Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R1309

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1309 tat-2 ta’ Lulju 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea, mill-Malażja u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2025/4120

ĠU L, 2025/1309, 3.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1309/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1309/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1309

3.7.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1309

tat-2 ta’ Lulju 2025

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea, mill-Malażja u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

1.1.1.   Ir-Repubblika tal-Korea u l-Malażja

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 778/2003 (2) il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”) u mill-Malażja (“l-investigazzjoni oriġinali”). Wara l-ewwel rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (3), il-Kunsill permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1001/2008 (4) impona mill-ġdid il-miżuri anti-dumping. Wara t-tieni rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (5), il-Kummissjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1283/2014 (6) imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping. Wara rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitat fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-eżaminar tad-dumping f’dak li kellu x’jaqsam ma’ TK Corporation, produttur esportatur Korean, il-Kummissjoni emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1283/2014 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/306 (7). Wara t-tielet rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2019/566 (8) tad-9 ta’ April 2019 imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping.

(2)

Il-miżuri anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Korea ħadu l-forma ta’ rata tad-dazju ad valorem, li ġiet stabbilita fil-livell tal-marġni tad-dumping ta’ 32,4 % għall-importazzjonijiet minn esportatur imsemmi individwalment (TK Corporation), b’rata tad-dazju residwa ta’ 44,0 % stabbilita fil-livell tal-marġni tad-dannu.

(3)

Il-miżuri anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Malażja ħadu l-forma ta’ rata tad-dazju ad valorem, li ġiet stabbilita fil-livell tal-marġni tad-dumping ta’ 49,9 % u 59,2 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment, b’rata tad-dazju residwa ta’ 75,0 %.

1.1.2.   Il-Federazzjoni Russa

(4)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 78/2013 (9) impona dazju anti-dumping definittiv kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (“it-Turkija”) u mill-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”). Wara l-ewwel rieżami ta’ skadenza l-Kummissjoni, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/566 tad-9 ta’ April 2019 imponiet mill-ġdid dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja u temmet l-investigazzjoni li tirrigwarda l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mit-Turkija.

(5)

Il-miżuri anti-dumping li huma fis-seħħ bħalissa fir-rigward tar-Russja ħadu l-forma ta’ rata tad-dazju residwa ad valorem stabbilita fil-livell tal-marġni tad-dumping ta’ 23,8 %.

1.1.3.   Pajjiżi terzi oħra mhux soġġetti għal dan ir-rieżami

(6)

Bħalissa hemm miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”), li ġew estiżi għat-Tajwan, għall-Indoneżja, għas-Sri Lanka u għall-Filippini (10).

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(7)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (11), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(8)

It-talba għal rieżami (“it-talba”) tressqet fil-11 ta’ Jannar 2024 mill-Kumitat tad-Difiża rigward l-industrija tal-fittings għall-butt-welding tal-azzar tal-Unjoni Ewropea, (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet, fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba kienet ibbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fir-rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(9)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fid-9 ta’ April 2024, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Korea, mill-Malażja u mir-Russja (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (12) (“in-Notifika tal-Bidu”).

1.4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(10)

L-investigazzjoni dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.5.   Partijiet interessati

(11)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bil-għan li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lill-produtturi magħrufa l-oħra tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa fit-tliet pajjiżi kkonċernati, lill-awtoritajiet tal-Korea, tal-Malażja u tar-Russja, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li kienu kkonċernati dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza, u stednithom jipparteċipaw.

(12)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.6.   Kummenti dwar il-bidu

(13)

Wara l-bidu, il-gvern tar-Russja pprovda kummenti dwar l-aspetti tad-dumping u tad-dannu tat-talba għal rieżami, kif ukoll in-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 11.3 tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping tad-WTO (“ADA”, Anti-dumping Agreement).

(14)

Il-Gvern tar-Russja argumenta li r-rieżami ta’ skadenza mhux ġustifikat, peress li l-projbizzjoni tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta’ fittings tat-tubi u tal-pajpijiet Russi tipprevjeni kwalunkwe dħul mill-ġdid fis-suq irrispettivament mill-miżuri anti-dumping. Madankollu l-Kummissjoni tfakkar li l-għan ta’ rieżami ta’ skadenza huwa li jivvaluta l-probabbiltà ta’ rikorrenza jew ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ dannu jekk il-miżuri jiskadu, irrispettivament mill-miżuri ġeopolitiċi temporanji bħas-sanzjonijiet. Tabilħaqq, l-eżistenza ta’ sanzjonijiet ma tipprekludix l-obbligu legali li jitwettaq rieżami skont il-qafas tad-difiża tal-kummerċ applikabbli.

(15)

Barra minn hekk, il-gvern tar-Russja sostna li l-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza hija bbażata fuq data privata mhux verifikabbli li hija l-kuntrarju ta’ statistiki dwar il-kummerċ disponibbli pubblikament li juri prezzijiet tal-esportazzjoni ogħla. Ta’ min jinnota li fiż-żmien tat-tħejjija tat-talba għal rieżami, ir-Russja ma kinitx ippubblikat l-istatistika doganali uffiċjali tagħha sa minn tmiem l-2021. Konsegwentement, id-data tal-esportazzjoni Russa ma kinitx għadha disponibbli permezz tal-UN Comtrade jew l-ITC tad-WTO, u s-sit web tal-Amministrazzjoni Doganali Russa ma ppermettiex aċċess għal dawn l-istatistiki. B’riżultat ta’ dan, l-applikant kellu jiddependi fuq l-informazzjoni tas-suq privat biex jikseb informazzjoni dwar il-biegħa għall-esportazzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“PIR”).

(16)

Il-Gvern tar-Russja indika wkoll li l-valur normali maħdum kien jiddependi fuq kostijiet tal-input dubjużi u fuq metodoloġija mhux trasparenti, li timmina l-kredibbiltà tal-analiżi tad-dumping. Il-Kummissjoni tixtieq tindika li, f’konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni użat il-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni u data affidabbli ta’ pajjiżi terzi fid-dawl tad-distorsjonijiet tas-suq fir-Russja, u li din il-metodoloġija hija konsistenti mal-prattika stabbilita.

(17)

Barra minn hekk, il-gvern tar-Russja sostna, b’kuntrast mal-affermazzjoni tat-talba għal rieżami tas-suq domestiku stabbli Russu futur għall-fittings tat-tubi u tal-pajpijiet, li d-data uffiċjali turi possibbiltajiet sostanzjali ta’ espansjoni għall-fittings tat-tubi u tal-pajpijiet Russi fis-suq domestiku. Il-Gvern Russu pprovda referenzi għal ċerti studji li għandhom jagħtu prova ta’ dawn il-possibbiltajiet ta’ espansjoni. Madankollu, ir-referenzi ma ppermettewx lill-Kummissjoni tittraċċa dawn id-dokumenti għas-sors tagħhom jew għal xi informazzjoni pubblika oħra dwar dan is-suġġett. Għall-kuntrarju, tfittxija sempliċi fuq l-internet żvelat li pereżempju s-suq Russu tal-pajpijiet jiffaċċja diffikultajiet sinifikanti minħabba l-iżviluppi reċenti fis-settur tal-enerġija u x-xejriet tas-suq (13).

