This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R2316
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/2316 of 17 November 2025 amending Implementing Regulation (EU) No 540/2011 as regards the extension of the approval periods of the active substances aluminium silicate, difenoconazole, diflufenican, disodium phosphonate, extract from tea tree, flurochloridone, indolylbutyric acid, maltodextrin, phosphane, plant oils/clove oil, plant oils/spear mint oil, potassium phosphonates and triclopyr
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2316 tas-17 ta’ Novembru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, difenokonażol, diflufenican, fosfonat tad-disodju, estratt mis-siġra tat-te, fluworokloridon, aċidu indolilbutiriku, maltodestrina, fosfan, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, fosfonati tal-potassju u triclopyr
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2316 tas-17 ta’ Novembru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, difenokonażol, diflufenican, fosfonat tad-disodju, estratt mis-siġra tat-te, fluworokloridon, aċidu indolilbutiriku, maltodestrina, fosfan, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, fosfonati tal-potassju u triclopyr
C/2025/7652
ĠU L, 2025/2316, 18.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2316/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2316 |
18.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2316
tas-17 ta’ Novembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, difenokonażol, diflufenican, fosfonat tad-disodju, estratt mis-siġra tat-te, fluworokloridon, aċidu indolilbutiriku, maltodestrina, fosfan, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, fosfonati tal-potassju u triclopyr
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE (2) inkludiet it-triclopyr bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) sal-31 ta’ Mejju 2017. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/66/KE (4) inkludiet id-diflufenican bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Diċembru 2018. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/69/KE (5) inkludiet id-difenokonażol bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Diċembru 2018. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (6) inkludiet is-silikat tal-aluminju, l-estratt mis-siġra tat-te, iż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol u ż-żjut tal-pjanti/iż-żejt tan-nagħniegħ bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Awwissu 2019. |
|
(5) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/28/UE (7) inkludiet l-aċidu indolilbutiriku bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2021. |
|
(6) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/34/UE (8) inkludiet il-fluworokloridon bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2021. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1043/2012 (9) approva s-sustanza attiva fosfan sal-31 ta’ Marzu 2023. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2013 (10) approva s-sustanza attiva maltodestrina sat-30 ta’ Settembru 2023. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 369/2013 (11) approva s-sustanza attiva fosfonati tal-potassju sat-30 ta’ Settembru 2023. |
|
(10) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 832/2013 (12) approva s-sustanza attiva fosfonat tad-disodju sal-31 ta’ Jannar 2024. |
|
(11) |
Is-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, difenokonażol, diflufenican, estratt mis-siġra tat-te, fluworokloridon, aċidu indolilbutiriku, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ u triclopyr ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (13). Is-sustanzi attivi fosfonat tad-disodju, maltodestrina, fosfan u fosfonati tal-potassju ġew inklużi fil-Parti B tal-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
|
(12) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2007 (14) estenda l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi fosfonat tad-disodju u fosfonati tal-potassju sal-31 ta’ Jannar 2026. |
|
(13) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/918 (15) estenda l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi fluworokloridon u aċidu indolilbutiriku sal-15 ta’ Marzu 2026. |
|
(14) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 (16) estenda l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi estratt mis-siġra tat-te, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol u żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ sal-31 ta’ Jannar 2026, u l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva maltodestrina sat-28 ta’ Frar 2026. |
|
(15) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2592 (17) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva difenokonażol sal-15 ta’ Marzu 2026, u l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflufenican sal-15 ta’ Jannar 2026. |
|
