Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R1527

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1527 tad-29 ta’ Lulju 2025 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028 u ta’ preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

C/2025/5033

ĠU L, 2025/1527, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1527/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1527/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1527

30.7.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1527

tad-29 ta’ Lulju 2025

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028 u ta’ preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028 u preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Flimkien ma’ dawk l-applikazzjonijiet, tressqu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028 u l-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tas-26 ta’ Novembru 2024 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-użu tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028 u ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148 huwa sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittivi mhumiex irritanti għall-ġilda, li jenħtieġ li jitqiesu bħala sensitizzaturi potenzjali tal-ġilda u respiratorji, li kwalunkwe esponiment mill-ġilda u mill-apparat respiratorju għal dawk l-addittivi għandu jitqies bħala riskju u li ma setgħetx tikkonkludi dwar il-potenzjal tagħhom li jirritaw l-għajnejn. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ż-żieda ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028 u ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148 f’livell minimu ta’ 1×109 CFU/kg ta’ materjal frisk tal-pjanti għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni tas-silaġġ mill-materjal frisk.

(5)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028 u ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148 jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dawk il-preparati jiġi awtorizzat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittivi.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparati speċifikati fl-Anness, li jappartjenu għall-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)   EFSA Journal, 22(12), e9142. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9142.

EFSA Journal, 22(12), e9143. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9143.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20713

Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028 li jkun fih minimu ta’ 7 × 1010 CFU/g ta’ addittiv.

Għamla solida

---------------------------------

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028

----------------------------------

Metodu analitiku  (1)

Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028:

Metodi tas-sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE, Pulsed Field Gel Electrophoresis) (CEN/TS 17697)

Enumerazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028:

Metodu tat-tifrix (jew tat-tferrigħ) fuq Agar MRS (EN 15787)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 109 CFU/kg ta’ materjal frisk tal-pjanti.

3.

Il-krijoprotetturi użati fil-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 41028 jistgħu jinkludu fost l-oħrajn:

gliċina ≤ 14 %

eritorbat tas-sodju ≤ 14 %

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir tal-protezzjoni personali għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

Id-19 ta’ Awwissu 2035


Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20714

Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148 li jkun fih minimu ta’ 7 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

Għamla solida

---------------------------------

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148

----------------------------------

Metodu analitiku  (2)

Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148:

Metodi tas-sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE, Pulsed Field Gel Electrophoresis) (CEN/TS 17697)

Enumerazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148:

Metodu tat-tifrix (jew tat-tferrigħ) fuq Agar MRS (EN 15787)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 109 CFU/kg ta’ materjal frisk tal-pjanti.

3.

Il-krijoprotetturi użati fil-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30148 jistgħu jinkludu fost l-oħrajn:

gliċina ≤ 21 %

eritorbat tas-sodju ≤ 21 %

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir tal-protezzjoni personali għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

Id-19 ta’ Awwissu 2035


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1527/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top