(18)

Il-Gvern tar-Russja sostna wkoll li l-bidu tar-rieżami ta’ skadenza kien imur kontra r-regoli tad-WTO, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.1 tal-ADA peress li s-sanzjonijiet attwalment fis-seħħ kontra r-Russja, wara l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, effettivament waqqfu l-importazzjonijiet kollha ta’ fittings tat-tubi u tal-pajpijiet Russi fl-Unjoni. Madankollu, kif stabbilit fil-premessi (14) u (81), is-sitwazzjoni attwali ma tistax titqies ta’ natura dejjiema. Is-sanzjonijiet eżistenti għalhekk ma jistgħux ikollhom effett fuq il-bidu tal-investigazzjoni, u lanqas fuq il-konklużjonijiet tagħha.

(19)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet dwar il-bidu tal-investigazzjoni mill-gvern tar-Russja.

1.7.   Kampjunar

(20)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(21)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni indikat li kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ fl-2023 tal-prodott taħt rieżami. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-volumi totali ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ stmati tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Kampjunar tal-importaturi

(22)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun.

Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati

(23)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa kollha fil-pajjiżi kkonċernati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-missjonijiet tal-pajjiżi kkonċernati fl-Unjoni Ewropea biex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(24)

L-ebda produttur esportatur fil-pajjiżi kkonċernati ma pprovda l-informazzjoni mitluba u ma qabel li jiġi inkluż fil-kampjun.

1.8.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(25)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-applikant. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (14) fil-jum tal-bidu tal-investigazzjoni.

1.9.   Verifika

(26)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa biex tiddetermina l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu, kif ukoll l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

Virgilio CENA & Figli S.p.A., l-Italja

ERNE Fittings GmbH, l-Awstrija

INTERFIT S.A., Franza

1.10.   Proċedura sussegwenti

(27)

Fis-6 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(28)

Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u tqiesu, fejn xieraq.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott taħt rieżami

(29)

Il-prodott taħt rieżami hu l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri fittings tat-tubi jew tal-pajpijiet (għajr fittings tal-fondut, flanġi u fittings bil-kamin) tal-ħadid jew tal-azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli) bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip użat għall-butt-welding jew għal skopijiet oħra, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 93 11 , ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (il-kodiċijiet TARIC 7307 93 11 91, 7307 93 11 93, 7307 93 11 94, 7307 93 11 95, 7307 93 11 99, 7307 93 19 91, 7307 93 19 93, 7307 93 19 94, 7307 93 19 95, 7307 93 19 99, 7307 99 80 92, 7307 99 80 93, 7307 99 80 94, 7307 99 80 95 u 7307 99 80 98) (“TPF” jew “il-prodott taħt rieżami”).

2.2.   Il-prodott ikkonċernat

(30)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Korea, mill-Malażja u mill-Federazzjoni Russa, u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 93 11 , ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (il-kodiċijiet TARIC 7307 93 11 91, 7307 93 11 93, 7307 93 11 94, 7307 93 11 95, 7307 93 11 99, 7307 93 19 91, 7307 93 19 93, 7307 93 19 94, 7307 93 19 95, 7307 93 19 99, 7307 99 80 92, 7307 99 80 93, 7307 99 80 94, 7307 99 80 95 u 7307 99 80 98).

2.3.   Prodott simili

(31)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt rieżami li jiġi prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiżi kkonċernati;

il-prodott taħt rieżami li jiġi prodott u mibjugħ mill-produtturi esportaturi lill-bqija tad-dinja; u

l-prodott taħt rieżami li jiġi prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(32)

Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(33)

Kif imsemmi fil-premessa (19), l-ebda wieħed mill-produtturi fil-Korea, fil-Malażja u fir-Russja ma kkoopera fl-investigazzjoni.

(34)

Il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kollha kkonċernati li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku rigward is-sejbiet fir-rigward tal-Korea, tal-Malażja u tar-Russja. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta mingħand l-awtoritajiet tat-tliet pajjiżi f’dan ir-rigward.

(35)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni disponibbli pubblikament, bħal siti web uffiċjali ta’ kumpaniji, l-informazzjoni fit-talba għal rieżami u l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni ta’ rieżami (jiġifieri l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun). Il-Kummissjoni użat ukoll diversi statistiki dwar l-importazzjoni, inkluża l-istatistika dwar l-importazzjonijiet miġbura fil-Global Trade Atlas (“GTA”) (15), u l-bażi tad-data dwar l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti tal-Amerka (“US”).

3.2.   Ir-Repubblika tal-Korea

(36)

L-ebda produttur Korean ma kkoopera matul l-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Dan inkluda informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba tiegħu għal rieżami, issupplimentata b’data statistika disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, bħall-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-GTA u tal-Istati Uniti.

3.2.1.   Esportazzjonijiet lejn l-Unjoni

(37)

L-esportazzjonijiet mill-Korea lejn l-Unjoni kienu ferm baxxi (madwar 60 tunnellata) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u għalhekk ma tqisux rappreżentattivi. L-analiżi ffukat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping mill-Korea abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

3.2.2.   Il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

(38)

Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jiskadu. Waqt li sar dan, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mill-Korea lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-Korea u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.2.2.1.   Il-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-Korea lejn pajjiżi terzi

(39)

Il-Kummissjoni, biex tivvaluta t-tendenza probabbli tal-esportazzjoni tal-produtturi Koreani tat-TPF fis-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri, analizzat l-esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti. Is-suq tal-Istati Uniti ntgħażel bħala s-suq xieraq ta’ referenza fuq il-bażi li, għall-kuntrarju ta’ destinazzjonijiet Koreani oħra tal-esportazzjoni, jista’ jitqabbel bħala skala mas-suq tal-Unjoni, ikkaratterizzat minn industrija domestika b’saħħitha, volum sostanzjali ta’ importazzjonijiet, u tariffi tal-importazzjoni relattivament baxxi, u b’hekk jikkostitwixxi suq ferm kompetittiv. Barra minn hekk, l-Istati Uniti jirrappreżentaw id-destinazzjoni ewlenija tal-esportazzjoni tal-Korea, li tammonta għal madwar 32 % tal-esportazzjonijiet totali tat-TPF tagħha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (16). Din il-metodoloġija tallinja ruħha mal-approċċ użat fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti għall-Korea, kif imsemmi fil-premessa (1).

(40)

Fin-nuqqas ta’ kull informazzjoni oħra disponibbli u f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie ddeterminat abbażi tad-data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami. Biex jistabbilixxi dan il-valur għat-TPF fil-Korea matul il-PIR, l-applikant qagħad fuq id-data tal-prezzijiet ta’ produttur Korean ewlieni tat-TPF. Il-lista tal-prezzijiet, valida minn Diċembru 2023, ġiet espressa f’KRW abbażi tal-FCA f’Busan u kkonvertita f’Euro bl-użu tar-rata tal-kambju spot medja ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea (17).

(41)

Sabiex tiġi żgurata r-rappreżentattività, l-applikant ikklassifika t-tipi ta’ prodotti f’kategoriji skont id-daqs u applika fatturi ta’ ponderazzjoni abbażi tar-rilevanza tagħhom għas-suq. Fl-aħħar nett, għall-komparabbiltà mal-prezzijiet tal-esportazzjoni, l-applikant iddetermina l-valur normali fil-Korea, espress f’valur skont il-piż.