(16) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/324 (18) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fosfan sal-15 ta’ Marzu 2026. |
|
(17) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2221 (19) estenda l-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju u triclopyr sal-31 ta’ Marzu 2026. |
|
(18) |
Tressqu applikazzjonijiet għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, difenokonażol, diflufenican, estratt mis-siġra tat-te, fluworokloridon, aċidu indolilbutiriku, maltodestrina, fosfan, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ u triclopyr f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (20). |
|
(19) |
Fis-6 ta’ Diċembru 2016, fid-19 ta’ Jannar 2016, fil-5 ta’ April 2016, fl-20 ta’ Jannar 2017, fit-18 ta’ Lulju 2018, fit-28 ta’ Ġunju 2018, fis-17 ta’ Diċembru 2020, fil-15 ta’ Settembru 2020, fid-19 ta’ Settembru 2016, fis-26 ta’ Settembru 2016 u fl-4 ta’ Settembru 2014, l-Istati Membri relaturi rispettivament, għas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, difenokonażol, diflufenican, estratt mis-siġra tat-te, fluworokloridon, aċidu indolilbutiriku, maltodestrina, fosfan, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ u triclopyr infurmaw lill-Istati Membri korelaturi, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) li kienu vvalutaw l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità, ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi u kkonkludew li kienu ammissibbli. Dawk l-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. |
|
(20) |
Fil-11 ta’ Mejju 2020, fil-11 ta’ Jannar 2019, fl-20 ta’ Lulju 2018, fit-2 ta’ Marzu 2022, fis-7 ta’ Awwissu 2022, fl-14 ta’ Ġunju 2022, fit-8 ta’ Ġunju 2023, fit-23 ta’ Diċembru 2021, fid-29 ta’ Settembru 2021, fid-29 ta’ Settembru 2023 u fl-10 ta’ Ottubru 2018, l-Istati Membri relaturi, rispettivament, għas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, difenokonażol, diflufenican, estratt mis-siġra tat-te, fluworokloridon, aċidu indolilbutiriku, maltodestrina, fosfan, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ u triclopyr issottomettew l-abbozz tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. L-Awtorità, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, ikkonkludiet li r-rapporti għal dawk is-sustanzi attivi kollha kien fihom l-informazzjoni rilevanti kollha fil-format miftiehem, iċċirkolathom lill-applikanti u lill-Istati Membri l-oħra u għamlithom disponibbli għall-pubbliku għall-kummenti bil-miktub. |
|
(21) |
Għas-sustanzi attivi żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol u żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u din tressqet mill-applikanti sal-iskadenza mogħtija. L-Istat Membru relatur ressaq l-abbozz rivedut tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid għal żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ lill-Awtorità u l-konsultazzjoni pubblika dwarha intemmet fil-5 ta’ Settembru 2025. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex l-Awtorità tlesti l-evalwazzjonijiet u tiffinalizza l-konklużjonijiet tagħha għaż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol u għaż-żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, kif ukoll biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju li tirriżulta. |
|
(22) |
Fil-każ tas-sustanzi attivi difenokonażol, diflufenican, estratt mis-siġra tat-te, fluworokloridon u aċidu indolilbutiriku, fit-22 ta’ Lulju 2021, fil-5 ta’ Mejju 2021, fl-20 ta’ Ġunju 2024, fit-28 ta’ Ottubru 2024 u fit-3 ta’ April 2024, rispettivament, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni li jikkonċernaw il-proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (21), f’konsultazzjoni mal-Istati Membri skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-informazzjoni addizzjonali għad-difenokonażol, għad-diflufenican u għall-fluworokloridon tressqet mill-applikanti sal-iskadenza mogħtija, u għall-estratt mis-siġra tat-te u l-aċidu indolilbutiriku s-sottomissjoni hija pendenti. L-Istati Membri relaturi ressqu l-abbozz rivedut tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid għad-diflufenican u għall-fluworokloridon lill-Awtorità u l-konsultazzjonijiet pubbliċi dwarhom intemmu fit-18 ta’ Ġunju 2024 u fit-3 ta’ Ġunju 2025, rispettivament. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex l-Awtorità tlesti l-evalwazzjoni u tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għad-difenokonażol, id-diflufenican, l-estratt mis-siġra tat-te, il-fluworokloridon u l-aċidu indolilbutiriku kif ukoll biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju li tirriżulta. |
|
(23) |
Għas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, maltodestrina, fosfan u triclopyr l-Awtorità adottat il-konklużjonijiet tagħha fl-14 ta’ Ottubru 2022, fil-15 ta’ Frar 2024, fid-9 ta’ Diċembru 2024 u fis-17 ta’ Lulju 2024 rispettivament, u kkomunikathom lill-applikanti, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Huwa meħtieġ iktar żmien biex dak il-Kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-ġestjoni tar-riskju. |
