Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 32025R1993
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/1993 of 25 September 2025 on the registration of the geographical indication Carne Salada del Trentino (PGI) in the Union register of geographical indications pursuant to Regulation (EU) 2024/1143 of the European Parliament and of the Council
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1993 tal-25 ta’ Settembru 2025 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika Carne Salada del Trentino (IĠP) fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1993 tal-25 ta’ Settembru 2025 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika Carne Salada del Trentino (IĠP) fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2025/6541
ĠU L, 2025/1993, 2.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1993/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Spēkā
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1993 |
2.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1993
tal-25 ta’ Settembru 2025
dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika “Carne Salada del Trentino” (IĠP) fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika “Carne Salada del Trentino”, li l-Kummissjoni kienet irċeviet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143, li hija applikabbli għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 90(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-indikazzjoni ġeografika “Carne Salada del Trentino” tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan, l-indikazzjoni ġeografika “Carne Salada del Trentino” (IĠP) tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2024/1143.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Christophe HANSEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1151/oj).
(3) ĠU C, C/2025/2997, 4.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2997/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1993/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)