(42)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġew determinati bl-użu ta’ data disponibbli pubblikament, speċifikament l-istatistika doganali tal-Istati Uniti (18). Ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament għal-livell ta’ kummerċ, peress li l-prezz frank abbord tal-esportazzjoni tqies komparabbli mal-valur normali ddeterminat abbażi tal-FCA.

(43)

L-applikant, biex jesprimi d-differenza fil-prezz bħala perċentwal tal-prezz tal-importazzjoni fil-livell CIF fil-pajjiż terz, kellu jivvaluta l-kostijiet tal-assigurazzjoni u tal-merkanzija internazzjonali mill-Korea għas-swieq ewlenin tal-esportazzjoni tiegħu. Dan sar abbażi tal-bażi tad-data tal-OECD, tal-kostijiet tat-trasport internazzjonali u tal-assigurazzjoni tal-kummerċ tal-merkanzija (ITIC, international transport and insurance costs) (19).

(44)

Il-valur normali mbagħad tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit aktar ’il fuq, f’konformità mal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

(45)

Id-differenza fil-prezz li nstabet, espressa bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Istati Uniti, ammontat għal 21 %.

3.2.2.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva

(46)

Skont il-fatti disponibbli fit-talba għal rieżami, l-industrija Koreana tat-TPF hija ferm żviluppata, b’mill-inqas seba’ manifatturi, inklużi żewġ prodotturi ewlenin — Tae Kwang Bend Co. (TK Bend) u Sung Kwang Bend Co. (SK Bend) — li għandhom kapaċità ta’ produzzjoni kkombinata ta’ aktar minn 260 000 tunnellata. B’mod partikolari, SK Bend irduppjat il-kapaċità tagħha mill-aħħar rieżami ta’ skadenza fl-2019, filwaqt li żewġ produtturi oħra waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom.

(47)

B’mod ġenerali, il-kapaċità tal-produzzjoni totali stmata tal-Korea tat-TPF kibret minn 160 000 tunnellata fl-2019 għal madwar 283 000 tunnellata matul il-PIR. Biex jitqies it-trikkib potenzjali fil-kategoriji tal-prodotti, intużat stima konservattiva ta’ 250 000 tunnellata.

(48)

Skont l-istess sors, il-Korea għandha kapaċità żejda sinifikanti, b’rata baxxa ta’ użu ta’ 23 %. Matul il-PIR, il-konsum domestiku kien stmat li huwa 16 500 tunnellata, filwaqt li l-produzzjoni totali ammontat għal 58 200 tunnellata, primarjament għall-esportazzjoni. Dan irriżulta f’kapaċità żejda sostanzjali ta’ 191 800 tunnellata. Din il-kapaċità żejda hija kważi erba’ darbiet il-konsum totali tal-Unjoni, li kien stmat għal madwar 48 000 tunnellata fil-PIR.

(49)

Barra minn hekk, l-ebda fatt disponibbli ma jindika żieda jew tnaqqis sostanzjali tas-setturi li jużaw it-TPF fil-Korea u, għalhekk, il-konsum tas-suq domestiku Korean tat-TPF huwa meqjus li se jibqa’ pjuttost stabbli għas-snin li ġejjin u ma joffri l-ebda possibbiltà ta’ espansjoni sostanzjali għall-produtturi Koreani tat-TPF. Minbarra l-Istati Uniti, is-swieq tal-esportazzjoni ewlenin l-oħra għall-produtturi Koreani tat-TPF huma l-Lvant Nofsani u x-Xlokk tal-Asja. L-ebda informazzjoni disponibbli matul l-investigazzjoni ma tissuġġerixxi li d-domanda f’xi wieħed minn dawk is-swieq se tiżdied b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, il-kompetizzjoni dejjem akbar miċ-Ċina tista’ tillimita l-potenzjal tat-tkabbir tal-esportazzjonijiet Koreani tat-TPF fir-reġjuni ewlenin, u potenzjalment timbuttahom biex ifittxu opportunitajiet ġodda ta’ esportazzjoni fi swieq bħall-Unjoni Ewropea jekk jitneħħew il-miżuri kummerċjali eżistenti.

3.2.2.3.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(50)

Is-suq tal-Unjoni jibqa’ suq attraenti ħafna għall-produtturi esportaturi Koreani, kemm f’termini ta’ volum, bħala wieħed mill-akbar swieq fid-dinja kollha, kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet. Tabilħaqq, il-prezz medju fis-suq tal-Unjoni kif ivvalutat fil-premessa (122) kien 19 % ogħla mill-prezz medju tat-TPF Koreani esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerka (US) matul il-PIR, kif irrapportat fil-bażi tad-data dwar l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti. Is-suq tal-Unjoni jibqa’ għalhekk suq tal-esportazzjoni attraenti għat-TPF Koreani.

3.2.3.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

(51)

Minħabba l-kapaċità ta’ riżerva sostanzjali tal-Korea, il-livelli tal-prezzijiet baxxi tat-TPF Koreani esportati lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni bħala destinazzjoni potenzjali ewlenija tal-esportazzjoni, huwa ferm probabbli li kwantitajiet sinifikanti ta’ TPF mill-Korea jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri attwali jiskadu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti l-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping jekk il-miżuri jiskadu.

3.3.   Il-Malażja

(52)

L-ebda produttur Malażjan ma kkoopera matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba tiegħu għal rieżami, aġġornata bid-data statistika disponibbli għall-PIR, inkluża d-data tal-esportazzjoni tal-Global Trade Atlas (GTA).

3.3.1.   Esportazzjonijiet lejn l-Unjoni

(53)

Skont il-bażi tad-data Comext, l-importazzjonijiet mill-Malażja lejn l-Unjoni kienu negliġibbli (anqas minn tunnellata) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u għalhekk ma tqisux rappreżentattivi. L-analiżi ffukat fuq ir-rikorrenza ta’ dumping mill-Malażja fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

3.3.2.   Il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

(54)

Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jiskadu. F’dan l-eżerċizzju, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mill-Malażja lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-Malażja u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.3.2.1.   Il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Malażja lejn pajjiżi terzi

(55)

Biex teżamina t-tendenza probabbli tal-produtturi tat-TPF fil-Malażja, il-Kummissjoni eżaminat l-esportazzjonijiet tal-Malażja lejn l-Istati Uniti. Dan l-approċċ huwa identiku għal dak applikat fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti għall-Malażja li ssemma fil-premessa (1). Il-Kummissjoni għażlet lill-Istati Uniti peress li s-suq tal-Istati Uniti hu ta’ daqs simili għal dak tal-Unjoni, b’ħafna produtturi domestiċi, iżda b’sehem kbir ukoll ta’ importazzjonijiet, li jagħmluh suq kompetittiv ħafna. Barra minn hekk, is-suq tal-Istati Uniti hu bil-bosta l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti għall-Malażja. Skont l-istatistiki tal-GTA dwar l-esportazzjonijiet, il-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti kien ta’ madwar 19 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jirrappreżenta 72 % tal-esportazzjonijiet totali tat-TPF mill-Malażja matul dak il-perjodu.

(56)

Fin-nuqqas ta’ kull informazzjoni oħra disponibbli u f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie bbażat fuq id-data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami. L-applikant ma setax isib data dwar il-prezzijiet tat-TPF fil-Malażja, peress li tali informazzjoni mhix disponibbli pubblikament. Minflok, inħadem valur normali abbażi tal-fatturi ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, bl-użu ta’ data Malażjana disponibbli pubblikament dwar il-kostijiet tal-materja prima, l-enerġija, l-utilitajiet, ix-xogħol, u kostijiet oħra tal-manifattura.

