Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R2152

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2152 tat-22 ta’ Ottubru 2025 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvista, servizzi u xogħlijiet, u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn għas-snin 2026–2027

C/2025/7085

ĠU L, 2025/2152, 23.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2152/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2152/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2152

23.10.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2152

tat-22 ta’ Ottubru 2025

li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvista, servizzi u xogħlijiet, u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn għas-snin 2026–2027

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5), it-tieni subparagrafu, tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim emendat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (“il-Ftehim”) huwa strument plurilaterali u l-iskop tiegħu hu li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Il-Ftehim japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist b’valur akbar minn jew daqs l-ammonti (“limiti”) stabbiliti fih, u espressi f’termini ta’ drittijiet speċjali ta’ prelevament.

(2)

Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2014/24/UE huwa li l-awtoritajiet kontraenti li jkunu qed japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Sabiex jiġi żgurat li l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4, il-punti (a), (b) u (c), tad-Direttiva 2014/24/UE jikkorrispondi għal-limiti stabbiliti fil-Ftehim, il-limiti stabbiliti f’dik id-Direttiva jenħtieġ li jiġu riveduti. F’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva jenħtieġ li jiġu allinjati mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4, il-punti (a) u (c), ta’ dik id-Direttiva.

(3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/24/UE jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrevedi l-limiti kull sentejn, b’effett mill-1 ta’ Jannar. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-limiti għas-snin 2026 u 2027 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/24/UE tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2014/24/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), “EUR 5 538 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 404 000”;

(b)

fil-punt (b), “EUR 143 000” huwa sostitwit b’“EUR 140 000”;

(c)

fil-punt (c), “EUR 221 000” huwa sostitwit b’“EUR 216 000”;

(2)

fl-Artikolu 13, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), “EUR 5 538 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 404 000”;

(b)

fil-punt (b), “EUR 221 000” huwa sostitwit b’“EUR 216 000”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65. ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/115(1)/oj).

(3)   ĠU L 68, 7.3.2014, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2014/115/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2152/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top