Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R1732

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1732 tat-13 ta’ Awwissu 2025 li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

C/2025/5588

ĠU L, 2025/1732, 14.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1732/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1732/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1732

14.8.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1732

tat-13 ta’ Awwissu 2025

li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fid-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2024 mill-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024 (“l-ilmentaturi”). L-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni tax-xemgħat, kandiletti u bħalhom fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/511 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”).

1.3.   Partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”), lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.4.   Kummenti dwar il-bidu

(6)

Wara l-bidu, produttur esportatur wieħed, Qingdao Kingking Applied Chemistry Co Ltd (“Qingdao Kingking”) u assoċjazzjoni waħda ta’ produtturi tax-xemgħat, l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Kimiċi Domestiċi taċ-Ċina (“CHCIA”) qajmu dubji dwar l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni.

(7)

CHCIA qieset li d-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni kienet wiesgħa u vaga, u tissuġġerixxi li ż-żewġ eżempji rappreżentattivi pprovduti fl-ilment - xemgħat tea light bojod mhux imfewħa f’kontenituri tal-aluminju u xemgħat fil-ħġieġ bil-fwieħa - ma humiex kompluti u huma antikwati meta mqabbla ma’ dak li l-produtturi esportaturi bħalissa qed jesportaw. CHCIA qieset li porzjon sinifikanti tal-bejgħ lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi huwa aktar sofistikat u jeħtieġ għarfien artistiku sinifikanti u ħiliet manwali biex jipproduċu, u li l-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux jimmanifatturaw minħabba l-kostijiet lavorattivi.

(8)

Bħala konklużjoni, CHCIA talbet l-esklużjoni ta’ xemgħat dekorattivi magħmula bl-idejn, xemgħat f’kontenituri tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika u xemgħat imfewħa.

(9)

Qingdao Kingking tenna l-fehma ta’ CHCIA u qies li d-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni kienet vaga wisq. Huwa tenna wkoll it-talba minn CHCIA li ċerti tipi ta’ xemgħat jenħtieġ li jiġu esklużi mill-investigazzjoni, bħal:

Xemgħat li huma mfassla biex jinkludu oġġetti, figuri jew temi speċifiċi, li huma manifatturati għad-dekorazzjoni (u mhux biss għad-dawl u għas-sħana)

Xemgħat jew il-kontenituri tagħhom li jgħaddu minn sprejjar, żebgħa, inċiżjoni bil-laser jew stampar 3D

Ix-xemgħat kollha f’kontenituri għajr ħġieġ jew aluminju

Xemgħat li jinbiegħu bħala aċċessorju f’settijiet dekorattivi jew imfewħa (bħal fwieħa)

Xemgħat li jixegħlu b’lampi LED li jaħdmu bil-batterija

(10)

L-ilmentatur ma qabilx mal-argumenti ta’ Qingdao Kingking u CHCIA u oppona għat-talba għall-esklużjoni tal-prodott imressqa minnhom. Huwa saħaq li ż-żewġ tipi ta’ xemgħat rappreżentattivi fl-ilment imsemmi fil-premessa (7) hawn fuq huma rappreżentattivi ta’ xemgħat importati, mhux rappreżentattivi ta’ dak li l-produtturi tax-xemgħat tal-Unjoni jimmanifatturaw. Huwa enfasizza wkoll il-ħtieġa li d-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni tinżamm kif kien previst fin-Notifika tal-Bidu peress li l-output tax-xemgħat tal-produtturi tal-Unjoni jinkludi wkoll il-prodotti li għalihom CHCIA u Qingdao Kingking talbu l-esklużjoni.

(11)

Il-Kummissjoni qieset li, ix-xemgħat, il-kandiletti u bħalhom kollha jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala l-prodott taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni fakkret li s-sistema tan-Numru ta’ Kontroll tal-Prodott se tiżgura li x-xemgħat b’ċertu kontenitur, bil-kulur jew le, u bir-riħa jew mingħajrha se jitqabblu biss ma’ tipi simili ta’ xemgħat.

1.5.   Kampjunar

(12)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.5.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(13)

Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun (4) tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Minħabba l-inabbiltà ta’ produttur fil-kampjun, HANSA CANDLE (l-Estonja), li jipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi (5)din il-kumpanija bi produttur ieħor, Løgumkloster Lys (id-Danimarka). Madankollu, il-produttur li kien għadu kif ġie inkluż fil-kampjun ukoll ma setax jipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju. Konsegwentement, il-kampjun finali kien jikkonsisti minn żewġ produtturi tal-Unjoni. Fiż-żmien li sar il-kampjunar, dawn iż-żewġ produtturi kienu jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-produzzjoni u aktar minn 40 % tal-volum tal-bejgħ tal-kumpaniji li jipparteċipaw fil-kampjunar. Wara li ġie vverifikat il-makrokwestjonarju, ġie ddeterminat li dawn il-kumpaniji kienu jirrappreżentaw aktar minn 16 % tal-produzzjoni stmata u aktar minn 17 % tal-volum tal-bejgħ stmat tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni tinkludi għadd kbir ta’ kumpaniji, aktar minn 80 b’kollox, inklużi kemm ditti kbar kif ukoll firxa wiesgħa ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Minħabba din l-istruttura, sehem ta’ 16–17 % huwa meqjus rappreżentattiv tax-xenarju industrijali usa’. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.5.2.   Il-kampjunar ta’ importaturi mhux relatati

(14)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Madankollu, l-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu, u lanqas ipprovda l-informazzjoni meħtieġa sal-iskadenza. B’riżultat ta’ dan, ma sar l-ebda kampjunar ta’importaturi mhux relatati.

1.5.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(15)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

Kien hemm 73 produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ kien raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufin kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun (6). Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni għall-kampjun propost. Wara aġġornament klerikali minn wieħed mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun b’mod proviżorju, il-Kummissjoni finalment iddeterminat (7) il-kampjun li jikkonsisti minn tliet produtturi esportaturi, li jesportaw b’mod kollettiv aktar minn 50 % bil-volum lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

1.6.   Eżami individwali

(16)

Produttur esportatur wieħed fir-RPĊ talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. L-eżami ta’ din it-talba matul l-istadju proviżorju tal-investigazzjoni kien ikun ta’ piż bla bżonn minħabba l-kumplessità tal-każ, il-proċessi ta’ produzzjoni u l-istruttura korporattiva tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk twettaqx l-eżami individwali fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika

(17)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-GTĊ.

(18)

Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, kif tħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ.

(19)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa. L-istess kwestjonarji saru disponibbli online (8) fil-jum tal-bidu.

(20)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni  (9)

Kumpanija 1

Kumpanija 5

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Ningbo Kwung’ s Wisdom Art & Design Co., Ltd u kumpaniji relatati, il-Belt ta’ Ningbo, il-provinċja ta’ Zhejiang

Qingdao Kingking Applied Chemistry Co Ltd, il-Belt ta’ Qingdao, il-provinċja ta’ Shandong

Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co Ltd u kumpaniji relatati, il-Belt ta’ Ningbo, il-provinċja ta’ Zhejiang.

1.8.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(21)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt investigazzjoni

(22)

Il-prodott taħt investigazzjoni huwa xemgħat, kandiletti u bħalhom, li bħalissa huma kklassifikati taħt il-kodiċi NM 3406 00 00 (“il-prodott taħt investigazzjoni”).

(23)

Il-proċess ta’ produzzjoni għall-manifattura tax-xemgħat jikkonsisti fit-tisħin tal-materja prima (prinċipalment ix-xama’ tal-paraffina) u l-iffurmar tax-xemgħa f’forom jew kontenituri fi proċess ta’ tkessiħ. L-aktar materja prima komuni użata għall-produzzjoni ta’ xemgħat, kandiletti u bħalhom hija x-xama’ tal-paraffina. Ix-xama’ tal-paraffina hija derivata minn materja prima minerali, b’mod partikolari ż-żejt minerali, il-faħam jew l-iskist keroġenuż, u sa ċertu punt, il-gass naturali. Il-prodott ikkonċernat jista’ jiġi prodott ukoll b’xama’ oħra tal-fjuwil, bħall-istearin tal-annimali jew tal-ħxejjex.

(24)

Ix-xemgħat jipproduċu s-sħana u d-dawl, iżda fil-biċċa l-kbira jintużaw għal skopijiet ta’ dekorazzjoni ta’ ġewwa, pereżempju f’diversi gandlieri, pilastri u oġġetti oħra ta’ dekorazzjoni, jew għal skopijiet ta’ barra.

(25)

Il-prodott taħt investigazzjoni jiġi f’firxa kbira ta’ daqsijiet, forom u piżijiet. Jista’ jkun abjad jew ikkulurit (jew kollu kemm hu jew fuq barra biss), imfewwaħ jew mhux imfewwaħ, u dekorat jew mhux dekorat. Il-wiċċ jista’ jkun lixx jew raff. Il-prodott ikkonċernat jista’ jinżamm fil-ħġieġ/vażett jew f’kontenituri ta’ diversi materjali (pereż. ċeramika, aluminju, plastik). Hemm ukoll varjanzi f’dak li hu ftila li tintuża fix-xemgħa. Dawn jistgħu jkunu ċatti, kwadri, bil-qalba (b’materjali bħal qoton jew landa), tal-injam, jew speċjalizzati (jiġifieri, iddisinjati biex jissodisfaw il-karatteristiċi tal-ħruq ta’ applikazzjonijiet speċifiċi tax-xemgħat).

2.2.   Prodott ikkonċernat

(26)

Il-prodott ikkonċernat huwa xemgħat, kandiletti u bħalhom, li joriġinaw mir-RPĊ, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3406 00 00 (“il-prodott ikkonċernat”).

2.3.   Prodott simili

(27)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt investigazzjoni prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ; u

il-prodott taħt investigazzjoni prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(28)

F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott

(29)

Il-Kummissjoni rċeviet asserzjoni dwar l-ambitu tal-prodott minn Qingdao Kingking u CHCIA. It-talba tagħhom dwar l-ambitu tal-prodott ġiet indirizzata taħt it-taqsima 1.4 hawn fuq.

3.   DUMPING

3.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(30)

Minħabba li kien hemm provi biżżejjed disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(31)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tax-xemgħat, kandiletti u bħalhom. Għaxar produtturi esportaturi ssottomettew l-informazzjoni rilevanti.

(32)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(33)

Fir-rigward tal-użu tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha esprimew dubji dwar l-użu tiegħu. L-oġġezzjonijiet ġew indirizzati fit-taqsimiet li ġejjin.

(34)

Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(35)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, it-Tajlandja tista’ tkun pajjiż terz rappreżentattiv xieraq possibbli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li jiġi ddeterminat il-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħra li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

(36)

Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl biex tinforma lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali: l-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-25 ta’ April 2025 (minn hawn ’il quddiem “l-Ewwel Nota”) u t-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-20 ta’ Mejju 2025 (minn hawn ’il quddiem “it-Tieni Nota”), li kienet segwita min-nota supplimentari tat-22 ta’ Mejju 2025, li tikkoreġi żball klerikali f’rata tal-kambju u li tipprovdi data dettaljata dwar l-importazzjoni inklużi d-dazji applikabbli u d-data dwar il-manodopera.

(37)

F’dawk in-noti, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A, Selling, General and Administrative”) u l-profitti bbażati fuq Nopparat Candlelight Company Limited u T.T.T. Candle Co Ltd., żewġ produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż rappreżentattiv. Dawn in-noti indirizzaw ukoll il-kummenti li waslu mill-partijiet interessati dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Il-kummenti pprovduti mill-partijiet huma indirizzati fit-taqsimiet li ġejjin.

3.2.   Valur normali

(38)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(39)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG&A”).

(40)

Kif huwa spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(41)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-istat.

(42)

Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista.

(43)

Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(44)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet b’bażi soda tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”.

(45)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (“ir-Rapport”) (10), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’bosta fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera) kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

(46)

L-ilment irrefera għar-Rapport u kien fih ukoll evidenza rilevanti addizzjonali li tikkomplementa r-Rapport.

(47)

B’mod aktar speċifiku, l-ilment indika li l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tax-xemgħat, il-kandiletti u bħalhom fiċ-Ċina ma jistgħux jiġu aċċettati peress li jmorru kontra l-kunċett ta’ azzjoni libera tal-forzi tas-suq iżda pjuttost jirriżultaw mill-intervent kumpless u komplut tal-istat.

(48)

B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, l-ilment enfasizza r-rwol tal-Partit Komunista Ċiniż (“PKĊ”) fit-tiswir tal-ekonomija Ċiniża f’konformità mad-duttrina soċjalista tal-ekonomija tas-suq. Fir-rigward ta’ dan, l-ilmentatur indika li l-Kostituzzjoni Ċiniża, kif ukoll diversi atti legali oħra, jagħtu lill-istat u lill-PKĊ rwol deċiżiv fl-ekonomija. L-ilmentatur innota wkoll li b’reazzjoni għat-tensjonijiet kummerċjali globali, il-kunċett ta’ “ċirkolazzjoni doppja” kien fokali fl-aġenda tal-politika industrijali tal-PKĊ. Dan jiffoka l-aktar fuq iċ-ċirkolazzjoni domestika, inaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet, u t-tisħiħ taċ-ċiklu ekonomiku internazzjonali b’penetrazzjoni akbar tal-operaturi industrijali Ċiniżi fis-suq globali.

(49)

Bħala argument ta’ sostenn, l-ilmentatur innota wkoll li permezz tal-politiki intervenzjonisti tiegħu, il-PKĊ iżomm kontroll strett mhux biss tal-intrapriżi tal-istat (“SOEs, state-owned enterprises”), iżda wkoll tal-kumpaniji. Barra minn hekk, huwa semma li l-PKĊ għandu rwol formali fi ħdan l-assoċjazzjonijiet tal-industrija, li huma mezz ieħor tal-istat biex tiġi kkontrollata l-industrija Ċiniża. Fir-rigward ta’ dan, l-ilmentatur semma li skont id-dritt tal-kumpaniji Ċiniż, il-kumpaniji huma meħtieġa jistabbilixxu organizzazzjoni tal-PKĊ biex twettaq l-attivitajiet tal-gvern.

(50)

Min-naħa tiegħu, il-PKĊ stabbilixxa politiki intervenzjonisti fil-livell nazzjonali, provinċjali u muniċipali, f’setturi speċifiċi. Fost dawn il-politiki intervenzjonisti, il-pjanijiet ta’ 5 snin (11) (“FYPs, Five Year Plans”) huma mfassla biex jilħqu l-objettivi tal-Kumitat Ċentrali tal-PKĊ. Għaldaqstant, il-PKĊ jippromwovi ċerti kategoriji ta’ attivitajiet ekonomiċi u jipprojbixxi oħrajn. Il-kategoriji promossi għandhom aċċess għall-mezzi meħtieġa biex jimplimentaw il-pjanijiet, filwaqt li s-setturi skoraġġuti jesperjenzaw disponibbiltà ristretta tar-riżorsi.

(51)

Fost is-setturi mħeġġa, l-ilmentatur irrefera għas-settur kimiku u petrokimiku, il-paraffina u tipi oħra ta’ xama’ bħala l-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat. B’mod partikolari, kemm fis-settur petrokimiku kif ukoll f’dak kimiku, il-politika Ċiniża għandha l-għan li żżomm “kontroll assolut” u “kontroll relattivament b’saħħtu” (12). Skont l-ilmentatur, dan huwa konformi wkoll mal-14-il FYP u ġew stabbiliti miri speċifiċi tal-kapaċitajiet, għażliet tal-prodotti, u miżuri ta’ nfiq għar-R&Ż għas-settur.

(52)

Settur ieħor identifikat mill-ilmentatur bħala affettwat minn distorsjonijiet sinifikanti huwa s-settur tal-aluminju (ix-xemgħat tea light bojod mhux imfewħa spiss jitqiegħdu f’kontenituri tal-aluminju). L-ilmentatur issottometta li s-settur tal-aluminju huwa fil-biċċa l-kbira dirett u kkontrollat mill-GTĊ, u li s-settur ibbenefika minn diversi miżuri ta’ intervent, fosthom, il-prezzijiet preferenzjali tal-elettriku u tal-enerġija, il-miżuri relatati mal-esportazzjoni biex tiġi evitata l-esportazzjoni tal-boksajt, u r-rekwiżiti mhux awtomatiċi tal-liċenzjar tal-esportazzjoni fuq il-boksajt. Dawn il-miżuri rriżultaw f’distorsjonijiet li jaffettwaw il-katina tal-valur kollha.