|
(24) |
L-applikazzjonijiet għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi fosfonat tad-disodju u fosfonati tal-potassju tressqu f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (22). |
|
(25) |
Fid-19 ta’ Novembru 2024 u fit-8 ta’ Jannar 2025, l-Istat Membru relatur għas-sustanzi attivi fosfonat tad-disodju u fosfonati tal-potassju informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità li kien ivvaluta l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità, ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi u kkonkluda li kienu ammissibbli. Dawk l-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. |
|
(26) |
Il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 għall-fosfonat tad-disodju u l-fosfonati tal-potassju għadhom ma ġewx iffinalizzati mill-Istat Membru relatur u huwa meħtieġ iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura tat-tiġdid. |
|
(27) |
Għalhekk, fil-każ tas-sustanzi attivi kollha koperti minn dan ir-Regolament, aktarx li ma tkun tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni qabel ma jiskadu l-perjodi tal-approvazzjoni rispettivi tagħhom, bejn il-15 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu 2026. Barra minn hekk, l-applikanti rispettivi ma għandhomx kontroll fuq ir-raġunijiet għad-dewmien f’dawn il-proċeduri tat-tiġdid. Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi jiġu estiżi biex ikunu jistgħu jitlestew il-valutazzjonijiet meħtieġa u jiġu ffinalizzati l-proċeduri rispettivi dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet. |
|
(28) |
Għas-sustanzi attivi fosfonat tad-disodju u fosfonati tal-potassju, il-valutazzjoni tar-riskju għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istat Membru relatur. Meta jitqiesu l-passi li għad iridu jitlestew f’kull proċedura tat-tiġdid, jenħtieġ li d-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni għal dawn is-sustanzi attivi tiġi stabbilita għal 42 xahar. |
|
(29) |
Għas-sustanzi attivi difenokonażol, diflufenican, estratt mis-siġra tat-te, fluworokloridon, aċidu indolilbutiriku, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol u żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, l-Awtorità teħtieġ żmien addizzjonali biex tasal għall-konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju. Filwaqt li jitqiesu l-passi sussegwenti li jridu jitlestew f’kull proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi attivi jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 19-il xahar u 15-il jum għad-diflufenican u għall-fluworokloridon, għal 22 xahar u 15-il jum għad-difenokonażol, għall-estratt mis-siġra tat-te u għall-aċidu indolilbutiriku, għal 23 xahar u 15-il jum għaż-żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ u għal 29 xahar għaż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol. |
|
(30) |
Għas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, maltodestrina, fosfan u triclopyr, peress li l-għoti ta’ opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf għadu pendenti, u fid-dawl tal-passi li fadal biex jitlestew f’dawn il-proċeduri ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 12-il xahar. |
|
(31) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(32) |
F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data tal-iskadenza għall-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament jew fl-istess data prevista qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont liema data tiġi l-aħħar. F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi, kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data tal-applikazzjoni possibbli. |
|
(33) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE tal-21 ta’ Awwissu 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyril bħala sustanzi attivi (ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/74/oj).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/414/oj).
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/66/KE tat-30 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-bifenox, id-diflufenican, il-fenoxaprop-P, il-fenpropidin u l-quinoclamine bħala sustanzi attivi (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/66/oj).
(5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/69/KE tal-1 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clofentezine, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, imazaquin, lenacil, oxadiazon, picloram u pyriproxyfen bħala sustanzi attivi (ĠU L 172, 2.7.2008, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/69/oj).
(6) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/127/oj).
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/28/UE tal- 4 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż l-aċidu indolilbutiriku bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE (ĠU L 60, 5.3.2011, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/28/oj).
