This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1422
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/1422 of 17 July 2025 amending Implementing Regulation (EU) 2016/1141 to update the list of invasive alien species of Union concern
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1422 tas-17 ta’ Lulju 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 biex jaġġorna l-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1422 tas-17 ta’ Lulju 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 biex jaġġorna l-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni
C/2025/4769
ĠU L, 2025/1422, 18.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1422/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1422 |
18.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1422
tas-17 ta’ Lulju 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 biex jaġġorna l-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 (2) jistabbilixxi lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni (“il-lista tal-Unjoni”), li għandha tiġi aġġornata kif xieraq, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
|
(2) |
Abbażi tal-evidenza disponibbli u tal-valutazzjonijiet tar-riskju li twettqu skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, ġie konkluż li l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati għall-ispeċijiet aljeni invażivi li ġejjin: Acacia mearnsii [bħala “mearnsi”] De Wild., Pl. Bequaert. 3: 61 (1925), Acridotheres cristatellus (Linnaeus, 1758), Asterias amurensis Lutken, 1871, Bipalium kewense Moseley, 1868, Brachyponera chinensis (Emery, 1895), Broussonetia papyrifera (L.) L’Hér ex Vent., Castor canadensis Kuhl, 1820, Cervus nippon Temminck, 1838, Cherax destructor Clark, 1936, Cipangopaludina chinensis (Gray 1834), Crassula helmsii (Kirk) Cockayne, Delairea odorata Lem, Faxonius immunis (Hagen, 1870), Marisa cornuarietis (Linnaeus 1758), Misgurnus anguillicaudatus (Cantor, 1842), Misgurnus bipartitus (Sauvage & Dabry de Thiersant, 1874), Mulinia lateralis (Say, 1822), Nanozostera japonica (Ascherson & Graebner) Tomlinson & Posluszny, 2001, Neogale vison (Schreber, 1777), Obama nungara Carbayo, Álvarez-Presas, Jones & Riutort, 2016, Platydemus manokwari de Beauchamp, 1963, Pycnonotus jocosus (Linnaeus, 1758), Reynoutria japonica Houtt., Reynoutria sachalinensis (F. Schmidt) Nakai, Reynoutria × bohemica Chrtek & Chrtková u Vespa mandarinia Smith, 1852. |
|
(3) |
Għall-ispeċijiet aljeni invażivi kollha msemmija fil-premessa 2, l-elementi kollha stabbiliti fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 ġew ikkunsidrati kif xieraq. |
|
(4) |
Bħala riżultat ta’ bidliet aċċettati b’mod wiesa’ fir-referenzi tan-nomenklatura ta’ erba’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni, jenħtieġ li jinbidlu l-ismijiet jew elementi oħra tan-nomenklatura sħiħa għall-ispeċijiet aljeni invażivi li ġejjin elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141: Eichhornia crassipes, Hakea sericea, Pennisetum setaceum, Tamias sibiricus. |
|
(5) |
Meta titqies it-tassonomija li qed tevolvi tal-ispeċi invażiva Lampropeltis getula, huwa meħtieġ li jiġi mtenni u ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni kif definit fil-valutazzjoni tar-riskju oriġinali li tirfed l-inklużjoni tagħha fil-lista tal-Unjoni. Din il-valutazzjoni tar-riskju tuża r-referenza “sensu lato” biex tinkludi b’mod komprensiv l-ispeċi fis-sens tassonomiku usa’ tagħha. Sabiex jiġu indirizzati l-iżviluppi tassonomiċi potenzjali u tiġi żgurata kopertura regolatorja robusta, jenħtieġ li s-sottospeċi kkonċernati jissemmew b’mod espliċitu. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(7) |
L-ispeċi Neogale vison (Schreber, 1777) titrabba għall-produzzjoni tal-pil f’diversi Stati Membri. Sa fejn l-Istati Membri jista’ jkollhom jippreparaw applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, l-inklużjoni ta’ dik l-ispeċi fil-lista tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi differita sabiex l-Istati Membri jingħataw żmien biex jippreparaw tali applikazzjonijiet qabel ma jidħol fis-seħħ l-elenkar tal-ispeċi. |
|
(8) |
Il-ġestjoni tal-ispeċi aljena invażiva Castor canadensis Kuhl, 1820, toħloq sfidi sinifikanti f’żoni fejn il-kastur indiġenu Castor fiber (3) huwa preżenti wkoll minħabba s-similaritajiet bejn iż-żewġ speċijiet. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ Castor canadensis fil-lista tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi differita sabiex l-Istati Membri jingħataw żmien biex jadattaw miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni u leġiżlazzjoni nazzjonali, fejn rilevanti, qabel ma jidħol fis-seħħ l-elenkar ta’ Castor canadensis Kuhl, 1820. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (2) tal-Anness għandu jibda japplika mis-7 ta’ Awwissu 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1143/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta’ Lulju 2016 li jadotta lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 14.7.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1141/oj).
(3) Castor fiber huwa inkluż fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal- 21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).
ANNESS
It-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
kull waħda minn dawn l-entrati li ġejjin tiddaħħal f’ordni alfabetika:
|
|
(2) |
jiddaħħlu l-ispeċijiet li ġejjin f’ordni alfabetika fit-tabella:
|
|
(3) |
“Eichhornia crassipes (Mart.) Solms” hija sostitwita bi “Pontederia crassipes Mart” |
|
(4) |
“Hakea sericea Schrad. & J.C.Wendl.” hija sostitwita b’“Hakea sericea Schrad. & J.C.Wendl. s.l.” |
|
(5) |
fir-ringiela ta’ Lampropeltis getula (Linnaeus, 1766), tiżdied in-nota tat-tabella “(16)” fil-kolonna (iv). |
|
(6) |
“Pennisetum setaceum (Forssk.) Chiov.” hija sostitwita b’“Cenchrus setaceus (Forssk.) Morrone (Pennisetum setaceum (Forssk.) Chiov.)” |
|
(7) |
“Tamias sibiricus Laxmann, 1769’ hija sostitwita b’“Tamias sibiricus Laxmann, 1769 (Eutamias sibiricus (Laxmann, 1769))” |
|
(8) |
fin-noti tat-tabella għall-kolonna (iv), jiżdied il-punt li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1422/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)