(53)

L-ilmentaturi nnutaw ukoll li l-Kummissjoni kienet stabbiliet qabel li s-settur tal-aluminju mhux biss ibbenefika minn firxa ta’ sussidji governattivi iżda bbenefika wkoll mill-bejgħ mill-ġdid tal-aluminju primarju permezz ta’ aġenzija tal-istat, jiġifieri l-Amministrazzjoni Nazzjonali tar-Riżervi Strateġiċi u tal-Ikel.

(54)

Barra minn hekk, l-ilment innota l-importanza tal-ħġieġ bħala input għall-produzzjoni tax-xemgħat u argumenta li s-settur tal-ħġieġ bħalissa qed ibati minn kapaċitajiet żejda, kif ukoll li jappartjeni għas-setturi mħeġġa u bħala tali jibbenefika wkoll mill-politika ta’ differenzjazzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku (13).

(55)

Barra minn hekk, l-ilment innota wkoll distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw is-settur tal-qoton, materja prima oħra użata fil-manifattura tax-xemgħat. Il-GTĊ jippermetti biss lil ċerti Intrapriżi Kummerċjali tal-Istat jinnegozjaw il-qoton, li jippermetti lill-gvern jinfluwenza l-prezz domestiku u tal-esportazzjoni. L-ilmentatur afferma li l-għan huwa li jinżamm prezz stabbli tal-qoton, meqjus bħala komodità agrikola strateġika (14).

(56)

Barra minn hekk, l-ilmentatur innota distorsjonijiet fis-settur tal-enerġija u semma li l-katina tal-provvista tal-manifattura tax-xemgħat tirċievi prezzijiet preferenzjali tal-elettriku, minħabba li b’mod partikolari l-industrija tal-aluminju u tat-tessuti huma eliġibbli għall-provvista ta’ elettriku orħos, iżda wkoll meta jitqiesu l-promozzjonijiet tal-produzzjoni tal-faħam fil-passat, li fl-aħħar mill-aħħar irriżultaw fi provvista eċċessiva ta’ elettriku ġġenerat minn dan is-sors.

(57)

L-ilment issottometta wkoll li l-Istat Ċiniż għandu rwol rilevanti fl-allokazzjoni tal-kapital, li fih jagħti vantaġġ preġudikat lill-SOEs u lin-negozji privati b’rabtiet mill-qrib mal-gvern. Dan huwa aggravat mill-fatt li porzjon għoli ta’ self isir disponibbli f’termini preferenzjali. Minħabba dawn il-kostijiet baxxi b’mod artifiċjali, iċ-Ċina esperjenzat żieda qawwija fil-kreditu kkaratterizzata minn użu eċċessiv tal-kapital.

(58)

Fl-aħħar nett, l-ilmentatur semma d-distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tax-xogħol filwaqt li nnota li l-ħaddiema u l-impjegaturi ma għandhomx il-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ negozjar kollettiv peress li ċ-Ċina ma rratifikatx il-konvenzjonijiet fundamentali rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organization) jew inkella implimentat dawn id-drittijiet. Barra minn hekk, is-suq tax-xogħol Ċiniż huwa, skont l-ilmentatur, distort mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi li tqiegħed porzjon tal-forza tax-xogħol f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ u toħloq inċertezza rigward il-kostijiet lavorattivi.

(59)

Abbażi ta’ dan, l-ilmentatur ikkonkluda li distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jeżistu fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat.

(60)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku.

(61)

Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

3.2.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina

(62)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa mnaqqax fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda mill-poplu kollu u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”.

(63)

L-ekonomija tal-istat hija l-“forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (15). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha.

(64)

Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Huma tollerati forom oħrajn ta’ sjieda, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (16).

(65)

Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-PKĊ. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tal-PKĊ huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tal-PKĊ u tal-istat.

(66)

Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tal-PKĊ ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni.

(67)

Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[i]l-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (17) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tal-PKĊ fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina.

(68)

Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

(69)

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq l-għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mill-PKĊ minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (18). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(70)

L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern.

(71)

Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti.

(72)

Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.).

(73)

L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont il-każ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (19).

(74)

It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (20).

(75)

L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma stabbiliti b’mod istituzzjonali u operazzjonali b’mod li ma jkunx immirat lejn il-massimizzazzjoni tal-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda lejn l-iżgurar tal-kontroll u l-awtorizzazzjoni ta’ intervent mill-istat u mill-PKĊ (21).

(76)

It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (22).

(77)

B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (23).

(78)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, b’dan jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (24).

3.2.2.1.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut sa grad sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.

(79)

Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa prinċipalment moqdi minn kumpaniji privati bħalma huma Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co. (25), Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co. (26), jew Qingdao Kingking (27). Madankollu, il-Kummissjoni sabet ukoll li l-produtturi ewlenin (28) tal-paraffina, input ewlieni għall-produzzjoni tax-xemgħat, huma proprjetà tal-istat, bħal pereżempju Petrochina (29), Sinopec Group (30) jew Sinochem Group (31), kollha kkontrollati mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (32) (“SASAC, State-owned Asset Supervision and Administration Commission”).

(80)

Barra minn hekk, l-akbar produttur tal-aluminju taċ-Ċina, China Aluminum Corporation (“Chinalco”), huwa SOE, bi sjieda pubblika ta’ aktar minn 35 % (33).

(81)

Minħabba li l-interventi tal-PKĊ fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma anke f’kumpaniji privati (34), bil-PKĊ jasserixxi t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż, l-influwenza tal-istat permezz ta’ strutturi tal-PKĊ fi ħdan il-kumpaniji effettivament tirriżulta f’sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt kontroll u taħt superviżjoni politika tal-gvern, fid-dawl ta’ kif l-istrutturi tal-istat u tal-Partit kibru flimkien fiċ-Ċina.

(82)

Barra minn hekk, il-Liġi dwar il-Promozzjoni tas-Settur Privat tgħid li “[l-]organizzazzjonijiet ekonomiċi privati u l-operaturi tagħhom għandhom jappoġġaw it-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina, jaderixxu mas-sistema soċjalista b’karatteristiċi Ċiniżi, u jipparteċipaw b’mod attiv fil-bini ta’ potenza moderna soċjalista.” (35)

(83)

Livell simili ta’ kontroll u ta’ superviżjoni tal-politika jista’ jiġi osservat fil-livell tal-assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija, bħaċ-China Petrochemical and Chemical Industry Federation (“CPCIF, Petrochemical and Chemical Industry Federation”) li hija l-assoċjazzjoni settorjali tal-industrija.

(84)

Is-CPCIF taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-PKĊ, twettaq attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-Partit (36). Barra minn hekk, “l-awtorità ta’ reġistrazzjoni u ġestjoni tal-Assoċjazzjoni hija l-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili” (37) u l-kundizzjonijiet biex wieħed ikun eliġibbli bħala rappreżentant tas-CPCIF jinkludu li “jaderixxi mat-tmexxija tal-PKĊ, jappoġġa s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, jimplimenta b’mod riżolut il-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u jħaddan kwalitajiet politiċi tajbin” (38).

(85)

Sinochem Group u Sinopec Group huma membri tas-CPCIF (39).

(86)

B’mod aktar speċifiku, l-assoċjazzjoni tal-industrija li tkopri l-industrija tax-xemgħat hija l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tas-Sustanzi Kimiċi domestiċi taċ-Ċina (40) (“CHCIA, China Household Chemicals Industry Association”) li stabbiliet ukoll fergħa tax-xemgħat (41).

(87)

L-Artikolu 2 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CHCIA jiddikjara li “l-għan ta’ din [l-]assoċjazzjoni huwa li tkun assistent tajjeb għad-dipartimenti governattivi”. Barra minn hekk, is-CHCIA “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-PKĊ [… u] [l-]awtorità ta’ reġistrazzjoni u ġestjoni ta’ din l-assoċjazzjoni hija l-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili, u l-awtorità ewlenija tal-bini tal-Partit hija l-Kumitat tal-Partit tas-[SASAC] tal-Kunsill tal-Istat. L-Assoċjazzjoni taċċetta gwida u superviżjoni tan-negozju mill-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni u tal-ġestjoni, l-awtoritajiet ewlenin tal-bini tal-Partit, u d-dipartimenti rilevanti tal-ġestjoni tal-industrija”  (42) .

(88)

Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet biex wieħed ikun eliġibbli bħala rappreżentant tas-CHCIA jinkludu li “jaderixxi mat-tmexxija tal-PKĊ, jappoġġa s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, jimplimenta b’mod riżolut il-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u jħaddan kwalitajiet politiċi tajbin (43).”

(89)

Qingdao Kingking jokkupa viċi presidenza fil-bord tad-diretturi tas-CHCIA (44).

(90)

Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Fabbrikazzjoni tal-Metalli Mhux Ferrużi taċ-Ċina (“CNFA”) (45), li tkopri l-input tal-aluminju, tiddikjara b’mod partikolari fl-Artikolu 3 tal-Artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħha li l-organizzazzjoni “[t]aderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tistabbilixxi organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, twettaq attivitajiet tal-Partit u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit” u “taċċetta l-gwida professjonali, is-superviżjoni u l-ġestjoni mill-entitajiet inkarigati mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, minn entitajiet inkarigati mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti inkarigati mill-ġestjoni tal-industrija (46)”. Skont l-Artikolu 6, l-ambitu tan-negozju tal-Assoċjazzjoni huwa, inter alia, dan li ġej: “[f’] konformità mal-politika ġenerali u l-kompitu ġenerali li tiġi stabbilita sistema ekonomika tas-suq soċjalista imressqa mill-Partit u mill-istat, u fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali tal-industrija, jitressqu b’mod attiv suġġerimenti u opinjonijiet dwar l-iżvilupp tal-industrija, il-politiki, il-liġijiet u r-regolamentazzjoni tal-industrija” (47).

(91)

L-Assoċjazzjoni Nazzjonali taċ-Ċina għall-Industrija tal-Ħġieġ (48) (“CNAGI”) hija rilevanti wkoll sal-punt li tkopri s-settur tal-ħġieġ għall-użu domestiku, inklużi l-kontenituri tal-ħġieġ użati għall-produzzjoni tax-xemgħat. L-Artikolu 2 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha jiddikjara li “[l-]assoċjazzjoni timxi mal-Kostituzzjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-politiki nazzjonali, tipprattika l-valuri Soċjalisti ewlenin, tippromwovi l-ispirtu tal-patrijottiżmu (49)”. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3, l-assoċjazzjoni “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tistabbilixxi l-organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina [u] taċċetta l-gwida u s-superviżjoni tan-negozju tal-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili u d-dipartimenti tal-ġestjoni tal-industrija (50)”.

(92)

Konsegwentement, anke produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat ma jitħallewx joperaw taħt il-kundizzjonijiet tas-suq. Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika.

3.2.2.2.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat fid-ditti li tippermetti lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(93)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda tal-SOEs u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (51), iċ-ċelloli tal-PKĊ fl-intrapriżi, kemm dawk tal-istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju.

(94)

Skont id-dritt soċjetarju taċ-Ċina, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tal-PKĊ (li jkollha tal-anqas tliet membri tal-PKĊ kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tal-PKĊ (52)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett.

(95)

Madankollu, tal-anqas mill-2016, il-PKĊ qiegħed isaħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu sabiex jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (53), inkluż l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit (54).

(96)

Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tal-PKĊ ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (55). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(97)

Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era (“il-Linji Gwida”) (56), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-partit f’intrapriżi privati.

(98)

It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nżidu ulterjorment il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala vanguards u pijunieri.” Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tal-PKĊ fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (57).

(99)

L-investigazzjoni kkonfermat li jeżistu wkoll koinċidenzi bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija fil-PKĊ / il-funzjonijiet tal-Partit fis-settur tax-xemgħat. Bħala eżempju, il-maniġer ġenerali ta’ Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co. huwa membru tal-PKĊ (58).

(100)

Barra minn hekk, Qingdao Kingking “jagħti rwol sħiħ lill-organizzazzjoni tal-Partit fir-rigward tar-rwol politiku ewlieni tiegħu fost il-persunal u fir-rigward tat-tmexxija politika tiegħu fuq l-iżvilupp tal-kumpanija”  (59).

(101)

Is-sit web ta’ Sinopec jiddeskrivi r-rwol tal-Kumitat tal-Partit fi ħdan il-Grupp kif ġej: “[i]saħħaħ it-tmexxija tal-Partit fil-proċess tat-titjib tal-governanza korporattiva, […] jottimizza l-lista ta’ kwistjonijiet ewlenin diskussi u deċiżi mill-kumitat tal-Partit tal-kumpanija […] u jintegrahom fis-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tal-informazzjoni tal-kwartieri ġenerali”. Barra minn hekk, il-kumpanija beħsiebha “tippromwovi b’mod komprensiv il-konnessjoni u l-konsolidazzjoni effettivi tal-lista ta’ kwistjonijiet ewlenin diskussi u deċiżi mill-Kumitat tal-Partit ta’ intrapriżi affiljati direttament mal-lista ta’ kwistjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, “tlieta ewlenin u waħda importanti”, tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ ħidma minn fuq għal isfel għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn diversi dipartimenti, u tippromwovi kontinwament ir-rieżami konġunt u t-titjib sinkroniku ta’ sistemi importanti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet biex tiżgura l-operat standardizzat u effettiv tas-setgħat tal-Kumitat tal-Partit fil-governanza korporattiva”  (60).

(102)

Barra minn hekk, il-produtturi tal-aluminju huma wkoll soġġetti għal interferenza mill-Partit, peress li l-President ta’ Chinalco u d-direttur u l-maniġer ġenerali ta’ Chinalco, huma rispettivament is-segretarju tal-Partit u l-viċi segretarju tal-Partit tal-organizzazzjoni tal-partit ta’ Chinalco. Barra minn hekk, fl-2024, l-unitajiet kollha ta’ Chinalco Group nedew l-Istudju u l-Edukazzjoni tad-Dixxiplina tal-Partit: “[i]l-laqgħa ta’ skjerament tal-Istudju u l-Edukazzjoni tad-Dixxiplina tal-Partit ta’ Chinalco Group enfasizzat li l-organizzazzjonijiet tal-partit fil-livelli kollha għandhom isaħħu l-kombinazzjoni tal-apprendiment u l-applikazzjoni, jikkombinaw l-Istudju u l-Edukazzjoni tad-Dixxiplina tal-Partit mal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ implimentazzjoni annwali tal-ippjanar strateġiku ta’ Chinalco Group, […] proġett ewlenin annwali […] u jipprovdu garanziji politiċi sodi għall-isforz biex jinkiteb kapitolu ġdid tal-modernizzazzjoni ta’ Chinalco”  (61) .

(103)

Il-preżenza u l-intervent tal-istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (62). B’hekk, il-preżenza tal-istat f’ditti fis-settur tax-xemgħat u f’setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.2.2.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles b’mod ieħor.

(104)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern.

(105)

B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (63).

(106)

B’mod ġenerali, il-GTĊ għandu l-ħsieb li “jappoġġa lill-organizzazzjonijiet ekonomiċi privati biex jipparteċipaw fi strateġiji nazzjonali ewlenin u fi proġetti ewlenin. Jappoġġa lill-organizzazzjonijiet ekonomiċi privati biex jinvestu u jibdew in-negozji f’industriji emerġenti strateġiċi, f’industriji futuri u f’oqsma oħra, iħeġġu t-trasformazzjoni teknoloġika u t-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali”  (64).

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott ikkonċernat.

(107)

L-ewwel nett, l-14-il FYP dwar il-Materja Prima (65) jindirizza direttament is-settur tal-prodott ikkonċernat billi jiddikjara li l-GTĊ se “[j]ottimizza t-tqassim tal-kapaċitajiet ġodda tal-produzzjoni, […] jippromwovi l-aġġustament u l-ottimizzazzjoni tat-tqassim spazjali tal-industrija tal-materja prima [u] [j]implimenta l-pjan tal-ippjanar u t-tqassim tal-industrija petrokimika”. B’mod aktar speċifiku, il-GTĊ għandu l-ħsieb li “jibni għadd ta’ raggruppamenti tal-industrija […] petrokimiċi” u biex “[j]agħmel intrapriżi ewlenin akbar u aktar b’saħħithom, […] jikkoordina u jsolvi kwistjonijiet ewlenin ta’ fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet transreġjonali tal-intrapriżi, jappoġġa lill-intrapriżi biex jaċċelleraw il-fużjonijiet u r-riorganizzazzjonijiet transreġjonali u transproprjetarji, itejjeb il-konċentrazzjoni industrijali, u jwettaq operazzjonijiet internazzjonali. Fil-petrokimika, l-azzar, il-metalli mhux tal-ħadid, il-materjali tal-bini u industriji oħra, [il-GTĊ għandu wkoll l-intenzjoni] li jikkultiva grupp ta’ intrapriżi ewlenin fil-katina tal-industrija b’dominanza ekoloġika u kompetittività ewlenija”  (66) .

