This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R2009
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/2009 of 2 October 2025 amending Implementing Regulation (EU) 2020/1988 as regards the quantities that may be imported under certain tariff quotas following the amendment of the Association Agreement between the European Union and Moldova
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2009 tat-2 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati taħt ċerti kwoti tariffarji wara l-emenda tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Moldova
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2009 tat-2 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati taħt ċerti kwoti tariffarji wara l-emenda tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Moldova
C/2025/6735
ĠU L, 2025/2009, 3.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2009/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2009 |
3.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2009
tat-2 ta’ Ottubru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati taħt ċerti kwoti tariffarji wara l-emenda tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Moldova
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-importazzjoni msejsa fuq l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali (il-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”). |
|
(2) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropeau l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Moldova, min-naħa l-oħra (3) (il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”) jistabbilixxi, skont iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (“DCFTA”, Deep and Comprehensive Free Trade Area), ċerti kwoti tariffarji għall-prodotti tal-Moldova importati fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) 2024/1501 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbilixxa miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali għall-prodotti tal-Moldova. Dan ir-Regolament issospenda l-kwoti tariffarji kollha stabbiliti skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni sal-24 ta’ Lulju 2025. Wara din id-data, il-kummerċ bejn l-Unjoni u l-Moldova reġa’ lura għar-regoli tariffarji stabbiliti skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/2025 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Moldova fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tad-19 ta’ Settembru 2025 dwar it-tnaqqis u l-eliminazzjoni tad-dazji doganali skont l-Artikolu 147(4) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (id-“Deċiżjoni”) (5) temenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni billi timmodifika diversi kwoti tariffarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-DCFTA. B’mod partikolari, din id-Deċiżjoni żżid il-kwantitajiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-Moldova li għandhom jiġu importati fl-UE skont ċerti kwoti tariffarji. Hija tilliberalizza wkoll l-importazzjonijiet ta’ diversi prodotti mill-Moldova, li jirriżulta fit-tneħħija ta’ ċerti kwoti tariffarji. |
|
(4) |
Il-modifiki introdotti bid-Deċiżjoni huma relatati mal-kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988. Għalhekk, jenħtieġ li dawn il-modifiki jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu sabiex jiġu implimentati fil-ħin il-modifiki introdotti bid-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif emendat bid-Deċiżjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data bħal dik tad-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Billi ċerti emendi magħmula b’dan ir-Regolament japplikaw għall-perjodi tal-kwota tariffarja li jkunu għaddejjin fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-prodotti maħsuda u disponibbli għall-esportazzjoni l-aktar lejn tmiem is-sajf u fil-ħarifa, huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar il-kwantitajiet allokati bejn il-25 ta’ Lulju 2025 u d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformita mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Il-kwantità disponibbli għall-bqija tal-perjodu tal-kwota tariffarja li jkun għadu għaddej fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida, kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, u l-kwantitajiet diġà allokati bejn il-25 ta’ Lulju 2025 u d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Jekk fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-perjodu tal-kwota tariffarja rilevanti jkun diġà beda u l-kwantità disponibbli qabel tkun ġiet eżawrita, id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida u l-kwantità preċedenti għandha tiġi allokata lill-operaturi abbażi tal-ordni kronoloġika tad-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Sabiex l-operaturi li importaw il-merkanzija tagħhom barra minn kwota tariffarja qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jitolbu l-benefiċċju tal-kwota tariffarja rilevanti stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1988 kif emendat b’dan ir-Regolament, huma għandhom jemendaw id-dikjarazzjoni doganali tagħhom. Meta l-awtoritajiet doganali jagħtu l-benefiċċju tal-kwota tariffarja rilevanti wara talba minn operatur, huma għandhom jirrimborżaw lil dak l-operatur id-differenza fid-dazju tal-importazzjoni diġà mħallas.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-4 ta’ Ottubru 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 tal-11 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni f’konformità mal-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” (ĠU L 422, 14.12.2020, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1988/oj).
(3) Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/492/2023-10-06).
(4) Ir-Regolament (UE) 2024/1501 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti mir-Repubblika tal-Moldova skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2024/1501, 29.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1501/oj).
(5) ĠU L 2025/1961, 24.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1961/oj.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-frott u l-ħxejjex” hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
fit-Taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-inbid”, it-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.6805 titħassar. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2009/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)