membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal Malta
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2026 li tissostitwixxi membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal Malta
ST/16485/2025/INIT
ĠU C, C/2026/540, 23.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/540/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/540 |
23.1.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Jannar 2026
li tissostitwixxi membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal Malta
(C/2026/540)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tat-28 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Mario CARDONA, sar vakanti siġġu bħala membru supplenti fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern. |
|
(3) |
Il-Gvern ta' Malta ddeżinja kandidat għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Stephen VELLA huwa maħtur membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali minflok is-Sur Mario CARDONA għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KERAVNOS
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 15).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/540/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)