(108)

Barra minn hekk, l-Opinjoni ta’ Gwida tal-MIIT tal-2022 dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industriji tal-Kimika u tal-Petrokimika fl-14-il Pjan ta’ 5 Snin (67) tagħti mandat biex “[t]itħaffef it-trasformazzjoni u t-titjib sabiex titjieb il-kompetittività tal-industrija.”

(109)

Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Ħidma tal-MIIT tal-2023 għat-tkabbir kostanti tal-industrija kimika u petrokimika (68) jipprevedi li wieħed mill-objettivi ewlenin tiegħu huwa li “[j]appoġġa l-bażijiet nazzjonali ta’ dimostrazzjoni għall-mudell il-ġdid ta’ industrijalizzazzjoni fl-industrija petrokimika u kimika biex tittejjeb il-kwalità tal-iżvilupp u jiġu promossi r-raggruppamenti nazzjonali tal-manifattura avvanzati oħra fl-industrija petrokimika u kimika, bħar-Raggruppament Petrokimiku Ekoloġiku ta’ Ningbo biex jimxu lejn raggruppamenti ta’ klassi dinjija”.

(110)

Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co. u Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co. jinsabu f’Hebei.

(111)

Barra minn hekk, fil-livell lokali, il-Pjan ta’ Ħidma tal-Provinċja ta’ Liaoning tal-2024 dwar it-Titjib tal-Konnessjoni bejn ir-Robots Industrijali u l-Katina ta’ Provvista Industrijali Ewlenija Oħra (69) jkopri b’mod espliċitu s-settur tal-paraffin u jfittex li “[j]solvi għadd ta’ xkiel għall-kwalità li jirrestrinġi l-iżvilupp industrijali, jikkultiva għadd ta’ intrapriżi fuq quddiem ta’ kwalità u intrapriżi innovattivi standard, u jtejjeb b’mod sinifikanti l-livell ta’ ġestjoni ta’ kwalità, il-valur tad-ditta, is-sehem tas-suq u l-kompetittività ewlenija tal-industriji ewlenin”.

(112)

Barra minn hekk, il-“Kumitat tal-Partit Muniċipali u l-Gvern Muniċipali ta’ Fushun jagħtu importanza kbira lill-iżvilupp tal-industrija tal-paraffina, u se jagħtu sehem sħiħ lill-vantaġġi tar-riżorsi, il-vantaġġi tekniċi, u l-vantaġġi tar-raggruppamenti tal-industrija tal-paraffina, itejbu r-reżiljenza tal-katina tal-industrija tal-paraffina, u jaċċelleraw il-formazzjoni ta’ xejra ġdida ta’ żvilupp tal-katina tal-industrija tal-paraffina. […] Petrochina tappoġġa lil Fushun Petrochemical biex issir akbar u aktar b’saħħitha, iżżid il-produzzjoni tal-paraffina, u tibni lil Fuchun fl-akbar bażi ta’ produzzjoni tal-paraffina fid-dinja. [...] Fir-rigward tat-titjib tal-konnessjoni tal-industrija tal-paraffin u l-katina tal-provvista kollha, il-Gvern Muniċipali ta’ Fushun, bħala l-entità ewlenija tal-katina tal-industrija, ser jagħti kontribut sħiħ lir-rwol ta’ makrokontroll tal-gvern [...] biex jikseb żvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-paraffin, jixpruna t-tkabbir ekonomiku lokali, u jibni l-pilastri tas-sistema industrijali”  (70).

(113)

L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li l-GTĊ għandu wkoll miżuri biex jiżviluppa s-suq tax-xemgħat, bħal f’Hebei fejn il-“Muniċipalità ta’ Donwang żviluppat b’mod vigoruż l-industrija tax-xemgħat. […] Fil-preżent, ix-xemgħat u l-prodotti ta’ sostenn prodotti jammontaw għal 70 % tas-sehem mis-suq nazzjonali, b’aktar minn 40 intrapriża tal-produzzjoni fuq skala kbira, b’valur tal-produzzjoni annwali ta’ RMB 1,2 biljun yuan, u esportazzjonijiet annwali ta’ RMB 100 miljun yuan” (71). Biex jintlaħqu dawn il-miri, il-Muniċipalità ta’ Dongwang fittxet li “[t]istabbilixxi u tiżviluppa u taġġorna l-industrija, [t]irrepeti l-integrazzjoni industrijali, tistabbilixxi assoċjazzjoni tal-industrija tax-xemgħat, tintegra l-vantaġġi industrijali, [u] tippromwovi l-iżvilupp xjentifiku u ordnat tal-industrija tax-xemgħat”  (72).

(114)

Għalhekk, permezz ta’ dawn l-istrumenti u mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream.

(115)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jikkonċernaw is-settur. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.2.2.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà

(116)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali minn prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku.

(117)

In-numru ta’ fallimenti għadu magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom numru ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentati ta’ rikorsi ta’ falliment. Barra minn hekk, ir-rwol tal-istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (73).

(118)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet għall-art u għall-użu tal-art fiċ-Ċina (74). L-art kollha hija proprjetà tal-istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss fuq l-istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet huma regolarment mhux irrispettati, u ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (75). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (76).

(119)

L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli għalkollox anke fis-settur tax-xemgħat. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet.

(120)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat.

3.2.2.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(121)

Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (77).

(122)

Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (78). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari.

(123)

Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (79). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina

(124)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tax-xemgħat ma huwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jimmanifattura l-prodott ikkonċernat jew il-materja prima prinċipali għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tal-manodopera fiċ-Ċina).

3.2.2.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-istat.

(125)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(126)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-istat (80), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru miill-PKĊ) (81) u, għal darba oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-GTĊ.

(127)

Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-istat (82). Dan huwa amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (83).

(128)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(129)

Pereżempju, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati miill-PKĊ u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (84). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa għandhom iqisu, b’mod partikolari, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (85) .

(130)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu soġġetti għal distorsjoni għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b’mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu sistematikament għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (86).

(131)

Dan huwa amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (87). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(132)

It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv ta’ investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali.

(133)

It-tielet nett, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fir-rata ta’ referenza jew taħtha kien għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu fl-aħħar tal-2018 (88). Il-media uffiċjali fiċ-Ċina dan l-aħħar irrapportat li l-PKĊ talab “li titbaxxa r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self (89)”. Ir-rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(134)

It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, bil-GTĊ li għażel numru ta’ drabi li jew jevita l-inadempjenzi, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħin kumpaniji “żombi”, jew li jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha.

(135)

Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu sabiex is-suq jiġi lliberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(136)

Ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott ikkonċernat ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

3.2.3.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(137)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq, kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport, japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport.

(138)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-prodott ikkonċernat jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall hawn fuq, b’mod partikolari fil-premessi (104) - (136). Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet tapplika b’mod ġenerali, bil-produtturi tax-xemgħat jkunu soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fiċ-Ċina. Id-distorsjonijiet għalhekk għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat.

(139)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport.

(140)

Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha kemm hi. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien immanifatturat fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija.

(141)

F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma preżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju.

3.2.4.   L-argumenti tal-partijiet interessati

(142)

Fit-8 ta’ Mejju 2025, Qingdao Kingking issottometta sett ta’ kummenti bi tweġiba għall-Ewwel Nota, inkluż fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(143)

Il-kumpanija nnotat li l-allegazzjonijiet li hemm “distorsjoni sinifikanti” fil-prezzijiet ta’ industrija speċifika fiċ-Ċina ma għandhomx ikunu konklużjoni ddeterminata minn qabel, filwaqt li indikat ukoll li skont ir-regoli tal-UE, il-kost tal-produzzjoni ta’ ċerta industrija fiċ-Ċina jista’ jiġi rikonoxxut sakemm jiġi ppruvat li ma hemm l-ebda distorsjoni. Hija nnotat ukoll li d-distorsjoni tal-prezzijiet għall-erba’ industriji bażiċi fiċ-Ċina ma kellha xejn x’taqsam mal-industrija speċifika tax-xemgħat, kif ukoll li l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-2009 u fl-2015, rispettivament, kienu kkonkludew li l-prezzijiet fiċ-Ċina ma kinux jiġu distorti.

(144)

Qingdao Kingking tenna dawn l-affermazzjonijiet fil-kummenti tiegħu dwar it-Tieni Nota, sottomessi fit-3 ta’ Ġunju 2025.

(145)

Dawn l-argumenti ma setgħux jiġu aċċettati. L-ewwel nett, ir-referenza tal-kumpanija għall-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami ta’ skadenza tal-2015 hija irrilevanti, peress li dawk l-investigazzjonijiet saru qabel l-introduzzjoni tal-Artikolu 2(6a) fir-Regolament bażiku. It-tieni nett, f’dak il-każ, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tuża l-kostijiet domestiċi biex tiddetermina l-valur normali, iżda biss sal-punt li jiġu stabbiliti b’mod pożittiv u mhux li jiġu distorti, abbażi ta’ evidenza akkurata u xierqa. Madankollu, minbarra li allegat nuqqas ta’ distorsjonijiet b’referenza għall-investigazzjoni tal-2009 u l-2015, il-kumpanija naqset milli tissottometti xi evidenza li l-industrija tax-xemgħat bħalissa ma hijiex se tiġi affettwata minn dawn id-distorsjonijiet. Kif deskritt fid-dettall fil-premessi (79) u (88) dwar l-affiljazzjonijiet tal-partiti ta’ Qingdao Kingking, u fil-premessi (62) - (141), is-settur tal-prodott ikkonċernat, inklużi s-setturi tal-inputs ewlenin tiegħu, huwa soġġett għal distorsjoni sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

3.2.5.   Konklużjoni

(146)

L-analiżi stabbilita f’din it-taqsima, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent taċ-Ċina fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-prodott ikkonċernat uriet li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għaliex huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih.

(147)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali.

(148)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tikkalkula l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.2.6.   Pajjiż rappreżentattiv

3.2.6.1.   Kummenti ġenerali

(149)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi ta’ data tal-Bank Dinji (90);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni f’dak il-pajjiż;

L-eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv.

Meta jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ngħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(150)

Kif spjegat fil-premessa (36), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

3.2.6.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(151)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kellha l-ħsieb li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali u pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija. Hija identifikat ukoll pajjiżi rappreżentattivi possibbli.

(152)

Skont l-istatistika tal-importazzjoni tal-materja prima, l-importazzjonijiet tal-fatturi tal-produzzjoni (“FOPs”) meħtieġa għall-produzzjoni ta’ xemgħat, kandiletti u oġġetti simili nstabu fil-pajjiżi li ġejjin li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: L-Arġentina, il-Brażil, il-Kolombja, l-Indoneżja, il-Maċedonja ta’ fuq, il-Messiku, il-Malażja, il-Peru, il-Filippini, is-Serbja, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Afrika t’Isfel. Huwa kkunsidrat ukoll li x-xemgħat huma prodotti f’dawk il-pajjiżi kollha.

(153)

Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati f’dik in-nota rigward il-livell jew l-iżvilupp ekonomiku.

3.2.6.3.   L-eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv

(154)

Il-Kummissjoni ma setgħetx issib data finanzjarja disponibbli faċilment mill-produtturi tax-xemgħat fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi msemmija fit-taqsima preċedenti minbarra l-Malażja u t-Tajlandja. Barra minn hekk, id-dettalji finanzjarji li nstabu mill-produtturi tax-xemgħat fil-Malażja ma kinux dettaljati biżżejjed biex jiġu kkalkolati l-SG&A u l-profitt.

(155)

Fit-Tajlandja biss, il-Kummissjoni identifikat ħames kumpaniji li jipproduċu xemgħat u li għalihom kienet disponibbli data finanzjarja b’trikkib mal-perjodu ta’ investigazzjoni.

(156)

Filwaqt li d-disponibbiltà tad-data finanzjarja mill-produtturi tax-xorb fit-Tajlandja indikat li t-Tajlandja jenħtieġ li tikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv (kif indikat ukoll fin-Notifika tal-Bidu), għal tliet FOPs importanti (xama’ tal-paraffina, kontenituri tal-ħġieġ u karta tal-imballaġġ), il-volumi tal-importazzjoni fit-Tajlandja kienu jinkludu kwantitajiet sinifikanti bi prezzijiet distorti li joriġinaw miċ-Ċina.

(157)

Il-Kummissjoni fittxet pajjiż alternattiv fejn l-importazzjonijiet ta’ dawn l-FOPs miċ-Ċina jkunu ferm aktar baxxi. Jidher ċar li t-Turkija hija l-aktar għażla xierqa, fejn l-importazzjonijiet tal-FOPs kollha li jirrappreżentaw aktar minn 2 % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni oriġinaw għal mhux inqas minn 63 % minn pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina. B’mod speċifiku, għax-xama’ tal-paraffina, il-materja prima ewlenija, 15 % biss tal-importazzjonijiet lejn it-Turkija oriġinaw miċ-Ċina.

(158)

Għalhekk, il-Kummissjoni wettqet tfittxija estensiva bl-użu ta’ sorsi disponibbli faċilment għad-data finanzjarja rilevanti fit-Turkija. Filwaqt li ġew identifikati diversi produtturi Torok tax-xemgħat, ma nstabet l-ebda data finanzjarja disponibbli faċilment biex jiġu stabbiliti l-marġnijiet tal-profitt u l-ispejjeż tal-SG&A tagħhom. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jissottomettu tali informazzjoni jekk disponibbli, u l-ebda waħda minnhom ma identifikat xi kumpanija oħra fi kwalunkwe pajjiż ieħor għajr il-kumpaniji Tajlandiżi identifikati mill-Kummissjoni.

(159)

Bi tweġiba għall-Ewwel Nota, l-ebda produttur esportatur u lanqas l-industrija tal-Unjoni ma oġġezzjonaw għall-użu tat-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv. L-ebda parti ma pprovdiet data finanzjarja minn kwalunkwe pajjiż rappreżentattiv potenzjali ieħor.

(160)

Dwar l-impatt tal-inputs b’distorsjoni Ċiniżi fuq il-prezzijiet ta’ ċerti FOPs fit-Tajlandja, il-partijiet kienu jikkontradixxu l-argumenti kontra u favur l-użu tad-data dwar l-importazzjoni mit-Tajlandja. Il-produtturi esportaturi favur l-użu tat-Tajlandja bħala sors għall-FOPs kollha indikaw li l-volumi ġenerali tal-importazzjonijiet ta’ dawk l-FOPs kienu akbar fit-Tajlandja meta mqabbla mat-Turkija u li jkun kontra l-prattika preċedenti tal-Kummissjoni li jintgħażel sors alternattiv għall-FOP li ma setax jinkiseb mill-pajjiż rappreżentattiv. Sadanittant, l-industrija tal-Unjoni esprimiet tħassib li jekk porzjon sinifikanti tal-importazzjonijiet ta’ ċerti FOPs joriġinaw mir-RPĊ, il-livell prevalenti tal-prezz ta’ dak l-FOP jista’ jitqies bħala distort.

(161)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni pproponiet li għall-FOPs kollha fejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-volum totali tal-importazzjoni (jiġifieri, ix-xama’ tal-paraffina, il-kontenituri tal-ħġieġ u l-imballaġġ/it-tikketti), dan ikun sors ta’ prezzijiet mingħajr distorsjoni mit-Turkija. Għall-kuntrarju tat-Tajlandja, l-importazzjonijiet fit-Turkija minn pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina qabżu b’mod konsistenti l-limitu ta’ 50 %, u pprovdew valur referenzjarju aktar raġonevoli.

(162)

L-industrija tal-Unjoni ssuġġeriet li tfittex id-data finanzjarja bl-użu tal-kategorija ta’ industriji (NACE, Nomenclature statistique des activités économiques dans la Communauté européenne) fit-Turkija li fiha taqa’ taħtha l-produzzjoni tax-xemgħat. Il-Kummissjoni qieset li peress li d-data mill-produtturi tax-xemgħat hija disponibbli, huwa aktar xieraq li jintużaw dawk mill-klassifikazzjoni anqas preċiża fil-livell tan-NACE.