(57)

Il-komponenti ewlenin tal-kostijiet inkisbu mill-istatistika tal-gvern Malażjan (20) u minn statistiki globali oħra (21) (22) filwaqt li l-kostijiet indiretti ġew stmati bl-użu tal-parametri referenzjarji tal-industrija tal-Unjoni. L-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi, kif ukoll il-marġnijiet tal-profitt, kienu bbażati fuq rapporti finanzjarji minn produttur ewlieni Malażjan tat-TPF, Pantech Steel Industries.

(58)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ data disponibbli pubblikament, jiġifieri l-GTA. Abbażi tal-metodoloġija żviluppata mill-applikant fit-talba għal rieżami, għal komparabbiltà aħjar, il-Kummissjoni aġġustat l-istatistika abbażi tal-aħħar data disponibbli fil-bażi tad-data tal-OECD dwar il-marġnijiet CIF/FOB.

(59)

Abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-valur normali tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni tat-TPF lejn l-Istati Uniti, f’konformità mal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. B’mod ġenerali, l-esportazzjonijiet Malażjani lejn is-suq tal-Istati Uniti juru differenza sinifikanti fil-prezz ta’ aktar minn 73 %.

3.3.2.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva

(60)

Skont it-talba, ħames manifatturi Malażjani tat-TPF ġew identifikati mill-applikant. Flimkien dawn il-produtturi għandhom kapaċità ta’ produzzjoni stmata kkombinata ta’ 57 000 tunnellata fis-sena. Anggerik Laksana għandha l-ogħla kapaċità b’24 000 tunnellata fis-sena, segwita minn Pantech Steel Industries b’21 000 tunnellata. It-tliet produtturi li jifdal — Arah Dagang, Jaks Steel Industries, u ML Pipe Fittings — kull wieħed huwa stmat b’kapaċità ta’ 4 000 tunnellata fis-sena.

(61)

Il-konsum domestiku tal-Malażja huwa stmat għal 12 000 tunnellata fis-sena, filwaqt li l-esportazzjonijiet matul il-PIR (April-Settembru 2023) kienu madwar 21 800 tunnellata u l-importazzjonijiet kienu 10 400 tunnellata. Dan jissuġġerixxi produzzjoni domestika ta’ madwar 23 400 tunnellata, li tħalli kapaċità żejda ta’ 33 600 tunnellata — aktar minn 70 % tal-konsum stmat tal-UE ta’ madwar 48 000 tunnellata fil-PIR.

(62)

Bħala konklużjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Malażja taqbeż b’mod sinifikanti d-domanda domestika tagħha, b’sehem sostanzjali dirett lejn l-esportazzjonijiet. Dan l-iżbilanċ jissuġġerixxi li t-tneħħija tal-miżuri anti-dumping tista’ tirriżulta f’żieda fil-volumi tal-esportazzjoni lejn l-UE.

3.3.2.3.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(63)

Minn April sa Settembru 2023, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Malażjani lejn l-Istati Uniti u lejn id-destinazzjonijiet kollha nstabu li kienu 62 % u 56 % orħos rispettivament mill-prezzijiet tat-TPF fl-UE. Anki meta jitqiesu l-kostijiet tal-merkanzija, il-prezzijiet Malażjani jibqgħu ferm taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-Unjoni, sabiex is-suq tal-Unjoni jkun attraenti wkoll f’termini ta’ prezzijiet. Minħabba l-kapaċità żejda kbira tal-Malażja u l-provvista żejda globali, ir-revoka tal-miżuri anti-dumping x’aktarx li twassal għal żieda sostanzjali fl-esportazzjonijiet Malażjani lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping.

(64)

Fil-25 ta’ Lulju 2018, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti estendew b’mod provviżorju d-dazju anti-dumping ta’ 182,9 % impost fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings tal-pajpijiet tal-azzar bil-karbonju għall-butt-welding miċ-Ċina fuq l-importazzjonijiet ta’ dan il-prodott mill-Malażja, wara investigazzjoni antiċirkomvenzjoni (23). F’Marzu 2023, il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (USITC, US International Trade Commission) iddeterminat li r-revoka tal-ordnijiet tad-dazju anti-dumping eżistenti fuq fittings tal-pajpijiet tal-azzar inossidabbli għall-butt-welding mill-Malażja x’aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Istati Uniti. B’riżultat ta’ dan, il-produtturi esportaturi Malażjani jkollhom ifittxu swieq alternattivi biex jesportaw it-TPF.

(65)

Dan ta’ hawn fuq, iqiegħed lis-suq tal-Unjoni fil-mira tal-prodotti u tal-kapaċitajiet żejda Malażjani li qabel kienu jinbiegħu lill-Istati Uniti, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.3.3.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

(66)

Fid-dawl tal-kapaċità ta’ riżerva, il-prattiki ta’ pprezzar fl-Istati Uniti u d-dazji anti-dumping estiżi għall-Malażja f’dak is-suq, flimkien mal-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi tat-TPF Malażjani, hu ferm probabbli li l-produtturi tat-TPF Malażjani jesportaw kwantitajiet sinifikanti ta’ TPF bi prezzijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti l-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping jekk il-miżuri jiskadu.

3.4.   Il-Federazzjoni Russa

(67)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Russi, il-Kummissjoni qagħdet fuq il-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba tiegħu għal rieżami.

3.4.1.   Esportazzjonijiet lejn l-Unjoni

(68)

Skont il-bażi tad-data Comext, ma kienx hemm importazzjonijiet mir-Russja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-analiżi tal-Kummissjoni ffukat fuq ir-rikorrenza ta’ dumping.

(69)

Minn tmiem l-2021, l-istatistika doganali uffiċjali ppubblikata mill-awtoritajiet Russi ma kinitx disponibbli, la direttament u lanqas permezz ta’ bażijiet tad-data bħall-Comtrade tan-NU jew bħall-ITC tad-WTO. Għalhekk, biex tivvaluta l-biegħa għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (PIR), il-Kummissjoni qagħdet fuq data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami, li nkisbet minn informazzjoni tas-suq privat disponibbli permezz ta’ Tradedata.pro (24).

3.4.2.   L-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

(70)

Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jiskadu. Waqt li sar dan, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mill-Russja lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.4.2.1.   Il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tar-Russja lejn pajjiżi terzi

(71)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli, il-valur normali ġie bbażat fuq data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(72)

Id-data dwar il-prezzijiet domestiċi fir-Russja ma kinitx disponibbli pubblikament, u b’riżultat ta’ dan, l-applikant irrikorra għall-ħolqien ta’ valur normali bbażat fuq il-kostijiet tal-produzzjoni fir-Russja. Il-metodoloġija kienet tinvolvi l-applikazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni mill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u t-twaħħid tagħhom mad-data dwar il-kostijiet Russi. Il-materja prima, inkluż il-“il-pajp ewlieni” (pajpijiet tal-azzar mingħajr weldjaturi), ġiet ipprezzata bl-użu ta’ statistika dwar l-importazzjonijiet minn informazzjoni tas-suq privat, b’data li tkopri l-perjodu minn Marzu sa Ottubru 2023. Kostijiet oħra, bħall-enerġija u l-utilitajiet, kienu bbażati fuq informazzjoni dwar il-prezzijiet disponibbli pubblikament tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-ilma fir-Russja. Għall-kostijiet lavorattivi, l-applikant uża data minn Trading Economics u mill-OECD. L-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A, Selling, general, and administrative expenses), flimkien mal-marġnijiet tal-profitt, ġew inkorporati fil-valur normali maħdum bl-użu ta’ data finanzjarja minn produttur Russu tat-TPF, BAZ “Blagovesschensky Fittings Plant” JSC.

