This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R2408
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/2408 of 1 December 2025 amending Implementing Regulation (EU) 2023/1134 on measures to prevent the introduction into, establishment and spread within the Union territory of Spodoptera frugiperda (Smith) with regard to the period of application of certain provisions
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2408 tal-1 ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1134 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tas-Spodoptera frugiperda (Smith) fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2408 tal-1 ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1134 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tas-Spodoptera frugiperda (Smith) fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet
C/2025/8077
ĠU L, 2025/2408, 2.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2408/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force., Date of effect: 22/12/2025
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2408 |
2.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2408
tal-1 ta’ Diċembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1134 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tas-Spodoptera frugiperda (Smith) fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (a), (b), (d), (e), (f), (h) u (i), u l-Artikolu 41(2) u l-Artikolu 72(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1134 (2) jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tas-Spodoptera frugiperda (Smith) (“il-pest speċifikat”). |
|
(2) |
Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni japplika sal-31 ta’ Diċembru 2025 biex ikunu possibbli evalwazzjoni u rieżami addizzjonali tat-tixrid tal-pest speċifikat, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-pest speċifikat u l-effettività tal-miżuri meħuda fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(3) |
Meta wieħed iqis li l-introduzzjoni ta’ ċerti pjanti hi relatata mar-riskju tat-tixrid tal-pest speċifikat fl-Unjoni, dawk il-pjanti ġew elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1134, soġġetti għal rekwiżiti speċjali għall-importazzjoni tagħhom. Abbażi tar-rieżami previst f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ir-rekwiżiti speċjali rispettivi li jikkonċernaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza, iż-żoni demarkati, il-miżuri ta’ qerda u r-rapportar, jenħtieġ li jinżammu mingħajr limitu ta’ żmien peress li skont l-esperjenza eżistenti, urew li huma l-aktar xierqa biex jindirizzaw ir-riskju tal-pest speċifikat. |
|
(4) |
Madankollu, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-introduzzjoni u l-moviment fl-Unjoni tal-frott tal-Capsicum L., tal-Momordica L., tas-Solanum aethiopicum L., tas-Solanum macrocarpon L., tas-Solanum melongena L., il-pjanti tal-Asparagus officinalis L., għajr iz-zkuk koperti tul ħajjithom kollha bil-ħamrija, l-għabra tad-dakra ħaj, il-kulturi tat-tessuti tal-pjanti u ż-żrieragħ, u l-pjanti taż-Zea mays L., għajr l-għabra tad-dakra ħaj, il-kulturi tat-tessuti tal-pjanti, iż-żrieragħ u l-ħbub, jenħtieġ li japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2028. Dan meħtieġ biex jingħata żmien biżżejjed ħalli tinkiseb valutazzjoni addizzjonali dwar il-perkorsi tal-pest speċifikat, u l-aktar miżuri xierqa biex jiġi indirizzat ir-riskju fitosanitarju rispettiv. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1134 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1134
L-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1134 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 15
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 10 u 11 għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2028.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1134 tat-8 ta’ Ġunju 2023 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ Spodoptera frugiperda (Smith), li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638 (ĠU L 149, 9.6.2023, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1134/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2408/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)