(163)

Qingdao Kingking ma qabilx mal-kriterju li jintużaw pajjiżi bi dħul medju superjuri biex jiġu akkwistati l-parametri referenzjarji. Peress li dan ir-rekwiżit jirriżulta mill-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.6.4.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(164)

Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.6.5.   Konklużjoni

(165)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Tajlandja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku li għandha titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li huwa l-uniku pajjiż b’data finanzjarja disponibbli meħtieġa biex jiġu stabbiliti l-SGA u l-profitt. Għal tliet FOPs li huma affettwati minn importazzjonijiet Ċiniżi distorti, id-data se tinkiseb mit-Turkija, li b’mod ġenerali għandha l-inqas importazzjonijiet miċ-Ċina u għandha statistika dettaljata ħafna dwar l-importazzjonijiet disponibbli.

(166)

B’reazzjoni għall-kummenti għall-akkwist mit-Turkija ta’ prezzijiet ta’ ċerti FOPs, il-Kummissjoni qieset li, anke jekk jintgħażel pajjiż rappreżentattiv, dan ma żammhiex milli, fi ħdan ċerti kriterji definiti sew, tqis il-prezzijiet minnhom bħala prezzijiet potenzjalment distorti u ta’ sors minn pajjiżi oħra fl-istess kategorija ġenerali ta ’pajjiżi skont l-Artikolu 2(6a). L-analiżi dettaljata tal-fatturi kkonċernati tinsab fit-taqsima li jmiss.

(167)

Qingdao Kingking argumenta li l-ekonomija Torka hija distorta u instabbli, u għalhekk jenħtieġ li ma tintużax bħala pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni nnotat li, irrispettivament mill-istat ġenerali tal-ekonomija Torka, dan ikollu biss impatt limitat fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni rilevanti għal dan il-każ. Bħala tali, valutazzjoni dettaljata tal-ekonomija Torka ma kinitx meħtieġa u għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.7.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(168)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-produttur esportatur u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

(169)

Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2 (6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA (għall-prezzijiet tal-importazzjoni) u l-MacMap (għad-dazji doganali) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima.

(170)

Il-produttur esportatur Qingdao Kingking staqsa dwar ir-raġuni għad-differenza fiċ-ċifri tad-data bejn in-Noti 1 u 2, u l-ħtieġa li jintużaw żewġ bażijiet tad-data differenti (GTA u MacMap) u talab ir-rata tad-dazju eżatta għal kull FOP użata fil-proċess tal-kalkolu. Id-differenza bejn iż-żewġ noti hija li fl-Ewwel Nota jintuża l-livell internazzjonali tal-SA-6 (Sistema Armonizzata ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija) biex jitqabblu d-disponibbiltà u l-prezzijiet tal-materja prima kollha bejn diversi pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. It-Tieni Nota tirreferi għall-istatistika tal-pajjiż rappreżentattiv magħżul fil-livell doganali nazzjonali tiegħu (lil hinn miċ-ċifri SA-6), bl-għarfien li d-dazji doganali jiġu imposti mill-awtoritajiet doganali fuq dik il-bażi biss. Id-dazji doganali jeħtieġ li jiżdiedu mad-data dwar l-importazzjoni, b’rati konvenzjonali jew preferenzjali fejn ikun il-każ, mill-pajjiżi sħab kollha biex jiġi kkalkolat l-aktar prezz tal-importazzjoni sħiħ preċiż. Għalhekk, iż-żewġ bażijiet tad-data, li huma faċilment disponibbli (ara s-sorsi fin-noti 88 u 89 f’qiegħ il-paġna), jeħtieġ li jintużaw fil-kalkoli tal-parametri referenzjarji.

(171)

Qingdao Kingking argumenta wkoll li d-determinazzjoni tal-prezz mingħajr distorsjoni ta’ fattur partikolari tal-produzzjoni bbażat fuq prezz medju taħt ċertu kodiċi SA f’pajjiż speċifiku ma kinitx xierqa. Huwa nnota li kodiċi SA uniku spiss kien jinkludi diversi gradi, kwalitajiet, u użi finali tal-prodott, li kull wieħed minnhom kien assoċjat ma’ livelli differenti ta’ prezzijiet. Konsegwentement, id-dipendenza fuq prezz medju mhux differenzjat għall-varjazzjonijiet kollha bħal dawn ma kinitx konsistenti mal-prinċipji bażiċi għall-istabbiliment tal-valur normali. Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni billi qagħdet fuq il-kodiċijiet tariffarji nazzjonali mill-pajjiż rappreżentattiv l-aktar xieraq, kif spjegat fil-premessa ta’ hawn fuq dwar it-Tieni Nota. Dan ippermetta lill-Kummissjoni tiffiltra d-data fl-aktar livell granulari ta’ klassifikazzjoni u deskrizzjoni tal-prodott biex tidentifika l-eqreb qbil possibbli mal-materja prima użata mill-produtturi.

3.2.7.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(172)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fattur ta’ Produzzjoni

Pajjiż rappreżentattiv

Kodiċi tal-komodità

Sors tad-data li l-Kummissjoni beħsiebha tuża

Valur (CNY)

Unità ta’ kejl

Materja Prima

Xama’ tal-paraffina

It-Turkija

2712 20 10

2712 20 900019

Global Trade Atlas (GTA) (91) / MacMap (92)

16,75

Kg

Xama’ tal-ħxejjex

It-Tajlandja

1521 10

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) /MacMap

81,41

Kg

Xama’ sintetika

It-Tajlandja

3404 90 90

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) /MacMap

21,66

Kg

Fwieħa

It-Tajlandja

3302 90

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) /MacMap

138,16

Kg

Kontenituri tal-ħġieġ

It-Turkija

7010 90 910011 7010 90 990011

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) /MacMap

1,02

Biċċiet

Kontenituri tal-metall

It-Tajlandja

7310 29 19 7310 29 99

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) /MacMap

0,82

Biċċiet

Kontenituri taċ-ċeramika

It-Tajlandja

6914 90

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) /MacMap

3,85

Biċċiet

Imballaġġ (korrugat)

It-Turkija

4819 10

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) /MacMap

16,02

Kg

Karta ta’ ġewwa (mhux korrugata)

It-Turkija

4819 20 000011 4819 20 000019

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) /MacMap

31,00

Kg

Manodopera

Manodopera

It-Tajlandja

[MHUX APPLIKABBLI]

Statistika ppubblikata mill-Bank nazzjonali tat-Tajlandja (93)

14,9

Kostijiet lavorattivi/siegħa

Enerġija

Elettriku

It-Tajlandja

[MHUX APPLIKABBLI]

L-Awtorità Metropolitana tal-Elettriku tat-Tajlandja (94)

1,15

kWh

(173)

Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex tistabbilixxi dan l-ammont, il-Kummissjoni użat il-kostijiet tal-manifattura rrapportati tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li ma kinux ġew inklużi fl-FOP individwali ta’ hawn fuq, bħad-deprezzament u l-kostijiet għall-manutenzjoni.

3.2.7.1.1.   Materja prima

(174)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz tal-importazzjoni medju ponderat fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport.

(175)

Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (95).

(176)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-taqsima 3.2.1 din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(177)

Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni.

(178)

Meta l-produtturi esportaturi affermaw li kellhom fatturi ta’ produzzjoni importati bi prezzijiet mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni vverifikat il-fatturi korrispondenti u spezzjonat l-imħażen fejn kienet maħżuna l-materja prima importata. Fejn il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi li l-FOPs kienu importati bis-sħiħ bi prezzijiet mingħajr distorsjoni — pereżempju, meta nkisbu direttament minn produtturi tal-materja prima li jinsabu barra miċ-Ċina — dawk il-prezzijiet ġew aċċettati u mhux sostitwiti b’valuri referenzjarji. Dan kien jikkonċerna materjali li ma kinux disponibbli fis-suq Ċiniż u għalhekk kellhom jiġu importati.

3.2.7.1.1.1.   Unità ta’ kejl

(179)

Il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi esportaturi użaw unitajiet differenti ta’ kejl skont il-materjal. Sabiex jiġi żgurat l-aktar tqabbil preċiż, il-Kummissjoni għażlet parametri referenzjarji fl-unità xierqa. Għall-biċċa l-kbira tal-materjali, inkluża x-xama’ tal-paraffina, il-parametri referenzjarji kienu f’kilogrammi, filwaqt li għall-ħġieġ, għall-metall u għall-kontenituri taċ-ċeramika, il-parametri referenzjarji kienu f’biċċiet. L-unitajiet ta’ kejl intgħażlu biex jaqblu ma’ dawk użati mill-kumpaniji fil-kostijiet tal-manifattura tagħhom.

3.2.7.1.1.2.   Arranġamenti ta’ tolling

(180)

Xi produtturi esportaturi użaw tollers għal parti mill-manifattura tax-xemgħat. It-tollers ipprovdew il-manodopera u f’ċerti każijiet xi materja prima. Għal dan is-servizz, it-toller ħareġ tariffa tat-tolling jew tal-ipproċessar.

(181)

Sabiex il-valur tat-tariffa tat-tolling jinbidel fil-valur tal-kost sottostanti tal-manodopera u/jew tal-materja prima, kull tip ta’ xemgħa li għalih intuża t-tolling kienet ġiet identifikata u marbuta mal-istabbiliment tat-tolling.

(182)

F’każijiet fejn it-tariffa tat-tolling kienet tirrappreżenta biss il-manodopera, it-tariffa tat-tolling ġiet ikkonvertita f’valur korrispondenti għall-manodopera, wara li l-ewwel naqqset perċentwal ġust għall-SG&A u l-profitt imġarrab mit-toller. Il-valur ikkonvertit minn hemm ’il quddiem kien ġie kkonvertit mill-ġdid f’sigħat ta’ xogħol, bl-użu tal-kost/siegħa ta’ xogħol tal-produttur esportatur stess.

(183)

F’każijiet fejn it-tariffa tat-tolling kienet tirrappreżenta kemm il-kostijiet lavorattivi kif ukoll il-kost tal-materja prima, it-tariffa tat-tolling ġiet ikkonvertita f’valur korrispondenti għall-materja prima u tal-manodopera, wara li l-ewwel naqqset perċentwal ġust għall-SG&A u l-profitt imġarrab mit-toller.

(184)

Jekk il-produttur esportatur immanifattura l-istess tip ta’ xemgħa bħat-toller, intużat id-distribuzzjoni bejn il-kostijiet lavorattivi u d-diversi kostijiet tal-materja prima għal dak it-tip ta’ prodott.

(185)

Jekk il-produttur esportatur ma mmanifatturax l-istess tip ta’ xemgħa bħat-toller, intużat id-distribuzzjoni ġenerali bejn il-kostijiet lavorattivi u d-diversi kostijiet tal-materja prima għall-produttur esportatur kollu.

(186)

Fiż-żewġ każijiet, il-valuri kkonvertiti tal-materja prima u tal-manodopera minn hemm ’il quddiem kienu ġew ikkonvertiti mill-ġdid f’sigħat ta’ xogħol u konsum tal-materja prima, bl-użu tal-kost/siegħa ta’ xogħol tal-produttur esportatur stess u tal-prezz/kg jew biċċa rispettivament.

3.2.7.1.1.3.   Xama’ tal-paraffina

(187)

Kif spjegat fit-taqsima 3.2.6.3, il-parametru referenzjarju għax-xama’ tal-paraffina, il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tax-xemgħat ma setax jinkiseb mill-pajjiż rappreżentattiv tat-Tajlandja.

(188)

Aktar minn 58 % tal-importazzjonijiet tax-xama’ fit-Tajlandja oriġinaw miċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-prezz Ċiniż distort eżerċita pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet minn pajjiżi oħra peress li l-prezz tal-importazzjoni mill-pajjiżi l-oħra kien simili ħafna għall-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina. Għalhekk, dan il-prezz ma setax jintuża u l-istatistika tal-importazzjoni mit-Turkija, fejn l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jammontaw biss għal anqas minn 15 %, tqieset aktar xierqa. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda sinjal ta’ pressjoni ’l isfel eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi fit-Turkija.

(189)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi kkontestaw dan l-approċċ, filwaqt li sostnew fis-sottomissjonijiet tagħhom li l-volum totali tal-importazzjonijiet tax-xama’ mhux Ċiniżi kien fil-fatt aktar baxx fit-Turkija milli fit-Tajlandja. Madankollu, kif spjegat fil-premessa ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-livell tal-prezz fit-Tajlandja kien distort, filwaqt li dan ma kienx il-każ tal-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(190)

Qingdao Kingking afferma wkoll li l-paraffina sintetika jenħtieġ li tiġi eskluża mill-parametru referenzjarju tax-xama’ mingħajr ma tiġi pprovduta l-ebda ġustifikazzjoni għal dan. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(191)

Qingdao Kingking afferma wkoll li l-importazzjonijiet lejn it-Turkija mill-Afrika t’Isfel u mill-Polonja jenħtieġ li jiġu esklużi mill-istatistika Torka, minħabba l-importazzjonijiet kbar miċ-Ċina lejn dawk il-pajjiżi. Qingdao Kingking la spjega u lanqas ikkwantifika r-rabta bejn l-importazzjonijiet fil-pajjiż u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu lejn it-Turkija, għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.7.1.1.4.   Kontenituri tal-ħġieġ

(192)

Kif spjegat fit-taqsima 3.2.6.3, il-parametru referenzjarju għall-kontenituri tal-ħġieġ ma setax jinkiseb mill-pajjiż rappreżentattiv tat-Tajlandja.

(193)

Inqas minn 15 % tal-importazzjonijiet totali tat-Tajlandja ta’ kontenituri tal-ħġieġ oriġinaw minn pajjiżi għajr iċ-Ċina. B’kuntrast ma’ dan, fit-Turkija aktar minn 73 % ta’ dawn l-importazzjonijiet oriġinaw minn sorsi mhux Ċiniżi. Id-differenza sinifikanti bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni Torok miċ-Ċina u minn pajjiżi oħra wriet li dawn tal-aħħar ma kinux influwenzati mill-prezzijiet Ċiniżi.

(194)

Barra minn hekk, l-istatistika Torka pprovdiet data aktar dettaljata espressa f’biċċiet, li tista’ tiġi allinjata mal-unitajiet użati mill-produtturi esportaturi.

3.2.7.1.1.5.   Imballaġġ tal-karti

(195)

Kif spjegat fit-taqsima 3.2.6.3, il-parametru referenzjarju għall-imballaġġ tal-karti ma setax jinkiseb mill-pajjiż rappreżentattiv tat-Tajlandja.

(196)

Madwar 27 % tal-importazzjonijiet totali Tajlandiżi tal-imballaġġ tal-karta oriġinaw minn pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina. B’kuntrast mal-importazzjonijiet fit-Turkija fejn aktar minn 88 % oriġinaw minn pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina. Id-differenza sinifikanti bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni Torok miċ-Ċina u minn pajjiżi oħra wriet li dawn tal-aħħar ma kinux influwenzati mill-prezzijiet Ċiniżi.

(197)

Barra minn hekk, l-istatistika Torka ppermettiet il-qsim tal-karta f’imballaġġ korrugat u f’imballaġġ mhux korrugat, li jaqbel mill-qrib mal-FOPs irrapportat tal-produtturi esportaturi.

3.2.7.1.1.6.   Xama’ sintetika

(198)

Qingdao Kingking sostna li l-importazzjonijiet ta’ xama’ sintetika fit-Tajlandja mill-Ġermanja, il-Ġappun u Singapore għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-valur referenzjarju, minħabba li jistgħu jintużaw għar-riċerka militari u xjentifika.

(199)

Il-Kummissjoni tqis din l-affermazzjoni bħala infondata, peress li Qingdao Kingking ma ssostanzjatx aktar l-affermazzjoni tagħha.

3.2.7.1.1.7.   Kontenituri taċ-ċeramika

(200)

Fil-kummenti tagħha, Qingdao Kingking talab li l-Kummissjoni injorat l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi minħabba l-prezzijiet li qieset għoljin b’mod anormali peress li allegatament huma ċeramika ta’ livell għoli għal skopijiet oħra għajr ix-xemgħat.

(201)

Fin-nuqqas ta’ aktar informazzjoni jew evidenza, il-Kummissjoni qieset din l-affermazzjoni bħala bla bażi u ċaħdet din l-affermazzjoni.

3.2.7.1.1.8.   Kummenti oħrajn

(202)

Fir-rigward tad-dazji tal-importazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet tal-FOPs, dawn ġew inklużi fil-prezz referenzjarju użat.