(8) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/34/UE tat-8 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex ikun inkluż il-fluworokloridon bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 62, 9.3.2011, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/34/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1043/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li japprova s-sustanza attiva fosfan, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1043/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2013 tat-18 ta’ April 2013 li japprova s-sustanza attiva maltodestrina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/355/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 369/2013 tat-22 ta’ April 2013 li japprova s-sustanza attiva fosfonati tal-potassju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/369/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 832/2013 tat-30 ta’ Awwissu 2013 li japprova s-sustanza attiva fosfonat tad-disodju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 233, 31.8.2013, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/832/oj).
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/540/oj).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2007 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1,4-dimetilnaftalina, 6-benżiladenina, aċekinoċil, Adoxophyes orana granulovirus, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), ażadiraktin, Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, bixafen, bupirimat, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, fosfonat tad-disodju, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, fluksapirossad, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju, prosulfuron, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sedaxane, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat, fosfidu taż-żingu (ĠU L 414, 9.12.2020, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2007/oj).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/918 tal-4 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aclonifen, ametoktradin, beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, captan, kletodim, ċiklossidim, ċiflumetofen, dażomet, diklofop, dimethomorph, ethephon, fenażakwin, fluopicolide, fluoxastrobin, fluworokloridon, folpet, formetanate, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, imessażol, aċidu indolilbutiriku, mandipropammid, metalaxyl, metaldeid, metam, metazachlor, metribuzin, milbemectin, paklobutrażol, penoxsulam, fenmedifam, pirimiphos-methyl, propamocarb, proquinazid, prothioconazole, S-metolachlor, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, Trichoderma asperellum ir-razza T34 u Trichoderma atroviride ir-razza I-1237 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 160, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/918/oj).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 tat-12 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, calcium carbide, cymoxanil, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flonicamid (IKI-220), gibberellic acid, gibberellins, alosulfuron-metil, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, maltodestrina, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, sulcotrione, tebuconazole u urea (ĠU L 178, 13.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1446/oj).
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2592 tal-21 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, 2-fenilfenol (inklużi l-mlieħi tiegħu bħall-melħ tas-sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenoks, dikamba, difenokonażol, diflufenikan, dimetaklor, esfenvalerat, etofenproks, fenoksaprop-P, fenpropidin, fenpirażammina, fluważifop P, lenasil, napropammid, nikosulfuron, żjut tal-paraffina, żejt tal-paraffina, penkonażol, pikloram, proeżadjon, spiroksammina, kubrit, tetrakonażol u tri-allat (ĠU L, 2023/2592, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2592/oj).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/324 tad-19 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi benżovindiflupir, bromukonażol, buprofeżin, ċiflufenammid, fluważinam, fluwopiram, flutolanil, lambda ċjalotrina, mekoprop-P, mepikwat, metsulfuron-metil, fosfan u piraklostrobin (ĠU L, 2024/324, 22.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/324/oj).
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2221 tas-6 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċekinoċil, silikat tal-aluminju, emamektin, l-aċidi xaħmin C7 sa C20, pendimetalina, iż-żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza u triklopir (ĠU L, 2024/2221, 9.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2221/oj).
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/844/oj).
(21) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/605/oj).
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1740/oj).
ANNESS
1.
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:|
(1) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 136, Triclopyr, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Marzu 2027”; |
|
(2) |
fis-sitt kolona, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 173, Difenokonażol, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2028”; |
|
(3) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 181, Diflufenican, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2027”; |
|
(4) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 220, Silikat tal-aluminju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Marzu 2027”; |
|
(5) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 228, Estratt mis-siġra tat-te, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Diċembru 2027”; |
|
(6) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 241, Żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Ġunju 2028”; |
|
(7) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 243, Żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Jannar 2028”; |
|
(8) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 326, Aċidu indolilbutriku, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2028”; |
|
(9) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 354, Fluworokloridon, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2027”. |
2.
Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:|
(1) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 28, Fosfan, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Marzu 2027”; |
|
(2) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 40, Fosfonati tal-potassju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2029”; |
|
(3) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 44, Maltodestrina, id-data hija sostitwita bit-“28 ta’ Frar 2027”; |
|
(4) |
fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 54, Fosfonat tad-disodju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2029”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2316/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)