(73)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ fornitur ta’ informazzjoni tas-suq privat (25). Żewġt iswieq tal-esportazzjoni biss huma sinifikanti għall-produtturi Russi tat-TPF: L-Użbekistan (1 282 t) u l-Armenja (216 t). Dawn il-pajjiżi jirrappreżentaw 85 % u 14 % tal-esportazzjonijiet Russi totali rispettivament.

(74)

Il-valur normali mbagħad tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi, f’konformità mal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

(75)

Id-differenza fil-prezz imbagħad ġiet ikkalkulata bħala perċentwal tal-prezz tal-esportazzjoni Russu għal kull wieħed minn dawn iż-żewġ pajjiżi rispettivament. Fuq dik il-bażi, il-perċentwal tad-differenza fil-prezz ammonta għal 29,6 % għall-Użbekistan u 65,9 % għall-Armenja. Meta jitqiesu d-destinazzjonijiet kollha, il-perċentwal ponderat tad-differenza fil-prezz matul il-PIR ammonta għal 25,1 %.

3.4.2.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva

(76)

Skont il-fatti disponibbli, ġew identifikati 14-il esportatur Russu tal-prodott taħt rieżami, inklużi 13-il produttur esportatur. Il-kapaċità ta’ dawn il-produtturi ġiet stmata kif ġej: JSC Lisky b’26 000 tunnellata, OMK Group Trubodetal bi 30 000 tunnellata, BAZ b’10 000 tunnellata, u 10 produtturi oħra b’2 400 tunnellata kull wieħed, b’total ta’ 90 000 tunnellata. Il-kapaċità tal-produtturi inqas magħrufa hija stmata b’mod konservattiv inqas mill-ammont medju tal-produtturi żgħar tal-Unjoni.

(77)

Sabiex jistima l-kapaċità żejda, l-applikant assuma rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ 40 % fir-Russja, li tirriżulta f’kapaċità ta’ riżerva ta’ 54 000 tunnellata, li taqbeż il-konsum tat-TPF fl-UE li huwa stmat għal 48 000 tunnellata.

3.4.2.3.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(78)

Il-Kummissjoni sabet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-produtturi Russi esportaw il-prodott taħt rieżami lejn swieq terzi bi prezzijiet ta’ madwar 44 % inqas mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, li jissuġġerixxi li l-esportazzjoni lejn l-Unjoni tista’ tkun aktar attraenti għall-esportaturi Russi milli meta jesportaw lejn pajjiżi oħra.

(79)

Barra minn hekk, is-suq tal-Unjoni huwa wieħed mill-akbar swieq globalment u destinazzjoni attraenti tal-esportazzjoni minħabba l-prossimità ġeografika, u d-daqs u l-konsum sostanzjali tiegħu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(80)

Minbarra r-Russja, is-swieq tal-esportazzjonijiet ewlenin għal dawn l-industriji huma l-Każakistan u l-Belarussja. Ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li tissuġġerixxi li d-domanda f’xi wieħed minn dawk is-swieq se tonqos jew tiżdied b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, hemm kapaċità eċċessiva dinjija tat-TPF u s-suq tal-Unjoni hu wieħed mill-akbar swieq fid-dinja, u għalhekk huwa destinazzjoni attraenti għall-esportazzjonijiet.

(81)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li minħabba s-sanzjonijiet eżistenti, din id-devjazzjoni tista’ ma sseħħx. Madankollu, peress li dawn is-sanzjonijiet huma marbuta mal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna u s-sitwazzjoni ġeopolitika sottostanti, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-modulazzjoni u t-tul ta’ żmien tagħhom ma humiex prevedibbli. Barra minn hekk, il-miżuri anti-dumping idumu għal 5 snin. Meta wieħed iqis dawn l-inċertezzi u li l-Kunsill jista’ jemenda l-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien preċiż tas-sanzjonijiet fi kwalunkwe mument, il-Kummissjoni sabet li l-eżistenza tas-sanzjonijiet attwali ma jistax ikollha effett fuq eżerċizzju prospettiv bħar-rieżami tal-miżuri anti-dumping, u mbagħad ma tistax tbiddel il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f’dan il-proċediment.

3.4.3.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

(82)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping abbażi tal-elementi li ġejjin. L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi Russi esportaw it-TPF lejn pajjiżi terzi bi prezzijiet aktar baxxi mill-valur normali. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja kienu sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, b’kapaċità ta’ riżerva li taqbeż il-konsum totali tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ daqs, prossimità ġeografika u prezzijiet tagħmilha probabbli li l-esportazzjonijiet u l-kapaċità ta’ riżerva Russi jiġu ddireġuti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu.

(83)

Il-Kummissjoni qieset li l-impatt tas-sanzjonijiet huwa sitwazzjoni temporanja u jista’ jinbidel fi kwalunkwe ħin. Għalhekk, is-sanzjonijiet ma jistax ikollhom effett fuq il-konklużjonijiet f’dan il-proċediment.

(84)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, abbażi tal-fatti disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq it-TPF mir-Russja x’aktarx li twassal għal rikorrenza ta’ dumping.

(85)

Wara divulgazzjoni, il-Gvern tar-Russja argumenta li s-sanzjonijiet kienu qed ifixklu l-importazzjonijiet mir-Russja milli jerġgħu jibdew għal perjodu ta’ żmien imprevedibbli, fejn l-importazzjonijiet Russi ma jerġgħux jibdew jekk jitneħħew il-miżuri. Hija argumentat ukoll li l-Kummissjoni kkontradixxiet lilha nnifisha billi sostniet li d-devjazzjoni tat-TPF mir-Russja ma tistax isseħħ.

(86)

Il-Gvern tar-Russja argumenta wkoll li s-sors ta’ informazzjoni użat mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-prezz tal-esportazzjoni ma kienx verifikabbli u ma kienx trasparenti peress li kien jiddependi fuq intelligence tas-suq privat permezz ta’ Tradedata.pro. Il-Gvern tar-Russja indika wkoll li l-istatistika tal-Comtrade tan-NU hija disponibbli pubblikament għall-importazzjonijiet mir-Russja kemm lejn l-Armenja kif ukoll lejn l-Użbekistan.

(87)

Il-Gvern tar-Russja nnota wkoll li s-swieq dinjija huma relattivament miftuħa għall-kummerċ fit-TPF.

(88)

Kif spjegat fil-premessa (83), il-Kummissjoni qieset li, peress li l-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien tas-sanzjonijiet ma humiex prevedibbli, l-eżistenza tagħhom ma jistax ikollhom effett fuq eżerċizzju prospettiv bħar-rieżami tal-miżuri anti-dumping, u mbagħad ma jistgħux ibiddlu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f’dan il-proċediment. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-Gvern tar-Russja ma pprovdiex statistika bbażata fuq il-Comtrade tan-NU jew wera li din id-data twassal għal konklużjoni differenti minn dik stabbilita abbażi ta’ Tradedata.pro, li hija sors tad-data disponibbli bi ħlas. L-affermazzjoni relatata mal-ftuħ tas-suq dinji tqieset fiergħa u inkonklużiva, anke fid-dawl tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet.