(203)

Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista tal-materja prima bħala perċentwal tal-kost effettiv ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

3.2.7.1.1.9.   Materjal konsumabbli

(204)

Il-produtturi esportaturi rrapportaw eluf ta’ inputs ta’ produzzjoni differenti. Il-verifika kkonfermat li, b’mod partikolari fis-segment tax-xemgħat dekorattivi, ħafna minn dawn l-inputs kienu individwalment ta’ valur negliġibbli u ma setgħux jiġu raggruppati faċilment f’kategoriji speċifiċi jew ikklassifikati taħt kodiċi SA. Dan jagħmilha kważi impossibbli li jiġi identifikat prezz referenzjarju raġonevoli għalihom. Għalhekk, il-fatturi kollha tal-produzzjoni li jirrappreżentaw inqas minn 1,5 % tal-kost totali tal-produzzjoni ġew raggruppati taħt il-kategorija ta’ materjal konsumabbli. Il-partijiet ġew infurmati dwar dan fit-Tieni Nota.

(205)

Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-materjal konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti.

(206)

Qingdao Kingking affermat li xi materja prima jenħtieġ li tinżamm bil-fatturi tal-prezz tal-produzzjoni tagħhom stess, jew tinkludi l-kodiċi SA inizjali tagħhom mill-Ewwel Nota. Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni fil-fażi proviżorja peress li din kienet relatata mal-FOPs bi proporzjon insinifikanti fuq il-kostijiet tal-produzzjoni.

3.2.7.1.2.   Manodopera

(207)

Għall-kostijiet (96) lavorattivi, il-Bank Nazzjonali tat-Tajlandja jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Tajlandja. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistiki disponibbli li jkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni għall-kost lavorattiv medju fis-settur tal-manifattura.

3.2.7.1.3.   Elettriku

(208)

Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fit-Tajlandja huwa ppubblikat mill-Awtorità Metropolitana tal-Elettriku tat-Tajlandja (97). Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali bħala medja ponderata bejn il-prezzijiet l-iktar għolja u l-inqas għolja fit-THB/kWh, li tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni. Id-dettalji tagħhom ġew mehmuża mat-Tieni Nota.

(209)

Qingdao Kingking issuġġeriet li l-kost tal-elettriku jiġi adattat, minħabba li kien ogħla minn dak li użat il-Kummissjoni fl-investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ qfieli miċ-Ċina (AD676).

(210)

Il-Kummissjoni rrevediet il-kalkolu tal-elettriku u identifikat żball fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-FT (Tariffa tal-Fjuwil). B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkoreġiet l-iżball u rrevediet il-prezz tal-elettriku kif xieraq.

(211)

Qingdao Kingking affermat ukoll li peress li tuża xi enerġija fotovoltajka (PV, photovoltaic) supplimentari fil-produzzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-prezz tal-PV fit-Tajlandja. Madankollu, il-Kummissjoni qieset din l-affermazzjoni irrilevanti għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-elettriku. Dan minħabba li l-parametru referenzjarju tal-elettriku huwa maħsub biex jirrifletti l-prezz medju mingħajr distorsjoni tal-elettriku disponibbli għall-utenti industrijali fil-pajjiż rappreżentattiv, aktar milli sorsi tal-elettriku speċifiċi għall-kumpanija jew awtoġenerati. L-elettriku fotovoltajku, b’mod partikolari meta jiġi awtoprodott, ma jiffurmax parti mill-grilja tal-elettriku pubblika jew kummerċjali u għalhekk ma jirrappreżentax parametru referenzjarju affidabbli jew applikabbli b’mod wiesa’. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(212)

Ningbo Kwung’s Home ikkontestat il-metodu biex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju tal-elettriku. Hija argumentat li l-faxex tal-konsum fil-Provinċja ta’ Zhejiang jvarjaw minn dawk fit-Tajlandja fejn it-tariffa tal-Ħin tal-Użu tiddistingwi s-sigħat massimi mid-9:00 AM sal-10:00 PM u meħtieġa biex jinbidel il-metodu.

(213)

Il-Kummissjoni ddeterminat li l-metodu użat kien l-aktar adattat disponibbli, peress li jirrifletti bl-aktar mod preċiż l-ipprezzar tal-elettriku li jiġġarrab jekk il-produzzjoni sseħħ fil-pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, il-konsum tal-elettriku għall-produzzjoni tax-xemgħat tipikament iseħħ matul is-sigħat tal-operat tal-fabbrika, li jikkoinċidu mat-tariffa tal-konsum massimu. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.7.1.4.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(214)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(215)

Fl-Ewwel Nota, produttur esportatur wieħed indika li wieħed mill-ħames produtturi tax-xemgħat fit-Tajlandja li għalihom il-Kummissjoni setgħet tikseb data finanzjarja kien sussidjarju għal wieħed mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw fir-RPĊ u l-prestazzjoni finanzjarja tiegħu setgħet ġiet affettwata mill-pożizzjoni tiegħu f’żona speċjali ta’ żvilupp ekonomiku tar-RPĊ-Tajlandja u mill-aċċess għall-materja prima mill-kumpanija omm ibbażata fir-RPĊ.

(216)

Il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni u għalhekk injorat id-data ta’ dan il-produttur Tajlandiz biex tiddetermina l-SG&A u l-profitt.

(217)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li se tistabbilixxi l-SG&A u l-profitti bbażati fuq informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. Għal dan il-għan, iż-żewġ produtturi tax-xemgħat mill-erbgħa li jifdal b’data disponibbli fit-Tajlandja, urew marġni ta’ profitt ta’ inqas minn 1 %. Dan ġie indikat ukoll mill-industrija tal-Unjoni fis-sottomissjoni tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni pproponiet li teskludi dawk iż-żewġ produtturi tax-xemgħat u li tibbaża l-kalkolu tal-SG&A u l-profitt fuq medja sempliċi tat-tnejn li jifdal.

(218)

Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja għall-2023 għal żewġ produtturi tax-xemgħat fit-Tajlandja, kif estratta minn Orbis. Il-Kummissjoni ħadet medja ponderata taż-żewġ produtturi tax-xemgħat.

(219)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-persentaġġ ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

3.2.8.   Kalkolu

(220)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(221)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mhux distorti għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv.

(222)

Il-Kummissjoni mbagħad żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura biex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni.

(223)

Għall-ispejjeż tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt kif derivati miż-żewġ produtturi tax-xemgħat fit-Tajlandja msemmija fil-premessa (218).

(224)

L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS, Costs of Goods Sold”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 14 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 7 %.

(225)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(226)

Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.4.   Tqabbil

(227)

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjoni għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezz.

(228)

Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat sabiex: (i) jerġa’ jinġieb nett fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet.

3.4.1.   Aġġustamenti magħmula fil-valur normali

(229)

Kif spjegat fil-premessa (225), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti tal-SG&A u tal-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien hemm bżonn l-ebda aġġustament biex il-valur normali jiġi lura netti għal-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(230)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel xi konċessjonijiet għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ntalbu minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun.

3.4.2.   Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni

(231)

Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: id-dazju doganali, imposti oħrajn fuq l-importazzjoni, il-merkanzija, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u t-tagħbija u spejjeż anċillari.

(232)

Il-produtturi inklużi fil-kampjun biegħu l-prodott ikkonċernat direttament jew permezz ta’ kummerċjanti relatati għall-esportazzjoni lejn l-UE. Fil-każ tal-aħħar, jiġifieri fejn il-bejgħ sar permezz ta’ negozjant relatat li jinsab jew fiċ-Ċina jew f’Hong Kong, il-Kummissjoni stabbiliet li n-negozjant inkwistjoni wettaq funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Fil-każijiet kollha n-negozjanti kienu qed joperaw b’mod parallel mad-dipartiment tal-bejgħ tal-produttur esportatur u kienu qed jirċievu markup għall-funzjonijiet tagħhom. In-negozjanti kienu qed jinnegozjaw ukoll prodotti oħra għajr il-prodott ikkonċernat kif ukoll il-prodott ikkonċernat mixtri minn partijiet terzi li ma kienx manifatturat mill-produttur esportatur. Fl-aħħar nett, iż-żewġ produtturi esportaturi kienu qed jesportaw ukoll direttament il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, kif ukoll il-prodott ikkonċernat u prodotti oħra lejn pajjiżi terzi, u għalhekk kellhom id-dipartimenti tal-esportazzjoni tagħhom stess.

(233)

Il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet rilevanti ġew aġġustati biex jagħtu kont tal-kummissjoni skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku.

(234)

Fir-rigward ta’ dawn it-tranżazzjonijiet kummerċjali, il-Kummissjoni kisbet l-SG&A minn kull kummerċjant relatat rispettiv.

(235)

Il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit individwalment għal kull kummerċjant rispettiv. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kummerċjant mhux relatat, dan inkiseb mill-profitt miksub meta l-produttur esportatur xtara x-xemgħat minn fornituri mhux relatati fir-RPĊ u sussegwentement biegħ mill-ġdid dawn ix-xemgħat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Il-kalkolu sar fil-livell tal-PCN jew fis-sottolivell tal-PCN sabiex jinkisbu l-prezzijiet korrispondenti tax-xiri u tal-bejgħ mill-ġdid.

3.5.   Marġnijiet tad-dumping

(236)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(237)

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej

Tabella 2

Kumpanija

Marġni tad-dumping proviżorju

Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co. Ltd.

10,6 %

Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co., Ltd.

Anhui Fenyuan Aromatic Technology Co., Ltd.

70,9 %

Qingdao Kingking Applied Chemistry Co., Ltd.

57,5 %

(238)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dak il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, mingħajr ma jitqiesu l-marġnijiet tal-produtturi esportaturi b’marġnijiet ta’ dumping żero u de minimis.

(239)

Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 55,5 %.

(240)

Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(241)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mhux inklużi, għall-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-istatistiki dwar l-importazzjoni mill-Eurostat.

(242)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 80 % tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Barra minn hekk, l-industrija titqies bħala frammentata. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun eżaminata fuq bażi individwali bl-ogħla marġni tad-dumping.

(243)

Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping proviżorju

Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co. Ltd.

10,6 %

Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co., Ltd.

Anhui Fenyuan Aromatic Technology Co., Ltd.

70,9 %

Qingdao Kingking Applied Chemistry Co., Ltd.

57,5 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

55,5 %

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat

70,9 %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(244)

Il-prodott simili kien manifatturat minn aktar minn 80 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(245)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 484 048 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni u t-tweġibiet għall-kwestjonarju li waslu mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 16 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(246)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’: (a) tad-data sottomessa mill-ilmentatur dwar il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, kontroverifikata mal-volumi tal-bejgħ irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportat fil-Eurostat.

(247)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Konsum totali tal-Unjoni

736 442

751 713

600 391

617 001

Indiċi

100

102

82

84

Sors:

L-ilmentatur, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

(248)

Il-konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni naqas b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi dettaljata turi li l-konsum tal-Unjoni żdied b’2 % mill-2021 sal-2022, segwita minn tnaqqis sinifikanti fl-2023. Mill-2023 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-konsum żdied b’2 % iżda baqa’ 15 % taħt il-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

(249)

Matul il-pandemija tal-COVID-19 u s-snin sussegwenti, l-2021 u l-2022, il-konsum tax-xemgħat fl-Unjoni esperjenza żieda. Din iż-żieda ġiet attribwita għal bidliet fl-imġiba tal-konsumatur, b’mod partikolari minħabba perjodi estiżi ta’ konfinament ġod-dar, li rriżultaw f’livell ogħla ta’ interess fit-tiżjin tad-dar. Wara s-sena 2022, ġie osservat tnaqqis fil-konsum, kif dettaljat hawn fuq.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(250)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit permezz ta’ tqabbil tal-volum tal-importazzjonijiet mal-konsum fl-Unjoni.

(251)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Kwantità tal-importazzjoni (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)

97 764

137 953

116 036

136 548

Indiċi

100

141

119

140

Sehem mis-suq (%)

13

19

20

22

Indiċi

100

138

146

167

Sors:

Eurostat

(252)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu minn madwar 97 764 tunnellata għal madwar 136 548 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, żieda ta’ 40 %. Wara żieda sinifikanti fl-2022, fejn l-importazzjonijiet laħqu l-ogħla livell ta’ 137 953 tunnellata, żieda ta’ 41 % meta mqabbla mal-2021, il-volumi naqsu fl-2023 għal 116 036 tunnellata qabel ma rkupraw parzjalment matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Iż-żieda ġenerali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ta’ 40 %.

(253)

Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 13 % għal 22 % matul il-perjodu kkunsidrat, żieda ta’ 67 %.

4.4.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat: twaqqigħ tal-prezz u soppressjoni tal-prezzijiet

(254)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, li rrappreżentaw 52 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(255)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/ tunnellata)

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Iċ-Ċina

2 595

3 081

2 601

2 516

Indiċi

100

119

100

97

Sors:

Eurostat

(256)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina naqsu b’3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet żdiedu b’madwar 19 % biex laħqu EUR 3 081/tunnellata fl-2022. Dan kien segwit minn tnaqqis fl-2023, bil-prezzijiet li naqsu għal EUR 2 601/tunnellata, għal tnaqqis aktar tard għal EUR 2 516/tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(257)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika; u l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF, Cost, insurance, freight), b’aġġustamenti xierqa fejn xieraq, għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(258)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 16,7 % u 43,2 % minn porzjon sinifikanti tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni.

(259)

Minbarra t-twaqqigħ tal-prezz, kien hemm ukoll soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni f’konformità mal-iżvilupp tal-kostijiet tal-produzzjoni u sabiex jinkiseb livell raġonevoli ta’ profitt, kif stabbilit fit-Tabella 9, hawn taħt. Is-soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet hija kkonfermata ulterjorment mill-bejgħ taħt il-prezz misjub fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi fil-kampjun.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(260)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(261)

Kif imsemmi fit-Taqsima 1.5.1, intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(262)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, kontroverifikata fejn meħtieġ mat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Billi l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien jikkonsisti minn żewġ produtturi tal-Unjoni u sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, l-indikaturi mikroekonomiċi huma pprovduti f’meded. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(263)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(264)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(265)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Poduzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

679 505

623 147

524 690

484 048

Indiċi

100

92

77

71

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

1 239 777

1 249 136

1 071 090

1 074 502

Indiċi

100

101

86

87

Użu tal-kapaċità (%)

55

50

49

45

Indiċi

100

91

89

82

Sors:

L-ilmentatur u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(266)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni esperjenza tnaqqis konsistenti u sinifikanti bi tnaqqis ġenerali ta’ 29 %. Mill-2021 sal-2022, il-produzzjoni naqset bi 8 %. Din ix-xejra ’l isfel aċċellerat fl-2023, bil-produzzjoni tonqos b’23 % meta mqabbla mal-2021. It-tnaqqis kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, f’liema żmien il-produzzjoni naqset b’29 % meta mqabbla mal-volum tal-produzzjoni fl-2021.

(267)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis ġenerali ta’ 13 %. Filwaqt li l-kapaċità baqgħet stabbli mill-2021 sal-2022, hija esperjenzat tnaqqis sinifikanti mill-2022 sal-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Minħabba t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni fil-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità naqas minn 55 % fl-2021 għal 45 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

4.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(268)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum ta’ bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

592 656

570 013

451 887

448 151

Indiċi

100

96

76

76

Sehem mis-suq (%)

80

76

75

73

Sors:

L-ilmentatur, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

(269)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni esperjenza tnaqqis konsistenti u sinifikanti bi tnaqqis ġenerali ta’ 24 %.

(270)

Fid-dawl tat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni tnaqqas b’7 % b’ mod ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat, b’xejra ta’ tnaqqis invarjabbli li naqqset il-preżenza tal-industrija tal-Unjoni fis-suq minn 80 % tas-sehem mis-suq fl-2021 għal 73 % fil-perjodu ta ’investigazzjoni.

