Kies de experimentele functies die u wilt uitproberen

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 32025R1500

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1500 tat-23 ta’ Lulju 2025 dwar il-lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-emissjonijiet fl-2025

C/2025/4935

ĠU L, 2025/1500, 24.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1500/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Juridische status van het document Van kracht

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1500/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1500

24.7.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1500

tat-23 ta’ Lulju 2025

dwar il-lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-emissjonijiet fl-2025

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25a(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-attivitajiet tal-avjazzjoni huma inklużi fis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (“EU ETS”) stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE.

(2)

Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emendat id-Direttiva 2003/87/KE biex timplimenta b’mod xieraq l-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (“CORSIA”, Carbon Offsetting and Reduction Scheme for International Aviation) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”, International Civil Aviation Organization).

(3)

Skont l-Artikolu 25a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tadotta lista ta’ Stati, għajr il-pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit, li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE, b’linja bażi tal-85 % tal-emissjonijiet tal-2019 għal kull sena mill-2024. Dik id-Direttiva eskludiet lill-pajjiżi taż-ŻEE, lill-Iżvizzera u lir-Renju Unit minn tali lista ta’ Stati minħabba li r-rotot bejn dawk il-pajjiżi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskemi rispettivi tagħhom għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

(4)

Fir-rigward tal-2025, l-inklużjoni ta’ Stat fil-lista ta’ Stati meqjusa li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE hija bbażata fuq in-notifika mill-Istat li għandu l-intenzjoni li japplika l-CORSIA għall-emissjonijiet fl-2025, u tali notifika ssir lis-Segretarjat tal-ICAO. Is-Segretarjat tal-ICAO jippubblika lista annwali ta’ Stati li jkunu għamlu tali notifika. Biex tirrifletti l-bidliet f’dawk il-listi ppubblikati annwalment, il-Kummissjoni għandha tadotta kull sena lista ta’ Stati, għajr il-pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit, li jitqiesu li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE.

(5)

Il-lista ta’ Stati meqjusa li qed japplikaw il-CORSIA ppubblikata mis-Segretarjat tal-ICAO għall-2025 tinkludi lil San Marino u Monaco. Madankollu, jenħtieġ li San Marino u Monaco ma jiġux inklużi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament peress li ma għandhom l-ebda ajruport u ma kienet qed issir l-ebda titjira li tinvolvi rotot li għalihom qed tiġi applikata l-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista tal-Istati li jitqiesu li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE għall-emissjonijiet fl-2025 hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/958/oj).


ANNESS

Lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE għall-emissjonijiet fl-2025

1.

L-Afganistan

2.

L-Albanija

3.

Antigua u Barbuda

4.

L-Armenja

5.

L-Awstralja

6.

L-Ażerbajġan

7.

Il-Bahamas

8.

Il-Bahrain

9.

Barbados

10.

Il-Belize

11.

Il-Benin

12.

Il-Bożnija-Ħerzegovina

13.

Il-Botswana

14.

Il-Burkina Faso

15.

Il-Kambodja

16.

Il-Kamerun

17.

Il-Kanada

18.

Comoros

19.

Il-Gżejjer Cook

20.

Il-Costa Rica

21.

Il-Kosta tal-Avorju

22.

Kuba

23.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

24.

Ir-Repubblika Dominicana

25.

L-Ekwador

26.

El Salvador

27.

Il-Guinea Ekwatorjali

28.

Il-Gabon

29.

Il-Georgia

30.

Il-Ghana

31.

Grenada

32.

Il-Gwatemala

33.

Il-Guyana

34.

Il-Haiti

35.

Il-Honduras

36.

L-Indoneżja

37.

L-Iraq

38.

Iżrael

39.

Il-Ġamajka

40.

Il-Ġappun

41.

Il-Każakistan

42.

Il-Kenja

43.

Kiribati

44.

Il-Kuwajt

45.

Madagascar

46.

Il-Malawi

47.

Il-Malażja

48.

Il-Maldivi

49.

Il-Mali

50.

Il-Gżejjer Marshall

51.

Il-Mauritania

52.

Mauritius

53.

Il-Messiku

54.

Il-Mikroneżja

55.

Il-Moldova

56.

Il-Montenegro

57.

In-Namibja

58.

Nauru

59.

New Zealand

60.

In-Niġerja

61.

Il-Maċedonja ta’ Fuq

62.

L-Oman

63.

Palau

64.

Papua New Guinea

65.

Il-Filippini

66.

Il-Qatar

67.

Ir-Rwanda

68.

Saint Kitts u Nevis

69.

Santa Lucia

70.

Saint Vincent u l-Grenadini

71.

Samoa

72.

L-Arabja Sawdija

73.

Is-Serbja

74.

Is-Seychelles

75.

Sierra Leone

76.

Singapore

77.

Il-Gżejjer Solomon

78.

Il-Korea t’Isfel

79.

Is-Sudan t’Isfel

80.

Is-Suriname

81.

It-Tanzanija

82.

It-Tajlandja

83.

Il-Gambja

84.

Timor Leste

85.

Tonga

86.

Trinidad u Tobago

87.

It-Turkija

88.

Tuvalu

89.

L-Uganda

90.

L-Ukrajna

91.

L-Emirati Għarab Magħquda

92.

L-Istati Uniti

93.

L-Urugwaj

94.

Vanuatu

95.

Iż-Żambja

96.

Iż-Żimbabwe


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1500/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Naar boven