3.5.   Konklużjoni

(89)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li minħabba l-prattiki tal-ipprezzar tal-esportazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati, il-kapaċitajiet żejda importanti fil-pajjiżi kkonċernati, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi tat-TPF f’dawn il-pajjiżi, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn dawn il-pajjiżi lejn l-Unjoni jiżdiedu b’mod sinifikanti jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li dawn l-importazzjonijiet x’aktarx li jsiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri fuq it-TPF x’aktarx li twassal għal rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tal-Korea, il-Malażja u r-Russja.

4.   DANNU

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(90)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili ġie mmanifatturat minn 22 produttur fl-Unjoni. Dawn jikkostitwixxu “l-industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(91)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal 24 368 tunnellata. Dan l-ammont ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-talba, l-informazzjoni pprovduta mill-applikant u t-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (21), intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni u tal-bejgħ totali tal-prodott simili fl-Unjoni.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(92)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet u l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, kif ippreżentat mill-applikant u kontroverifikat mad-data vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(93)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2020

2021

2022

2023

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Konsum Totali

tal-Unjoni (tunnellati)

47 270

46 150

49 474

48 856

47 892

Indiċi

(2020 = 100)

100

98

105

103

101

Sors:

L-Eurostat, l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(94)

Il-konsum tal-Unjoni baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Peress li t-TPF jintużaw prinċipalment fl-industrija petrokimika, fil-kostruzzjoni, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija u fl-installazzjonijiet industrijali għall-konnessjoni ta’ tubi jew pajpijiet, id-domanda għat-TPF hija ġeneralment marbuta mal-attività fis-settur tal-infrastruttura tal-enerġija. Madankollu, il-pandemija tal-COVID-19, l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u l-kriżi tal-enerġija sussegwenti wasslu għal staġnar fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-għażla ta’ sorsi tal-enerġija sostenibbli. Dan fisser li l-proġetti ppjanati fit-tul u li għadhom għaddejjin dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija fil-biċċa l-kbira ġew sospiżi għalissa. B’riżultat ta’ dan, il-konsum tal-Unjoni baqa’ stabbli f’dawn l-aħħar snin. L-aspettattiva hija li l-konsum se jiżdied, ladarba l-gvernijiet u l-kumpaniji tal-enerġija jkunu ddeċidew dwar it-tip ta’ enerġija sostenibbli li lejha se ssir it-tranżizzjoni mill-fjuwils fossili (eż. enerġija mir-riħ, solari, nukleari jew enerġiji oħra).

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(95)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat u l-informazzjoni sottomessa mill-applikant. Imbagħad, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 1.

(96)

Importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) u sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

2023

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-importazzjoni mill-Korea

80

10

38

62

78

Sehem mis-suq tal-Korea

0,2  %

0,0  %

0,1  %

0,1  %

0,2  %

Volum tal-importazzjonijiet mill-Malażja

2

2

1

9

1

Sehem mis-suq tal-Malażja

0,0  %

0,0  %

0,0  %

0,0  %

0,0  %

Volum tal-importazzjonijiet mir-Russja

122

3

23

-

-

Sehem mis-suq tar-Russja

0,3  %

0,0  %

0,0  %

0,0  %

0,0  %

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

204

15

62

71

79

Sehem fis-suq tal-pajjiżi kkonċernati

0,4  %

0,0  %

0,1  %

0,1  %

0,2  %

Indiċi (2020 = 100)

100

7

29

35

38

Sors:

L-Eurostat u l-applikant.

(97)

L-importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi kkonċernati kienu negliġibbli jew ma jeżistux matul il-perjodu kkonċernat. Għall-Korea u l-Malażja dawn il-livelli huma simili għal dawk li dehru sa mill-impożizzjoni tal-miżuri definittivi oriġinali fl-2002. Fir-rigward tar-Russja, l-importazzjonijiet – li diġà kienu f’livelli baxxi ħafna qabel il-perjodu kkonċernat – naqsu għal żero minn meta ġew stabbiliti s-sanzjonijiet fuq ir-Russja wara l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz

(98)

Fid-dawl tal-volumi baxxi ħafna jew saħansitra tal-volumi ineżistenti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u tal-firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ prodotti (li jinkludu varjetà ta’ parametri bħall-istandards tal-ispeċifikazzjoni, il-grad tal-materjal, il-materja prima bażika, it-tip (f’forma ta’ minkeb, ta’ tee jew reducers), id-dijametru estern u l-ħxuna tal-materjal) tal-prodott taħt rieżami, il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet ma setgħux jiġu analizzati b’mod sinifikanti.

(99)

Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fl-ebda wieħed mill-pajjiżi kkonċernati, u fid-dawl tal-kwantitajiet baxxi ħafna importati fl-Unjoni minn dawn il-pajjiżi, il-Kummissjoni ddeterminat paragun tal-prezzijiet mal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-prodott taħt rieżami tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitlub lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell li joħroġ mill-fabbrika; u

(2)

l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati mibjugħ:

(a)

fil-każ tal-Korea u l-Malażja: lill-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”), kif spjegat fil-premessi (39) u (55) u f’konformità mal-metodoloġija użata fl-investigazzjonijiet preċedenti, bl-esklużjoni tad-dazji anti-dumping għal importazzjonijiet bħal dawn fl-Istati Uniti. Il-prezzijiet ġew stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni, nol (CIF) (26), b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni u d-dazji anti-dumping tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni ġew stmati għal 1 % tal-valur CIF (27).

(b)

Għar-Russja: għall-Użbekistan u l-Armenja, f’konformità ma’ dak li ġie spjegat fil-premessa (73) u stabbilit fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni, nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni u d-dazji anti-dumping tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni ġew stmati għal 1 % tal-valur CIF (28).

(100)

Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wera differenza fil-prezz medju ponderat li tvarja minn 30,4 % sa 40,1 % għall-Malażja u differenza fil-prezz ta’ 31,7 % għar-Russja. Min-naħa l-oħra, il-prezzijiet Koreani kienu minn 18,8 % sa 29,9 % ogħla mill-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni wara l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping.

(101)

Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-Russja argumenta li l-għażla tal-Armenja u tal-Użbekistan kif spjegat fil-premessa (99)(2)(b) ma tagħmilx sens ekonomikament peress li dawn is-swieq huma distinti mis-suq tal-Unjoni f’termini ta’ taħlita ta’ prodotti u parametri oħra. Madankollu, il-gvern tar-Russja ma pprovda l-ebda evidenza ta’ sostenn għall-affermazzjoni tiegħu, u lanqas ma ppropona sors jew metodoloġija aktar xierqa għat-tqabbil tal-prezzijiet fil-premessa (99). Barra minn hekk, l-Armenja u l-Użbekistan flimkien jammontaw għal kważi 100 % tal-esportazzjonijiet Russi tat-TPF, kif spjegat fil-premessa (73), u huma l-uniċi swieq rilevanti li jistgħu jiġu kkunsidrati. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni.

4.3.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiżi kkonċernati

(102)

L-importazzjonijiet tat-TPF minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiżi kkonċernati kienu prinċipalment miċ-Ċina u mill-Kambodja.