4.5.2.3.   Tkabbir

(271)

Fil-kuntest ta’ suq kontraenti u konsum tal-Unjoni li qed jonqos, id-data tindika li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf sinifikanti fil-produzzjoni, fil-volum tal-bejgħ, u fis-sehem mis-suq – tnaqqis li qabeż it-tnaqqis ġenerali fis-suq (-16 %). Il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar b’mod aktar qawwi mis-suq, u enfasizzat il-pożizzjoni partikolarment vulnerabbli tal-industrija matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(272)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Għadd ta’ impjegati

10 831

10 530

9 093

9 597

Indiċi

100

97

84

89

Produttività (tunnellati/impjegat)

63

59

58

50

Indiċi

100

94

92

80

Sors:

L-ilmentatur u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(273)

L-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis fl-impjiegi ta’ 11 % matul il-perjodu kkunsidrat, bl-għadd totali ta’ impjegati li naqas minn 10 831 fl-2021 għal 9 597 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(274)

Minkejja tnaqqis fl-impjiegi, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla f’tunnellati prodotti għal kull impjegat fis-sena, naqset b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni għamlet sforzi biex tadatta l-forza tax-xogħol tagħha, it-tnaqqis fil-produzzjoni qabeż dawn l-aġġustamenti, li rriżulta fi tnaqqis fil-produttività ġenerali.

4.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(275)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(276)

Il-prodott ikkonċernat kien soġġett għal investigazzjoni anti-dumping fil-passat. Wara investigazzjoni inizjali, fl-2009 ġew imposti dazji anti-dumping definittivi fuq il-prodott ikkonċernat (98). Dawn il-miżuri tħassru wara investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza fl-2015 (99). Billi dawn il-miżuri ma għadhomx fis-seħħ matul il-perjodu kkunsidrat, l-evidenza preċedenti ta’ dumping u d-dazji assoċjati ma kinux għadhom rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu fil-kuntest tal-investigazzjoni attwali.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(277)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/ tunnellata)

2 000 – 2 500

2 500 – 3 000

2 500 – 3 000

2 500 – 3 000

Indiċi

100

130

131

124

Kost tal-produzzjoni ta’ unità (EUR/ tunnellata)

1 500 – 2 000

2 000 – 2 500

2 500 – 3 000

2 000 – 2 500

Indiċi

100

123

148

142

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(278)

Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati varjaw matul il-perjodu kkunsidrat, u fl-aħħar mill-aħħar urew żieda ġenerali ta’ 24 %. Fl-2022, il-prezzijiet żdiedu drastikament bi 30 %, primarjament minħabba ż-żieda fil-kostijiet tal-input. Dan l-ogħla livell inżamm matul l-2023. Għalkemm il-prezz medju naqas matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, dan baqa’ 24 % ogħla milli fl-2021.

(279)

Matul l-istess perjodu, il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdied bi 42 %. Mill-2021 sal-2022, kien hemm żieda sinifikanti ta’ 23 %. Din ix-xejra kompliet fl-2023 b’żieda oħra ta’ 25 %, qabel ma naqset fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, il-kost tal-produzzjoni esperjenza żieda ta’ 42 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda kienet xprunata primarjament mill-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima u mill-inkapaċità tal-kumpaniji li jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ekonomiji ta’ skala minħabba tnaqqis fil-bejgħ u fil-produzzjoni.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(280)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

25 000 – 30 000

25 000 – 30 000

30 000 – 35 000

30 000 – 35 000

Indiċi

100

101

113

119

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(281)

Il-kostijiet medji lavorattivi għal kull impjegat żdiedu b’19 % matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li l-kostijiet lavorattivi baqgħu relattivament stabbli bejn l-2021 u l-2022, dawn esperjenzaw żieda sinifikanti fl-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, primarjament minħabba l-inflazzjoni.

4.5.3.3.   Inventarji

(282)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Stokks

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Stokk tal-għeluq (tunnellati)

10 000 - 12 000

15 000 – 16 000

16 000 – 17 000

22 000 – 23 000

Indiċi

100

139

150

197

Stokk tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

13

15

19

28

Indiċi

100

118

149

223

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(283)

F’termini assoluti, il-ħażniet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’mod konsistenti u sinifikanti, u żdiedu b’197 % matul il-perjodu kkunsidrat. Meta aġġustat għal-livelli tal-produzzjoni, l-istokk tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni żdied b’123 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(284)

Iż-żieda osservata mill-2023 għall-perjodu ta’ investigazzjoni jenħtieġ li tiġi interpretata b’kawtela, peress li s-settur tax-xemgħat huwa staġunali ħafna, b’porzjon kbir ta’ bejgħ jseħħ fl-aħħar xhur tas-sena. Mill-perjodu ta’ investigazzjoni konkluż f’Ottubru, iż-żieda fl-istokk tista’ tiġi ddikjarata b’mod eċċessiv meta mqabbla mal-perjodi preċedenti. Madankollu, anke jekk jitqiesu distorsjonijiet potenzjali staġunali, iż-żieda fil-livelli tal-istokk baqgħet sinifikanti.

(285)

Din iż-żieda ġenerali fl-istokks tenfasizza żbilanċ sinifikanti bejn il-produzzjoni u l-bejgħ. Ix-xejra tissuġġerixxi li minkejja l-isforzi biex il-produzzjoni tiġi allinjata mad-domanda, l-akkumulazzjoni ta’ inventarju mhux mibjugħ tirrifletti sfidi serji fl-aċċess għas-suq.

4.5.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(286)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

9 - 11

16 - 18

4 - 5

3 - 4

Indiċi

100

155

44

32

Fluss tal-flus (EUR)

25 507 524

46 364 882

12 123 379

11 985 098

Indiċi

100

182

48

47

Investimenti (EUR)

7 500 000 - 10 000 000

12 500 000 - 15 000 000

2 500 000 - 5 000 000

5 000 000 - 7 500 000

Indiċi

100

141

42

56

Redditu fuq l-investimenti (%)

150 - 160

170 - 180

10 - 20

2 - 8

Indiċi

100

115

8

3

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(287)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, u naqset minn 9 % - 11 % fl-2021 għal madwar 3 % - 4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Analiżi dettaljata żvelat żieda temporanja fil-profittabbiltà għal 16 % - 18 % fl-2022, segwita minn tnaqqis qawwi għal 4 % - 5 % fl-2023 li kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(288)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus naqas bi 53 %. Dan żdied mill-2021 sal-2022, xprunat minn profittabbiltà mtejba, iżda mbagħad naqas drastikament fl-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u dan jirrifletti d-deterjorament fil-prestazzjoni finanzjarja.

(289)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-livell ta’ investimenti annwali żdied b’44 %. Dan żdied b’mod partikolari bejn l-2021 u l-2022 b’41 %, għal tnaqqis aktar tard fil-perjodu ta’ wara sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Iż-żieda fl-investimenti kienet primarjament immirata lejn ir-riallokazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti u s-sostituzzjoni tal-assi essenzjali tal-produzzjoni. L-investiment kompla minkejja l-kompetizzjoni serja, it-telf tas-sehem mis-suq u s-sitwazzjoni finanzjarjament diffiċli.

(290)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat minn 150 %-160 % fl-2021 għal 2 %-8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-iżvilupp negattiv juri li, għalkemm l-investimenti komplew sabiex tinżamm il-kompetittività, ir-redditi fuq dawk l-investimenti naqsu b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(291)

F’kuntest ta’ żieda sostanzjali fil-konsum tal-Unjoni (-16 %), l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu saħansitra b’mod aktar b’saħħtu matul il-perjodu kkunsidrat (+ 40 %), bi prezzijiet li waqqgħu b’mod sinifikanti dawk tal-industrija tal-Unjoni. Dan ippermetta lill-produtturi esportaturi Ċiniżi jilħqu sehem mis-suq ta’ 22 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni (żieda minn 13 % fl-2021).

(292)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar kif muri mill-indikaturi makroekonomiċi ewlenin kollha li jippreżentaw xejra negattiva: il-produzzjoni (-29 %), il-bejgħ tal-UE (-24 %) u tnaqqis sinifikanti tas-sehem mis-suq tagħha (minn 80 % għal 73 %) fil-perjodu kkunsidrat.

(293)

B’reazzjoni għall-pressjoni tal-prezzijiet Ċiniżi baxxi, l-industrija tal-Unjoni ppruvat tnaqqas il-kost u saru aġġustamenti fl-impjiegi (-11 %). Madankollu, bħala riżultat tal-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping f’termini ta’ volumi akbar u prezzijiet baxxi, il-bejgħ tal-UE, il-produttività u r-redditu fuq l-investimenti naqsu b’mod rapidu fil-perjodu kkunsidrat, b’rata ogħla mit-tnaqqis osservat fil-konsum.

(294)

Il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (+ 42 %), l-aktar minħabba żieda qawwija fil-prezzijiet tal-materja prima.

(295)

Il-kost tal-industrija tal-Unjoni żdied aktar mill-prezzijiet tal-bejgħ, konsegwentement, il-profittabbiltà kkollassat fil-perjodu kkunsidrat, minn sitwazzjoni b’saħħitha minn 9 % - 11 % fl-2021 għal xenarju ta’ telf mhux sostenibbli (+ 3 % sa + 4 %) fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importazzjonijiet Ċiniżi waqqgħu b’mod konsistenti l-prezzijiet tal-Unjoni, filwaqt li jeżerċitaw pressjoni qawwija ’l isfel fuq il-prezzijiet tas-suq li wasslet għal trażżin tal-prezzijiet.

(296)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(297)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-konsum tal-Unjoni.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(298)

Id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida mal-penetrazzjoni sinifikanti u li qed tiżdied tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fis-suq, li konsistentement waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u fi kwalunkwe każ wassal biex jonqsu l-prezzijiet. F’dan ir-rigward, l-evoluzzjoni tal-volumi u tal-prezzijiet tal-importazzjoni, kif riflessi fit-Tabelli 4 u 5, naqqset il-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u stabbiliet rabta kawżali bejn it-tnejn.

(299)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’ 40 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 97 764 tunnellata fl-2021, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 13 %, għal 136 548 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 22 %. Dawn l-importazzjonijiet dejjem jiżdiedu saru bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u fi kwalunkwe każ f’livelli ta’ prezzijiet li wasslu għat-tnaqqis tal-prezzijiet, fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. Bl-istess mod, it-tnaqqis fis-sehem mis-suq u fil-volum tal-bejgħ, li min-naħa tiegħu rriżulta fi tnaqqis fl-output tal-produzzjoni, kellu effett detrimentali fuq il-kostijiet tal-produzzjoni ta’ unità tal-industrija minħabba ekonomiji ta’ skala mnaqqsa.

(300)

Dan kellu impatt negattiv qawwi fuq l-industrija tal-Unjoni. F’sitwazzjoni ta’ żieda fil-kostijiet u l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni kienet prekluża milli tistabbilixxi l-prezzijiet u l-volumi tal-produzzjoni f’livelli sostenibbli, li rriżultaw fi tnaqqis qawwi ħafna fil-profittabbiltà minn 9 % għal 11 % fl-2021 għal 3 % sa 4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u d-deterjorament konsegwenti tal-indikaturi finanzjarji tagħha.

(301)

Għalhekk, ġie konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ prezz u volum.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(302)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr il-pajjiż ikkonċernat

Il-kwantità (tunnellati)

30 758

32 668

24 802

25 884

 

Indiċi

100

106

81

84

 

Sehem mis-suq (%)

4

4

4

4

 

Prezz medju

5 116

5 407

5 449

5 024

 

Indiċi

100

106

106

98

Sors:

Eurostat

(303)

Meta mqabbla maċ-Ċina, pajjiżi oħra żammew preżenza limitata fis-suq tal-Unjoni. Għalkemm il-volumi tal-importazzjoni varjaw matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq ikkombinat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina baqa’ stabbli għal madwar 4 %. Bl-istess mod, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjoni minn dawn il-pajjiżi terzi kienu konsistentement ogħla minn dawk kemm tal-esportaturi Ċiniżi kif ukoll tal-produtturi tal-Unjoni.

(304)

Dan jindika li, minbarra ċ-Ċina, il-pajjiżi terzi kollha żammew biss preżenza marġinali fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ferm ogħla minn dawk tal-produtturi Ċiniżi u tal-Unjoni. Għalhekk, dawn ma kinux fattur li jikkontribwixxi għad-deterjorament tal-industrija tal-Unjoni.

(305)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn ma setgħux inaqqsu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huna oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni.

5.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(306)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej:

Tabella 14

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

12 000 -14 000

10 000 -12 000

8 000 – 9 000

6 000 – 7 000

Indiċi

100

85

61

51

Prezz medju (tunnellati)

2 000 – 2 500

2 500 – 3 000

3 000 – 3 500

2 500 – 3 000

Indiċi

100

139

143

136

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(307)

Il-volumi tal-esportazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqsu b’49 % matul il-perjodu kkunsidrat, u naqsu b’aktar minn 6 000 tunnellata, minn 12 000 - 14 000 tunnellata fl-2021 għal 6 000 – 7 000 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet medji tal-esportazzjonijiet żdiedu b’36 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(308)

L-investigazzjoni stabbiliet (100) li t-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni jista’ jiġi spjegat mill-pressjoni eżerċitata mill-produtturi Ċiniżi fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, li min-naħa tagħha kkawżat tnaqqis fl-esportazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni. It-telf tal-volum tal-bejgħ tal-esportazzjoni f’termini assoluti huwa ferm aktar baxx mit-telf tal-bejgħ fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezz medju tal-esportazzjoni għall-bejgħ lil pajjiżi terzi kien ogħla b’4 % mill-bejgħ tal-UE fl-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni.

(309)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-impatt tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni.

5.2.3.   Konsum

(310)

Il-konsum tal-Unjoni naqas b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-bejgħ tal-Unjoni naqas b’24 %. B’mod partikolari, fl-2022, il-konsum żdied bi 2 % meta mqabbel mal-2021, iżda l-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis ta’ 4 % fil-bejgħ matul l-istess perjodu. Dan jindika nuqqas ta’ korrelazzjoni bejn ix-xejriet tal-konsum u l-prestazzjoni tal-bejgħ tal-industrija.

(311)

Bl-istess mod, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-volumi tal-produzzjoni tagħha b’29 %, u ħalliet l-użu tal-kapaċità b’45 %, li huwa ogħla milli mistenni mit-tnaqqis ta’ 16 % fil-konsum.

(312)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn ma setgħux inaqqsu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(313)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni b’mod proviżorju stabbiliet rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Bħala riżultat taż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni ġiet prekluża milli tistabbilixxi prezzijiet sostenibbli, li rriżultaw f’deterjorament qawwi tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha.

(314)

It-tnaqqis ekonomiku tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida ma’ żieda qawwija fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx miċ-Ċina. Dawn l-importazzjonijiet waqqgħu b’mod konsistenti l-prezzijiet tal-Unjoni, u jeżerċitaw pressjoni qawwija ħafna ’l isfel fuq il-prezzijiet tas-suq. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet f’konformità maż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. Dan wassal għal tnaqqis fil-bejgħ, għal tnaqqis fil-produzzjoni, u għal tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà. Iż-żmien u l-iskala ta’ dawn l-iżviluppi jistabbilixxu rabta kawżali ċara bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(315)

Il-Kummissjoni eżaminat fatturi alternattivi li setgħu kkontribwixxew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Dawn inkludew l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn ma nstabet li ddgħajjef ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(316)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusa individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(317)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni.

(318)

Fil-każ preżenti, l-ilmentatur iddikjara l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikunx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom.

6.1.   Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz

(319)

Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(320)

Skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, għall-iskop li jiġi stabbilit il-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż li qiegħed jiġi investigat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %.

(321)

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-profitt bażiku ġie stabbilit abbażi tal-profittabbiltà storika tal-industrija tal-Unjoni mill-2019 sal-2020, qabel il-perjodu kkunsidrat u t-tfixkil possibbli kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Dan il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal 12 %.

(322)

L-industrija tal-UE pprovdiet evidenza li l-livell tagħha ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (R&Ż) u innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienu jkunu ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat ir-rekords interni tal-kumpanija relatati mal-pjanijiet ta’ investiment, id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni u r-rapporti finanzjarji u sabet li l-affermazzjonijiet kienu ġġustifikati. Sabiex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-ispejjeż tal-investimenti, tar-R&Ż u tal-innovazzjoni (“IRI”) f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-industrija tal-Unjoni u vverifikati mill-Kummissjoni u l-ispejjeż reali tal-IRI matul il-perjodu kkunsidrat. Differenza bħal din, espressa bħala persentaġġ tal-fatturat, ġiet stabbilita bejn 0,33 % u 0,36 % għal kull waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(323)

Tali perċentwal żdied mal-profitt bażiku ta’ 12 % imsemmi fil-premessa (308), li wassal għal profitt fil-mira ta’ 12,33 % sa 12,36 %.

