Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R2657

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2657 tad-19 ta’ Diċembru 2025 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi, tad-dazji tal-importazzjoni u tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-melassa fis-settur taz-zokkor mit-23 ta’ Diċembru 2025

C/2025/9286

ĠU L, 2025/2657, 23.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2657/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/01/2026; Imħassar b' 32026R0120

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2657/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2657

23.12.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2657

tad-19 ta’ Diċembru 2025

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi, tad-dazji tal-importazzjoni u tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-melassa fis-settur taz-zokkor mit-23 ta’ Diċembru 2025

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 183 u 193a tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 25(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2834 (2) jipprevedi li l-prezz tal-kost, l-assigurazzjoni u n-nol (“CIF”, cost, insurance and freight) tal-importazzjoni għall-melassa għandu jitqies bħala l-“prezz rappreżentattiv” kif imsemmi fl-Artikolu 182(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-prezzijiet CIF tal-importazzjoni li mhumiex relatati mal-kwalità standard definita fl-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834, jenħtieġ li jiġu aġġustati skont il-kwalità tal-melassa offruta, f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(3)

Il-prezzijiet rappreżentattivi CIF applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa koperta mill-kodiċijiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00 jenħtieġ li jiġu ffissati f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834.

(4)

Id-dazji tal-importazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet tal-melassa msemmija jenħtieġ li jiġu ffissati f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2835 (3).

(5)

Meta jkun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv CIF, jenħtieġ li jiġu ffissati dazji tal-importazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834.

(6)

Il-prezzijiet rappreżentattivi CIF jenħtieġ li jiġu ffissati għal kull sena tal-kummerċjalizzazzjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 183 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Kummissjoni tista’ temendahom skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2008 (4) jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi, id-dazji tal-importazzjoni u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa koperta mill-kodiċijiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00 mill-1 ta’ Ottubru 2025.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2008.

(9)

Sabiex jiġi żgurat aċċess ġust għas-suq tal-Unjoni għall-melassa importata lejn dak is-suq, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament japplika kemm jista’ jkun malajr wara li tkun saret disponibbli d-data aġġornata. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi, id-dazji tal-importazzjoni u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa koperta mill-kodiċjiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2008 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

Elisabeth WERNER

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2834 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-importazzjonijiet fis-setturi tar-ross, taċ-ċereali, taz-zokkor u tal-ħops (ĠU L, 2023/2834, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2834/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar l-importazzjoni fis-setturi tar-ross, taċ-ċereali, taz-zokkor u tal-ħops, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 3330/94, (KE) Nru 2810/95, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 972/2006, (KE) Nru 504/2007, (KE) Nru 1375/2007, (KE) Nru 402/2008, (KE) Nru 1295/2008, (KE) Nru 1312/2008 u (UE) Nru 642/2010, (KEE) Nru 1361/76, (KEE) Nru 1842/81, (KEE) Nru 3556/87, (KEE) Nru 3846/87, (KEE) Nru 815/89, (KE) Nru 765/2002, (KE) Nru 1993/2005, (KE) Nru 1670/2006, (KE) Nru 1731/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 433/2007, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 1454/2007, (KE) Nru 508/2008, (KE) Nru 903/2008, (KE) Nru 147/2009, (KE) Nru 612/2009, (UE) Nru 817/2010, (UE) Nru 1178/2010, (UE) Nru 90/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1373/2013 (ĠU L, 2023/2835, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2835/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2008 tat-30 ta’ Settembru 2025 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi, tad-dazji tal-importazzjoni u tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-melassa fis-settur taz-zokkor mill-1 ta’ Ottubru 2025 (ĠU L, 2024/2008, 1.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2008/oj).


ANNESS

PREZZIJIET RAPPREŻENTATTIVI, DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI U DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GĦALL-MELASSA FIS-SETTUR TAZ-ZOKKOR MIT-23 TA’ DIĊEMBRU 2025

(f’EUR)

Kodiċi NM (1)

Prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Dazju tal-importazzjoni għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1703 10 00

20,54

0  (2)

-

1703 90 00

7,04

0,35  (3)

0,10


(1)  Għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) 2023/2834.

(2)  F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835, dan l-ammont jissostitwixxi r-rata tad-Dazju Doganali Komuni ffissata għal dawn il-prodotti.

(3)  Dan l-ammont huwa f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2657/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top