(103)

Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-TPF minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2020

2021

2022

2023

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Iċ-Ċina

Volum (f’tunnellati)

5 809

4 623

6 302

8 903

9 774

 

Indiċi (2020 = 100)

100

80

108

153

168

 

Is-sehem mis-suq

12,3  %

10,0  %

12,7  %

18,2  %

20,4  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 768

2 244

2 590

2 026

1 889

 

Indiċi (2020 = 100)

100

127

147

115

107

Il-Kambodja

Volum (f’tunnellati)

2 687

2 294

3 792

4 984

5 156

 

Indiċi (2020 = 100)

100

85

141

185

192

 

Is-sehem mis-suq

5,7  %

5,0  %

7,7  %

10,2  %

10,8  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 569

1 900

2 383

1 923

1 905

 

Indiċi (2020 = 100)

100

121

152

123

121

Pajjiżi terzi oħra ħlief iċ-Ċina u l-Kambodja

Volum (f’tunnellati)

9 795

10 655

13 269

15 029

13 968

 

Indiċi (2020 = 100)

100

109

135

153

143

 

Is-sehem mis-suq

20,7  %

23,1  %

26,8  %

30,8  %

29,2  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 718

3 198

4 070

4 207

4 325

 

Indiċi (2020 = 100)

100

118

150

155

159

Total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiżi kkonċernati

Volum (f’tunnellati)

18 291

17 572

23 363

28 916

28 897

 

Indiċi (2020 = 100)

100

96

128

158

158

 

Is-sehem mis-suq

38,7  %

38,1  %

47,2  %

59,2  %

60,3  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 247

2 778

3 397

3 142

3 069

 

Indiċi (2020 = 100)

100

124

151

140

137

Sors:

L-Eurostat.

(104)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni baqa’ stabbli matul il-perjodu kkonċernat, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, l-aktar importanti fosthom iċ-Ċina u l-Kambodja, żdiedu minn 18 291 tunnellata fl-2020 għal 28 897 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan irriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq ta’ aktar minn 20 punt perċentwali għal 60,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fl-istess ħin, kif jidher fit-Tabella 5 hawn taħt, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi grad simili minn 60,9 % għal 39,5 %.

(105)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina u mill-Kambodja żdiedu b’7 % u 21 % rispettivament matul il-perjodu kkunsidrat, li huwa ferm taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni murija fit-Tabella 7 hawn taħt, kemm f’termini ta’ żieda (il-prezzijiet tal-Unjoni żdiedu b’95 % matul il-perjodu kkunsidrat) kif ukoll f’termini ta’ livelli tal-prezzijiet assoluti (il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina u mill-Kambodja kienu ta’ EUR 1 889 u EUR 1 905 għal kull tunnellata, rispettivament, meta mqabbla mal-prezz medju tal-bejgħ tal-Unjoni ta’ EUR 5 033 għal kull tunnellata).

(106)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi terzi li jifdal żdiedu wkoll matul il-perjodu kkunsidrat, iżda fi grad ogħla (59 %) minn dawk taċ-Ċina u tal-Kambodja. Peress li l-prezz medju tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi l-oħra baqa’ wkoll taħt il-prezz medju tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, dan irriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq għalkemm fi grad inqas (inqas minn żieda ta’ disa’ punti perċentwali fis-sehem mis-suq) mis-sehem mis-suq ikkombinat taċ-Ċina u tal-Kambodja.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(107)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(108)

Kif imsemmi fil-premessa (21), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(109)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, liema data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkalkulat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data mogħtija fit-tweġibiet tal-kwestjonarju mingħand il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u ż-żjarat ta’ verifika fl-uffiċċji tal-kumpaniji.

(110)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping, u l-irkupru minn dumping fil-passat.

(111)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

(112)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat:

Tabella 4

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2020

2021

2022

2023

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

34 033

32 821

34 707

25 675

24 368

Indiċi (2020 = 100)

100

96

102

75

72

Kapaċità ta’ produzzjoni (tunnellati)

142 526

142 526

142 526

142 526

142 526

Indiċi (2020 = 100)

100

100

100

100

100

Użu tal-kapaċità

23  %

22  %

23  %

17  %

16  %

Indiċi (2020 = 100)

100

97

102

76

72

Sors:

l-Applikant, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(113)

Tul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-volum ta’ produzzjoni naqas bi 28 %. B’mod aktar speċifiku, baqa’ pjuttost stabbli mill-2020 sal-2022 u naqas b’mod sinifikanti fl-2023 filwaqt li kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan isegwi x-xejra fid-direzzjoni opposta għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, u speċifikament iċ-Ċina u l-Kambodja, li l-importazzjonijiet tagħhom żdiedu b’mod sinifikanti fl-2023 u aktar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan ikkoinċida wkoll max-xejra fil-kost tal-produzzjoni tal-Unjoni li beda jiżdied fl-2022, żdied b’mod sinifikanti fl-2023 u kompla jiżdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan ġiegħel lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tikseb ċertu livell ta’ profittabbiltà, li jirriżulta fi prezzijiet inqas kompetittivi apparagun tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, livelli ta’ bejgħ aktar baxxi, telf tas-sehem mis-suq u konsegwentement livelli ta’ produzzjoni aktar baxxi.

(114)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet l-istess, u konsegwenza ta’ dan l-użu tal-kapaċità naqas bi 28 % matul l-istess perjodu. L-użu tal-kapaċità kien baxx ħafna matul il-perjodu kkunsidrat (23 % - 16 %). F’konformità ma’ investigazzjonijiet ta’ skadenza (29) preċedenti, dan il-livell baxx huwa parzjalment dovut għall-metodu ta’ kif tiġi kkalkulata l-kapaċità totali għal din l-industrija partikolari, fejn il-kapaċità rrapportata hija l-kapaċità massima teoretika (ibbażata fuq, fost affarijiet oħra, tliet xiftijiet kuljum), li mhux neċessarjament tirrifletti b’mod preċiż il-kapaċità reali. Madankollu, anki jekk il-kapaċità kellha tirrifletti xift kuljum, u b’hekk il-kapaċità totali tiġi diviża bi tlieta, ir-rata tal-użu tal-kapaċità tkun biss ta’ 50 %, li mhuwiex livell sostenibbli fit-tul.

4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(115)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat:

Tabella 5

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (tunnellati)

 

2020

2021

2022

2023

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni

28 776

28 563

26 049

19 869

18 916

Indiċi (2020 = 100)

100

99

91

69

66

Is-sehem mis-suq

60,9  %

61,9  %

52,7  %

40,7  %

39,5  %

Indiċi (2020 = 100)

100

102

86

67

65

Sors:

L-applikant, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat.

(116)

Il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’34 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni baqa’ stabbli. Is-sehem mis-suq tal-Unjoni naqas b’aktar minn 20 punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas fuq bażi annwali, iżda speċjalment bejn l-2022 u l-2023. Kif spjegat fil-premessa (113), dan ikkoinċida maż-żieda kbira fil-kost tal-produzzjoni u ż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ relatati.

4.4.2.3.   Impjiegi u produttività

(117)

Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Impjiegi u produttività

 

2020

2021

2022

2023

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Għadd ta’ impjegati

953

864

860

823

818

Indiċi (2020 = 100)

100

91

90

86

86

Produttività (tunnellata/impjegat)

36

38

40

31

30

Indiċi (2020 = 100)

100

106

113

87

83

Sors:

l-Applikant, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(118)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, peress li l-livelli tal-produzzjoni naqsu saħansitra aktar, il-livell tal-produttività għal kull impjegat naqas bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.2.4.   Tkabbir

(119)

Il-konsum baqa’ pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’34 %, jiġifieri telf tas-sehem mis-suq ta’ 35 %.