(324)

F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali li jvarja minn EUR 62 782 u EUR 900 299 għal kull tunnellata għal kull waħda mill-kumpaniji fil-kampjun. Minn dan, hija naqqset il-kost reali tal-konformità mal-konvenzjonijiet rilevanti matul il-PI li varja minn EUR 21 922 sa EUR 865 022 għal kull tunnellata għal kull waħda mill-kumpaniji fil-kampjun. Dan irriżulta f’differenza netta ta’ EUR 0,66 sa EUR 2,05 għal kull tunnellata għal kull waħda mill-kumpaniji fil-kampjun. Din id-differenza żdiedet mal-prezz mhux dannuż.

(325)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti f’konformità mal-Artikolu 7(2d) skont it-tip.

(326)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni ta’ bejgħ bil-prezz imwaqqa’ abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw fiċ-Ċina, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(327)

Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet.

Kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz (%)

Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co. Ltd.

10,6

33,0

Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co., Ltd.

70,9

1,3

Qingdao Kingking Applied Chemistry Co., Ltd,

57,5

29,1

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

55,5

22,1

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat

70,9

33,0

6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni

(328)

Kif spjegat fin-Notifika tal-Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu.

6.3.   Distorsjonijiet fil-materja prima

(329)

L-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti fl-ilment li hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Skont l-evidenza fl-ilment, ix-xama’ tal-paraffina, li tammonta għal aktar minn 20 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, hija soġġetta għal restrizzjoni fuq l-esportazzjoni fil-forma ta’ ebda rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjoni fiċ-Ċina.

(330)

Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-allegata distorsjoni, u kwalunkwe distorsjoni oħra koperta mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina.

(331)

Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Bħala materja prima prinċipali ġiet ikkunsidrata dik il-materja prima li hija probabbli li tirrappreżenta mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(332)

Il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun użaw ix-xama’ tal-paraffina, li fil-każijiet kollha kienu jammontaw għal aktar minn 17 % tal-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom.

(333)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk xi materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat hijiex distorta minn waħda mill-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku: skemi ta’ pprezzar doppju, taxxi fuq l-esportazzjoni, soprataxxa fuq l-esportazzjoni, kwoti fuq l-esportazzjoni, projbizzjoni tal-esportazzjoni, taxxa fiskali fuq l-esportazzjonijiet, rekwiżiti ta’ liċenzjar, prezz minimu tal-esportazzjoni, tnaqqis jew irtirar tar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), restrizzjoni fuq il-punt tal-iżdoganar għall-esportaturi, lista ta’ esportaturi kwalifikati, obbligu tas-suq domestiku, estrazzjoni ristretta.

(334)

Il-Kummissjoni stabbiliet li ma kien hemm l-ebda rifużjoni tal-VAT meta ġiet esportata x-xama’ tal-paraffina, li ħolqot inċentiv biex ma tiġix esportata x-xama’ tal-paraffina, li min-naħa tagħha fixklet il-mekkaniżmi tal-iffissar tal-prezzijiet tas-suq domestiku.

(335)

Imbagħad, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tax-xama’ tal-paraffina mħallas mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun mal-prezzijiet fis-suq/swieq internazzjonali rappreżentattiv(i). F’dan ir-rigward, instab li l-prezz unitarju tax-xama’ tal-paraffin fir-RPĊ, kif irrapportat mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, kien bejn 25 % u 60 % inqas mill-prezz unitarju fit-Turkija (101), li tqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Tali differenza ġiet ikkonfermata wkoll meta l-prezz imħallas mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun tqabbel mal-informazzjoni li tinsab fl-ilment biex tiġi appoġġata l-affermazzjoni ta’ distorsjonijiet tal-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Meta wieħed iqis il-firxa ta’ tali differenza, il-prezzijiet domestiċi tqiesu bħala ferm aktar baxxi mill-prezzijiet fi swieq internazzjonali rappreżentattivi.

(336)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni eżaminat jekk ix-xama’ tal-paraffina tammontax individwalment għal mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, intuża prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif stabbilit fit-Tabella 1. Il-Kummissjoni stabbiliet li x-xama’ tal-paraffina kienet tirrappreżenta mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni.

(337)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet ix-xama’ tal-paraffina kienet soġġetta għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

6.3.1.   Interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku

(338)

F’konformità mal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li kien fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, inklużi l-kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen ta’ provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni.

6.3.1.1.   Kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur

(339)

L-ilment jindika li ċ-Ċina għandha kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fil-produzzjoni tax-xemgħat, li jidher li hija ta’ natura strutturali. Din il-kapaċità żejda hija fil-biċċa l-kbira xprunata mill-pożizzjoni taċ-Ċina bħala l-akbar produttur tax-xemgħat fid-dinja, responsabbli għal madwar 50 % tal-output globali. Madankollu, ir-rapporti tal-industrija (102) jistmaw il-produzzjoni annwali taċ-Ċina għal minimu ta’ 16-il miljun tunnellata, bil-kapaċità tkompli tespandi.

(340)

B’kuntrast mal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni estensivi tiegħu, l-ilment jindika li s-suq domestiku tax-xemgħat taċ-Ċina huwa stmat li huwa relattivament żgħir. B’riżultat ta’ dan, l-industrija Ċiniża tax-xemgħat hija strutturalment orjentata lejn l-esportazzjoni u tiddependi ħafna fuq is-swieq barranin biex tassorbi l-produzzjoni żejda tagħha. Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti ħafna minħabba d-daqs tiegħu u d-domanda konsistentement għolja għax-xemgħat. Dan huwa rifless fil-fatt li l-maġġoranza tal-produtturi Ċiniżi ewlenin tax-xemgħat jesportaw bejn 70 % u 90 % tal-output tagħhom, u ċ-Ċina waħedha tammonta għal 24 % tal-esportazzjonijiet globali tax-xemgħat (103).

(341)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, il-Kummissjoni tqis li l-kapaċità ta’ riżerva sostanzjali taċ-Ċina, flimkien mad-domanda domestika limitata tagħha u mal-mudell ta’ produzzjoni orjentat lejn l-esportazzjoni, hija ta’ riskju sinifikanti għall-industrija tal-Unjoni.

6.3.1.2.   Kompetizzjoni għall-materja prima

(342)

Fiċ-Ċina, l-aċċess għall-materja prima użata fil-produzzjoni tax-xemgħat, b’mod partikolari x-xama’ tal-paraffina, huwa influwenzat b’mod sinifikanti mill-politiki tal-ipprezzar domestiku u mid-distorsjonijiet relatati mal-esportazzjoni. Il-produtturi Ċiniżi tax-xemgħat jibbenefikaw mill-aċċess għax-xama’ tal-paraffina bi prezzijiet taħt il-livelli tas-suq internazzjonali, u b’hekk jingħataw vantaġġ sostanzjali fil-kostijiet (104).

(343)

B’kuntrast ma’ dan, il-produtturi tal-Unjoni jridu jixtru xema’ tal-paraffin fis-suq miftuħ, fejn il-prezzijiet huma soġġetti għad-dinamika tal-provvista u tad-domanda globali, għall-kostijiet tal-enerġija, u għal fatturi ġeopolitiċi. Għall-kuntrarju tal-kontropartijiet Ċiniżi tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni ma jibbenefikawx minn sussidji domestiċi, minn ipprezzar preferenzjali, jew minn restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni li jistgħu jipproteġuhom mill-volatilità tal-prezzijiet. B’riżultat ta’ dan, huma jiffaċċjaw kostijiet ogħla u aktar imprevedibbli, li jħallu impatt dirett fuq il-kompetittività tagħhom.

(344)

Barra minn hekk, id-distorsjonijiet relatati mal-esportazzjoni fiċ-Ċina, ikomplu jaggravaw is-sitwazzjoni. Dawn il-miżuri distortivi ta’ materja prima jippermettu lill-produtturi Ċiniżi jaċċessaw materja prima abbundanti u orħos, filwaqt li jillimitaw id-disponibbiltà u jżidu l-prezzijiet għall-produtturi mhux Ċiniżi. Dan inaqqas b’mod artifiċjali l-kostijiet tal-produzzjoni għall-manifatturi Ċiniżi tax-xemgħat u joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi. L-assimetrija fil-kostijiet li tirriżulta timmina s-sostenibbiltà ekonomika tal-industrija tax-xemgħat tal-Unjoni.

6.3.1.3.   Effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni

(345)

L-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tax-xemgħat fl-Unjoni hija mistennija li jkollha impatt limitat fuq il-katina tal-provvista. L-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità ta’ produzzjoni suffiċjenti biex tissodisfa d-domanda domestika, filwaqt li tiżgura provvista stabbli anke jekk l-importazzjonijiet miċ-Ċina jitnaqqsu. Barra minn hekk, pajjiżi terzi oħra xorta jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet ġusti u mingħajr distorsjoni.

(346)

Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tissodisfa d-domanda hija bbażata fuq il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni eżistenti tagħha, li bħalissa ma humiex utilizzati biżżejjed minħabba l-effetti tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. Il-produtturi tal-Unjoni bħalissa qed joperaw b’45 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom u jistgħu jżidu l-output tagħhom biex jimlew kwalunkwe diskrepanza potenzjali fil-provvista. Dan jiżgura li l-impożizzjoni tad-dazji ma tirriżultax f’nuqqasijiet jew fi tfixkil għall-konsumaturi.

(347)

Filwaqt li d-dazji anti-dumping jistgħu jwasslu għal żieda moderata fil-prezzijiet tax-xemgħat, dan l-impatt, skont l-ilmentatur, huwa mistenni li jiġi assorbit minn bejjiegħa bl-imnut kbar, li jaġixxu bħala dawk li jiffissaw il-prezzijiet primarji fis-suq tal-konsumatur.

(348)

In-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-bejjiegħa bl-imnut jissuġġerixxi li ma jantiċipawx tfixkil sostanzjali li jirriżulta mill-impożizzjoni tad-dazji.

(349)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping fil-livell sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tar-regola dwar id-dazju inferjuri, hija ġġustifikata u proporzjonata. Dan se jgħin biex terġa’ tinkiseb kompetizzjoni ġusta, tiġi appoġġata l-vijabbiltà tal-industrija tax-xemgħat tal-Unjoni u tiġi żgurata katina tal-provvista stabbli u reżiljenti, filwaqt li jiġi minimizzat l-impatt fuq il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi downstream.

6.3.2.   Konklużjoni tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku

(350)

Wara li vvalutat l-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

6.4.   Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri

(351)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping proviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku:

Kumpanija

Marġni tad-dumping provviżorju (%)

Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co

10,6

Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co., Ltd.

Anhui Fenyuan Aromatic Technology Co., Ltd.

70,9

Qingdao Kingking Applied Chemistry Co Ltd,

57,5

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

55,5

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat

70,9

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(352)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-konsumaturi tal-Unjoni.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(353)

L-industrija tal-Unjoni tinkludi 80 kumpanija, imqassma ġeografikament madwar l-Ewropa, li jimpjegaw madwar 9 597 ħaddiem direttament. Parti kbira minn dawn il-produtturi tal-Unjoni esprimiet appoġġ għall-ilment, u l-ebda waħda minnhom ma opponiet il-bidu tal-investigazzjoni.

(354)

Il-livelli attwali ta’ profittabbiltà ma humiex sostenibbli. L-impożizzjoni ta’ miżuri hija mistennija li tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra partijiet mis-sehem mis-suq mitluf, u tistabbilixxi prezzijiet f’livelli li jippermettu li jintlaħaq livell sostenibbli ta’ profitt.

(355)

In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ trażżin ulterjuri tal-prezzijiet u tnaqqis ulterjuri tal-bejgħ, u b’hekk jissarraf f’telf u l-għeluq probabbli tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni, sensji u fl-aħħar mill-aħħar, l-għeluq ta’ negozji sħaħ.

(356)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess ta’ importaturi u kummerċjanti, utenti, konsumaturi u fornituri mhux relatati

(357)

L-ebda importatur jew utent mhux relatat ma pparteċipa fil-proċess tal-kampjunar jew issottometta tweġibiet għall-kwestjonarju. Bħala tali, ma ġiet ipprovduta l-ebda data dwar l-importaturi jew l-utenti u ma tqajjem l-ebda tħassib speċifiku li jista’ jissuġġerixxi effetti negattivi sinifikanti mill-impożizzjoni possibbli tal-miżuri.

(358)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, l-effett probabbli tal-miżuri fuq l-utenti ġie vvalutat fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli. Ix-xemgħat ġeneralment jirrappreżentaw element ta’ kost żgħir fi ħdan is-segment dekorattiv tal-kummerċjanti u l-bejjiegħa bl-imnut, li tipikament jiġġestixxu firxa wiesgħa ta’ prodotti. Għall-konsumaturi, ix-xiri jitqies ukoll bħala spiża konsumabbli minuri. Bħala tali, kwalunkwe żieda potenzjali fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping x’aktarx li ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-kostijiet operazzjonali tan-negozji. Il-kost unitarju relattivament baxx tax-xiri, meta mqabbel mal-portafoll ġenerali tal-prodotti tal-kummerċjanti u tal-bejjiegħa bl-imnut, jissuġġerixxi li tali żieda jkollha effett negliġibbli fuq l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. Bl-istess mod, għall-konsumaturi, iż-żieda fil-kost ma hijiex mistennija li tbiddel b’mod sinifikanti l-imġiba tax-xiri.

(359)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma hijiex mistennija li tagħmel ħsara lill-utenti, lill-kummerċjanti jew lill-konsumaturi. Għalhekk, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma tmurx kontra l-interess tal-importaturi, tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-utenti u tal-konsumaturi.

7.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(360)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż kkonċernat f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI

(361)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(362)

Miżuri anti-dumping proviżorji jenħtieġ li jiġu imposti fuq importazzjonijiet ta’ xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet fit-taqsima 6.4 li l-livell xieraq biex jitneħħa d-dannu jenħtieġ li jkun il-marġni tad-dumping.

(363)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju (%)

Iċ-Ċina

Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co

10,6

Iċ-Ċina

Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co., Ltd.

Anhui Fenyuan Aromatic Technology Co., Ltd.

70,9

Iċ-Ċina

Qingdao Kingking Applied Chemistry Co Ltd,

57,5

Iċ-Ċina

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

55,5

Iċ-Ċina

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat

70,9

(364)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(365)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”.

(366)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(367)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati individwali aktar baxxi tad-dazju jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, skont il-każ, jista’ jkun introdott perċentwal, minkejja li mhux rakkomandabbli tali żieda fil-volum tista’ fiha nfisha tkun ikkunsidrata bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri fit-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

9.   REĠISTRAZZJONI

(368)

Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(369)

Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma għandhiex titkompla.

(370)

F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet/tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping.

10.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU

(371)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom.

(372)

Waslu kummenti mingħand Qingdao Kingking u mingħand Wisdom Art & ampDesign Co. ta’ Ningbo Kwung. Il-kummenti kienu jikkonċernaw prinċipalment kwistjonijiet oħra għajr il-preċiżjoni tal-kalkoli, bħas-sorsi tal-parametri referenzjarji, il-marġnijiet tal-profitt, il-SG&A u l-kalkolu tal-marġni tad-dannu u għalhekk se jitqiesu fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

(373)

Barra minn hekk, Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co. issottometta żewġ kummenti dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli. Huwa identifika żball fl-ispejjeż tal-ippakkjar irrapportati fil-lista tal-bejgħ għall-esportazzjoni u fattur ta’ konverżjoni żbaljat applikat għall-prezz tal-kartun tal-karta. Iż-żewġ żbalji ġew ikkoreġuti, u l-marġni tad-dumping għall-kumpanija ġie aġġustat skont dan.

(374)

Il-kumpanija 5 irrapportat żball fil-kalkoli tal-IRI tagħha. Il-Kummissjoni vverifikat il-kalkolu u kkonfermat li dan l-iżball ma għandux impatt fuq il-livell tal-marġni tad-dannu tal-kumpanija.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(375)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(376)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tax-xemgħat, kandiletti u bħalhom, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3406 00 00 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Pajjiż ta’ oriġini

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Iċ-Ċina

Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co., Ltd.

10,6

89UK

Iċ-Ċina

Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co., Ltd.

Anhui Fenyuan Aromatic Technology Co., Ltd.

70,9

89UI

Iċ-Ċina

Qingdao Kingking Applied Chemistry Co., Ltd.

57,5

89UJ

Iċ-Ċina

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

55,5

Ara l-Anness

Iċ-Ċina

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat

70,9

8999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat(a), niċċertifika li (volum f’unità li qed nużaw) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fil-pajjiż ikkonċernat. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/511.

