This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R2145
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/2145 of 21 October 2025 amending Implementing Regulation (EU) 2024/2746 laying down rules for the application of Council Regulation (EC) No 1217/2009 setting up the Farm Sustainability Data Network and repealing Commission Implementing Regulation (EU) 2015/220
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2145 tal-21 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi n-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2145 tal-21 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi n-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220
C/2025/6971
ĠU L, 2025/2145, 22.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2145/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2145 |
22.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2145
tal-21 ta’ Ottubru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi n-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi n-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 5a(2), l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 19(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2746 (2) jistabbilixxi l-limiti tad-daqs ekonomiku għal kull Stat Membru fl-Anness I tiegħu, l-għadd ta’ azjendi prospettanti għal kull Stat Membru u għal kull taqsima tan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (FSDN, Farm Sustainability Data Network) fl-Anness II tiegħu, il-forma u t-tqassim tal-preżentazzjoni tad-data dwar is-sostenibbiltà fl-Anness VIII tiegħu u l-ammont pagabbli lill-Istati Membri għas-snin ta’ rapportar 2025, 2026 u 2027 fl-Anness X tiegħu. |
|
(2) |
Il-Bulgarija talbet biex tibdel il-limitu tad-daqs ekonomiku u l-għadd ta’ azjendi prospettanti minħabba l-bidliet strutturali fl-agrikoltura tagħha, li wasslu għal tnaqqis kumplessiv fl-għadd ta’ azjendi, b’mod partikolari f’dawk iżgħar. Bl-implimentazzjoni tal-limitu rivedut tad-daqs ekonomiku, l-aġġustament tal-għadd ta’ azjendi prospettanti, u l-adattament tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif xieraq mis-sena ta’ rapportar 2026 ’il quddiem, il-Bulgarija tingħata biżżejjed żmien biex timplimenta l-bidliet meħtieġa. |
|
(3) |
F’ċerti każijiet, l-imgħax miksub fuq l-assi likwidi meħtieġa għall-operat ta’ azjenda agrikola jista’ jikkostitwixxi porzjon sostanzjali tal-introjtu tal-azjenda. Bħalissa, dan l-imgħax huwa rrapportat fit-Tabella L fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746, taħt “OGA direttament relatati mal-azjenda agrikola”. Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta’ dan l-ammont, jiġi rfinat il-kalkolu tal-introjtu tal-azjendi agrikoli bl-użu tad-data tal-FSDN, u tissaħħaħ il-komparabbiltà mal-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura, huwa meħtieġ li dan l-imgħax jiġi rrapportat separatament fit-Tabella I fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, taħt “prodotti oħra u dħul ieħor”. |
|
(4) |
It-Tabella J fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 tistabbilixxi l-istruttura għar-rapportar tat-tip ta’ akkomodazzjoni għall-annimali f’azjendi agrikoli prospettanti. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-akkuratezza tad-data, il-kodiċijiet għat-tipi ta’ akkomodazzjoni jenħtieġ li jiġu armonizzati biex jiġu assenjati kodiċijiet identiċi għal tipi identiċi ta’ akkomodazzjoni, u b’hekk tiġi ffaċilitata analiżi tad-data komparabbli u affidabbli. |
|
(5) |
It-Tabella ST fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 tistabbilixxi l-istruttura għar-rapportar tal-informazzjoni dwar it-testijiet tal-ħamrija mwettqa fuq azjendi agrikoli prospettanti. Sabiex tiġi pprovduta ċ-ċarezza fir-rapportar tal-konsistenza tal-ħamrija, it-Tabella ST jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
|
(6) |
It-Tabella I1 fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 tistabbilixxi l-istruttura għar-rapportar tal-informazzjoni dwar l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mill-azjendi prospettanti, b’għażliet għar-rapportar fil-livell tal-azjenda agrikola jew tal-għelejjel. Sabiex jitwasslu r-rekwiżiti tar-rapportar għal kull wieħed minn dawn il-livelli, it-Tabella I1 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
|
(7) |
It-Tabella J1 fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 tistabbilixxi l-istruttura għar-rapportar tal-informazzjoni dwar it-testijiet tal-ħamrija mwettqa fuq azjendi agrikoli prospettanti. Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar tal-informazzjoni u tiġi pprovduta ċ-ċarezza dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar, it-Tabella J1 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
|
(8) |
L-Artikolu 12(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 jippermetti lill-Kummissjoni teżenta lill-Istati Membri milli jissottomettu data dwar varjabbli speċifiċi elenkati fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għas-snin ta’ rapportar 2026 u 2027, dment li l-Istat Membru jissottometti talba ġustifikata. Wara s-sottomissjoni ta’ talbiet ġustifikati addizzjonali mill-Ġermanja u minn Franza qabel l-31 ta’ Mejju 2025, jeħtieġ li l-Annessi IX u X ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġu emendati kif xieraq. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, VIII, IX, u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1217/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2746 tal-25 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi n-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (ĠU L, 2024/2746, 30.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2746/oj).
ANNESS
L-Annessi I, II, VIII, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2746 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, l-entrata għall-Bulgarija hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness II, l-entrata għall-Bulgarija hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
fl-Anness IX, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
fl-Anness X, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1172 tal-4 ta’ Mejju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-politika agrikola komuni u l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ penali amministrattivi għall-kundizzjonalità (ĠU L 183, 8.7.2022, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/1172/oj).
(*2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1173 tal-31 ta’ Mejju 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 183, 8.7.2022, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1173/oj).”;”
(*3) eżenzjoni li għadha kif ingħatat”;
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2145/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)