2.   Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu fl-Unjoni Ewropea għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Notifika tal-Bidu ta’ proċedura anti-dumping rigward l-importazzjoni ta’ xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/7459, 19.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7459/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/511 tal-20 ta’ Marzu 2025 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2025/511, 21.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/511/oj).

(4)  AD726 Candles_Note għall-file_Provisional sample_EU produtturi 19/12/2024; t24.011572

AD726 Nota għall-fajl - kampjun definittiv tal-produtturi tal-UE 17/01/2025; 25.001025.

(5)  AD726 Nota għall-fajl - Biddel il-kampjun definittiv tal-produttur tal-UE 24/02/2025; t25.002394.

(6)  TRON t25.000237 tas-6 ta’ Jannar 2025.

(7)  TRON t25.000574 tal-10 ta’ Jannar 2025.

(8)   https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2771.

(9)  Il-Kumpanija 1 u l-Kumpanija 5 huma parti mill-ilmentatur, li ppreżenta t-talba bil-kundizzjoni li kull produttur jingħata trattament anonimu, filwaqt li jsemmi riskju ġenwin ta’ ritaljazzjoni kummerċjali mill-klijenti tal-Unjoni tiegħu, li huma wkoll klijenti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Il-Kummissjoni qieset it-talba għall-anonimità bħala debitament ġustifikata u awtorizzata kif xieraq.

(10)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD(2024) 91 final, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=en.

(11)  Bħall-14-il FYP għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035 (“ L-14-il FYP” ), disponibbli fuq: t0284_14th_Five_Year_Plan_EN (aċċessat fit-3 ta’ Ġunju 2025).

(12)  Xinhua News Agency, “SASAC: The State-owned economy should maintain absolute control over seven industries”, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/ztzl/2006-12/18/content_472256.htm (aċċessat fis-6 ta’ Ġunju 2025).

(13)  Usha C. V. Havey u George T. Haley, “Through the Looking Glass: Subsidies to China’s Glass Industry” f’Subsidies to Chinese Industry: State Capitalism, Business Strategy, and Trade Policy, (OUP, it-23 ta’ Mejju 2013), disponibbli fuq: https://academic.oup.com/book/11363/chapter/160011767 (aċċessat fit-3 ta’ Ġunju 2025).

(14)  Lista tan-notifiki tad-WTO (Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, World Trade Organization) taċ-Ċina, disponibbli fuq: https://notifications.wto.org/en/status-by-member/china (aċċessat fit-3 ta’ Ġunju 2025).

(15)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 8.

(16)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 7.

(17)  Ara fuq: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.htm (aċċessat fit-3 ta’ Ġunju 2025).

(18)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 20-21.

(19)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 20.

(20)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 75.

(21)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 99.

(22)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 18, p. 538.

(23)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 242.

(24)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 12, p. 328.

(25)  Ara fuq: http://www.kwungs.com/ (aċċessat fis-26 ta’ Mejju 2025).

(26)  Ara fuq: http://www.kwungshome.com/ (aċċessat fis-26 ta’ Mejju 2025).

(27)  Ara fuq: https://www.chinakingking.com/ (aċċessat fis-26 ta’ Mejju 2025).

(28)  Ara fuq: https://m.chinabgao.com/top/brand/88643.html#:~:text=%E8%BF%99%E4%BA%9B%E5%93%81%E7%89%8C%E5%9C%A8%E7%9F%B3%E8%9C%A1%E7%9A%84,%E6%B4%8B%E5%8F%91%E5%B1%95%E3%80%81%E7%9B%9B%E4%BA%9ASASIA%E3%80%82 (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(29)  Ara fuq: https://www.cnpc.com.cn/en/index.shtml (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(30)  Ara fuq: http://www.sinopec.com/listco/en/ (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(31)  Ara fuq: http://www.syhg.chemchina.com/ (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(32)  Ara fuq: http://www.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(33)  Ara fuq: https://www.chinalco.com.cn/xwzx/ (aċċessat fl-4 ta’ Ġunju 2025).

(34)  L-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tal-PKĊ, l-Artikolu 19 tad-Dritt Soċjetarju Ċiniż jew il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tal-PKĊ dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida (ara hawn taħt għal referenza sħiħa).

(35)  Ara l-Artikolu 5 tal-Liġi dwar il-Promozzjoni tas-Settur Privat, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/yaowen/liebiao/202504/content_7022018.htm (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(36)  Ara l-Artikolu 3 tas-CPCIF, disponibbli fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(37)   Ibid.

(38)  Ara l-Artikolu 36 tas-CPCIF, disponibbli fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(39)  Ara fuq: http://www.cpcif.org.cn/list/40288043661dc14701661ddbe0980010 (aċċessat fit-12 ta’ Mejju 2025).

(40)  Ara fuq: https://www.chcia.org.cn/sy (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(41)  Ara l-Artikolu 2 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CHCIA, disponibbli fuq: https://www.chcia.org.cn/fh (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(42)  Ara l-Artikolu 3 tas-CHCIA, disponibbli fuq: https://www.chcia.org.cn/xhzc (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(43)  Ara l-Artikolu 36 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CHCIA, disponibbli fuq: https://www.chcia.org.cn/xhzc (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(44)  Ara fuq: https://www.chcia.org.cn/lsh (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(45)  Ara fuq: https://www.cnfa.net.cn/index.aspx (aċċessat fl-4 ta’ Ġunju 2025).

(46)  Ara fuq: https://www.cnfa.net.cn/about/1546.aspx (aċċessat fl-4 ta’ Ġunju 2025).

(47)   Ibid.

(48)  Ara fuq: http://www.cnagi.org.cn/djgz (aċċessat fl-4 ta’ Ġunju 2025).

(49)  Ara fuq: http://www.cnagi.org.cn/newsinfo/8098191.html (aċċessat fl-4 ta’ Ġunju 2025).

(50)   Ibid.

(51)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 100-104.

(52)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 126.

(53)  Ara pereżempju: Blanchette, J. - Xi’s Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, nru 4, Lulju/Awwissu 2021, pp. 10-19.

(54)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 19-26.

(55)  Ara fuq: https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(56)  General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era, disponibbli fuq: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(57)  Financial Times (2020) - Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(58)  Ara fuq: https://baike.baidu.com/item/%E6%B1%9F%E6%98%8E%E5%AD%98/62615366#reference-1 (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(59)  Ara fuq: https://www.chinakingking.com/party_building/detail/1.html (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025.).

(60)  Ara fuq: http://www.sinopecgroup.com/group/000/000/041/41878.shtml (aċċessat fis-27 ta’ Mejju 2025).

(61)  Ara fuq: https://www.chinalco.com.cn/dqjs/dqjs_djdt/202404/t20240422_126423.html (aċċessat fil-5 ta’ Ġunju 2025).

(62)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, pp. 134-138.

(63)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 243.

(64)  Ara l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar il-Promozzjoni tas-Settur Privat.

(65)  l-14-il FYP dwar il-materja prima, disponibbli fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (aċċessat fit-28 ta’ Mejju 2025).

(66)   Ibid.

(67)  Ara fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-04/08/content_5683972.htm (aċċessat fit-28 ta’ Mejju 2025).

(68)   https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/202308/content_6900274.htm (aċċessat fit-28 ta’ Mejju 2025).

(69)  Ara fuq: https://www.ln.gov.cn/web/qmzx/lnsqmzxxtpsnxd/lnzxd/bm/2024061709101833774/index.shtml (aċċessat fis-28 ta’ Mejju 2025).

(70)   Ibid.

(71)  Ara fuq: https://www.sohu.com/a/494828794_433256 (aċċessat fit-28 ta’ Mejju 2025).

(72)  Ara fuq: https://www.ningjin.gov.cn/xxgk/content/26103.html (aċċessat fit-28 ta’ Mejju 2025).

(73)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 315.

(74)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 242.

(75)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 260.

(76)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 262.

(77)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 361.

(78)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 332.

(79)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 370-373.

(80)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 107.

(81)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 126.

(82)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 149.

(83)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 10, p. 272.

(84)  Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni tat-28 ta’ Awwissu 2020: Il-pjan ta’ azzjoni ta’ 3 snin għat-titjib tal-governanza korporattiva tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni (2020-2022), disponibbli fuq: http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (aċċessat fit-28 ta’ Mejju 2025). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “ jiġi implimentat ulterjorment l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju” . Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “ għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri.”

(85)  Ara Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġa fil-15 ta’ Diċembru 2020: http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (aċċessat fit-28 ta’ Mejju 2025).

(86)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, minn Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan Yu u Longmei Zhang, Ottubru 2016, WP/16/203.

(87)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 10, p. 272.

(88)  L-OECD (2019), l-Istħarriġ Ekonomiku tal-OECD: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, disponibbli fuq: https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fit-28 ta’ Mejju 2025).

(89)   http://www.gov.cn/xinwen/2020-04/20/content_5504241.htm (aċċessat fit-28 ta’ Mejju 2025).

(90)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(91)   https://connect.spglobal.com/

(92)   https://www.macmap.org/

(93)  (https://app.bot.or.th/BTWS_STAT/statistics/BOTWEBSTAT.aspx?reportID=636&language=ENG)

(94)   https://www.mea.or.th/en/our-services/mea-service/e-service/electric-monthly-calculate/type4.

(95)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(96)  (https://app.bot.or.th/BTWS_STAT/statistics/BOTWEBSTAT.aspx?reportID=636&language=ENG)

(97)   https://www.boi.go.th/index.php?page=utility_costs u https://www.mea.or.th/en/our-services/tariff-calculation/latestft.

(98)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 393/2009 tal-11 ta’ Mejju 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xemgħat, kandeletti u prodotti simili li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 119, 14.5.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/393/oj).

(99)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1361 tas-6 ta’ Awwissu 2015 li jħassar id-dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 210, 7.8.2015, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1361/oj).

(100)  L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-bqija tad-dinja huma sostanzjali fil-volum u bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk lejn l-Unjoni (sors: Global Trade Atlas).

(101)  Il-Kummissjoni fittxet ukoll parametru referenzjarju internazzjonali, iżda l-ebda parametru referenzjarju bħal dan ma kien faċilment disponibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-prezzijiet dinjija huma influwenzati mill-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-ipprezzar tagħha. Bħala l-esportatur ewlieni tax-xama’ tal-paraffin, iċ-Ċina għandha impatt fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-bqija tad-dinja. Barra minn hekk, fil-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali l-oħra kollha analizzati, is-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-impatt tagħhom fuq il-prezz medju kienu sinifikanti. L-unika eċċezzjoni, minbarra t-Turkija, kienet il-Filippini li kellhom sehem ta’ 33 % ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina. Il-prezz tal-importazzjonijiet mhux Ċiniżi kien saħansitra ogħla milli fit-Turkija, jiġifieri 18 CNY/kg.

(102)   https://uniway-sourcing.com/china/candle-manufacturers-suppliers-in-china/

(103)   https://oec.world/en/profile/hs/candles.

(104)  Dan huwa sostnut minn evidenza li tqabbel il-prezzijiet imħallsa mill-Ilmentatur għall-paraffina importata miċ-Ċina (l-Anness 5.8 tal-Ilment) mal-prezzijiet prevalenti tas-suq fiċ-Ċina (l-Anness 5.7 tal-Ilment), li juru b’mod ċar disparità favur il-produtturi Ċiniżi.


ANNESS

Produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

Pajjiż

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Aromasong Home Products Co., Ltd.

89UL

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

BEIJING CANDLEMAN CANDLE CO., LTD.

89UM

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

BOYE HONGMING CANDLE INDUSTRY CO., LTD.

89UN

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Changlexian Yuhuiguorui arts and crafts Co.,Ltd.

89UO

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Changzhou Jintan Man Tin Fang Gifts Co., ltd

89UP

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Changzhou Jintan Xingta Arts and Crafts Co., Ltd.

89UQ

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Colourful Home Decoration(NanTong) Co.,Ltd.

89UR

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

DALIAN ALL BRIGHT ARTS AND CRAFTS CO.,LTD

89US

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dalian Bolaite Candle Industry Co., Ltd

89UT

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dalian Talent Gift Co., Ltd.

89UU

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

DANDONG ETON ART CANDLE CO., LTD

89UV

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

DANDONG HONGDE CANDLE INDUSTRIAL CO., LTD.

89UW

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dandong Jiaxin Arts & Crafts Co., Ltd.

89UX

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dandong Joy Gift And Craft Co., Ltd.

89UY

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dehua Baililian Candle Craft Products Factory

89UZ

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Donggang tianbao wax Industry Co., Ltd.

89VA

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

FUSHUN PINGTIAN WAX PRODUCTS CO., LTD.

89VB

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Fushun Shuanghui Petrochemical Co., Ltd.

89VC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

FUTURE INTERNATIONAL (GIFT) CO., LTD.

89VD

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Greenbay Craft (Shanghai) Co., Ltd

89VE

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Hangzhou Aroma Huicheng Technology Co., Ltd.

89VF

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HANGZHOU NINFE HOME CO., LTD.

89VG

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Hebei Huaming Laye Co.Ltd

89VH

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Hebei Ruitou Imp & ampExp Co., Ltd

89VI

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Hefei Weisi Arts & Crafts Co., Ltd.

89VJ

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jiangxi Tongda Candle Co., Ltd

89VK

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jiashan Jiahua Candle Arts & crafts Co. Ltd

89VL

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIAXING FEIYA HANDICRAFT ARTICLE CO.,LTD

89VM

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jinan Jinming Tool Manufacturing Co. Ltd

89VN

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jinhua Jushi Technology Co.,Ltd

89VO

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

LITBRIGHT CANDLE (SHIJIAZHUANG) CO., LTD

89VP

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

M&SENSE (SUZHOU) ARTS & CRAFTS CO., LTD.

89VQ

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

M.X. Candles and Gifts (Taicang) Co., Ltd.

89VR

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

MINQUAN VALUEVOLUTION ARTS & CRAFTS CO., LTD.

89VS

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Haishu Haihong Crafts Factory

89VT

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Junee Gifts Designers and Manufacturers Co., Ltd.

89VU

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ninghai Grand Houseware Co., Ltd.

89VV

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ninghai Kaihui Houseware Co., Ltd

89VW

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

QIDONG SHENLE ART&CRAFT CO.,LTD

89VX

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Qingdao Allite RadianceCandle Co, Ltd

89VY

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Qingdao Golden Sanda Craftworks co., Ltd

89VZ

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Qingdao Kinglight Craft Co.,Ltd

89WA

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Qingdao Lishengyuan Industry Products Co., Ltd

89WB

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Qingdao Locke Art and Craft Co.,Ltd

89WC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Qingdao Shuailei Arts&crafts Co.,Ltd

89WD

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

QINGDAO SILVARTS CO., LTD.

89WF

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Qingdao Xinkangmeiyuan Wax Industry Co.,Ltd

89WE

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Qingyun Super Light Candle Technology Co., Ltd.

89WG

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

SHAANXI JIALONG HOUSEWARE CO., LTD.

89WH

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanghai Aqua Gifts Manufacture Co.,LTD

89WI

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanghai Dream Candle Factory

89WJ

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanghai Sizu Biotechnology Co., Ltd.

89WK

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

SHAOXING HIKING CANDLE GIFTS CO.,LTD

89WL

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shijiazhuang Tabo Candles Sales Co., Ltd

89XD

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shaoxing Shangyu Ruisheng Wax Industry Co., Ltd

89WM

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

shenyang shengjie candle co., ltd

89WN

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Taizhou Bomall housewear Co., LTD

89WO

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Taizhou Huangyan King Well Art & Craft Co. Ltd.

89WP

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

TIANJIN HUATAI CANDLE CO., LTD

89WQ

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

TIANJIN PERMANENT HOME INTERNATIONAL TRADE CO.,LTD.

89WR

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

TongLu ChunJiang Candle Products CO., LTD.

89WS

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Tongxiang Apollo Craftwork Co.,Ltd.

89WT

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Wuhe Ranran Arts & Crafts Co., Ltd.

89WU

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

XUANCHENG ZHIWEN HANDICRAFT CO., LTD.

89WV

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

YANGZHOU JINGTENG ART&CRAFT CO.,LTD

89WW

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Yiwu Jialuofu Handicraft Co., Ltd.

89WX

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Yixinyuan (Hubei) Household Products Co., Ltd

89WY

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Zhejiang Neeo Home Decoration Co., LTD

89WZ

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Zhejiang Talent Fareast Home Gifts Co., Ltd

89XA

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Zhongshan South Star Arts & Crafts Manufacturing Co., Ltd.

89XB

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Zibo Jialong Wax Industry Co.,Ltd

89XC


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1732/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top