4.4.2.5.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat

(120)

Kif spjegat fil-premessi (53), (37) u (68), ma kienx possibbli li tiġi ddeterminata fl-affermattiv l-eżistenza ta’ dumping għal xi wieħed mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-investigazzjoni ffukat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping jekk jitneħħew il-miżuri anti-dumping.

(121)

Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kompliet tiddeterjora matul il-perjodu kkunsidrat ta’ dik l-investigazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza attwali, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bdiet turi sinjali ta’ rkupru mill-effetti ta’ dumping tal-passat kif muri minn xejra favorevoli għal wħud mill-indikaturi ewlenin tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, għal indikaturi oħra, is-sitwazzjoni kompliet tiddeterjora kif se jiġi stabbilit hawn taħt.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(122)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ponderati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2020

2021

2022

2023

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni

2 579

2 984

4 265

5 050

5 033

Indiċi (2020 = 100)

100

116

165

196

195

Kost unitarju tal-produzzjoni

3 265

3 154

3 718

4 409

4 504

Indiċi (2020 = 100)

100

97

114

135

138

Sors:

il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(123)

Il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied b’95 % tul il-perjodu kkunsidrat u laħaq EUR 5 033 għal kull tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-industrija tal-Unjoni għażlet li taġġusta l-prezzijiet tagħha ’l fuq biex tirrifletti ż-żieda sinifikanti fil-kost tal-produzzjoni, xprunata l-aktar miż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-kostijiet lavorattivi matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni qed iżżid gradwalment il-produzzjoni ta’ prodotti primjum u speċjalizzati minflok komoditajiet sabiex tibqa’ kompetittiva fid-dawl tal-importazzjonijiet kontinwi bi prezz baxx minn pajjiżi terzi. Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni għal dawn il-prodotti li mhumiex komoditajiet kellhom it-tendenza li jkunu ogħla bħala medja.

(124)

Il-kost medju tal-produzzjoni żdied ukoll matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm b’livell inqas, jiġifieri bi 38 %, u laħaq EUR 4 504 għal kull tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(125)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2020

2021

2022

2023

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

59 463

65 016

71 578

80 413

83 001

Indiċi (2020 = 100)

100

109

120

135

140

Sors:

il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(126)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied b’40 %, li fl-Unjoni kollha segwa ż-żieda fil-kostijiet lavorattivi tul dwan l-aħħar snin (30).

4.4.3.3.   Inventarji

(127)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Inventarji

 

2020

2021

2022

2023

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

5 817

5 576

7 357

7 493

7 754

Indiċi (2020 = 100)

100

96

126

129

133

Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

32  %

34  %

39  %

56  %

61  %

Indiċi (2020 = 100)

100

105

120

173

191

Sors:

il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(128)

Il-livell tal-istokk tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdied bi 33 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jirrifletti tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ speċjalment tat-tip ta’ komoditajiet TPF matul dan iż-żmien. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-livell ta’ stokks kien jirrappreżenta 61 % tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

4.4.3.4.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(129)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2020

2021

2022

2023

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

-9,8  %

-3,9  %

8,1  %

4,2  %

2,4  %

Indiċi (2020 = 100)

- 100

-39

82

43

25

Likwidità (EUR)

2 395 410

6 978 406

13 624 003

9 814 191

5 909 442

Indiċi (2020 = 100)

100

291

569

410

247

Investimenti (EUR)

2 112 756

2 130 532

822 751

1 627 877

1 712 697

Indiċi (2020 = 100)

100

101

39

77

81

Redditu fuq l-investimenti

-13  %

-7  %

12  %

1  %

-3  %

Indiċi (2020 = -100)

- 100

-59

97

11

-26

Sors:

il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(130)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-fluss internazzjonali tal-merkanzija fl-2020 u fl-2021, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tikseb livell profittabbli għall-ewwel darba f’ħafna snin fl-2022. Madankollu, fl-2023 u fl-2024 l-effetti kkombinati tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja li wasslu għal żieda fil-kost tal-produzzjoni u l-pressjoni tal-importazzjonijiet bi prezz baxx minn pajjiżi terzi, naqqsu l-livelli ta’ profitt għal 2,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(131)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat, u ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni tinvesti fil-manutenzjoni u fis-sostituzzjoni meħtieġa tal-makkinarju.

(132)

Ir-redditu fuq l-investimenti hu l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan varja matul il-perjodu kkonċernat u laħaq -3 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(133)

Minkejja xi titjib, speċjalment fis-snin ta’ wara l-pandemija, li huwa rifless f’sitwazzjoni kemxejn profittabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha prekarja. Il-konsum baqa’ stabbli filwaqt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu kontinwament matul il-perjodu kkonċernat, u dan irriżulta fi tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni, fl-użu tal-kapaċità u fil-livelli tal-bejgħ, li wassal għal tnaqqis fis-sehem mis-suq minn 60,9 % għal 39,5 %.

(134)

Barra minn hekk, kien hemm żieda fil-livelli tal-istokks, tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati u fil-livelli ta’ produttività filwaqt li l-livelli tal-flussi tal-flus, għalkemm pożittivi, ma ppermettewx investimenti għajr dawk meħtieġa biex tinżamm il-produzzjoni fl-Unjoni. L-inċertezza kontinwa dwar il-bidla ppjanata għal sorsi ta’ enerġija sostenibbli żammet sospiżi lill-biċċa l-kbira tal-proġetti tal-enerġija fit-tul, sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet f’dawk l-oqsma. Dan kellu influwenza negattiva fuq l-industrija tal-Unjoni, flimkien ma’ żieda fil-kostijiet u żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tagħha f’livell għoli b’mod konsistenti, u b’hekk ittaffi l-effetti negattivi tas-suq domestiku tal-Unjoni fuq l-industrija tal-Unjoni.

(135)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati baqgħu f’livelli negliġibbli jew ineżistenti matul il-perjodu kkonċernat, filwaqt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (prinċipalment il-Kambodja u ċ-Ċina) żdiedu b’mod sinifikanti f’livelli ta’ prezzijiet konsistentement baxxi.

(136)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Minħabba l-importazzjonijiet prattikament ineżistenti mit-tliet pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni osservat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma setax jiġi kkawżat minn importazzjonijiet mill-Korea, mill-Malażja jew mir-Russja.

(137)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kompliet teżamina l-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea, mill-Malażja jew mir-Russja li kieku l-miżuri jitneħħew.

5.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(138)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (136) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll, fl-istess premessa, li l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni osservata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma setgħetx kienet ikkawżata minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea, mill-Malażja jew mir-Russja minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(139)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiżi kkonċernati, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, kif ukoll miżuri restrittivi għall-kummerċ minn pajjiżi oħra.

5.1.   Il-produzzjoni u l-kapaċità żejda

(140)

Kif stabbilit fil-premessi (60), (48) u (77), il-kapaċità żejda fit-tliet pajjiżi kkonċernati kienet stmata li hi ta’ madwar 279 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li huwa aktar minn ħames darbiet il-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

(141)

Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda element li jista’ jindika xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika tat-TPF fil-Korea, fil-Malażja, fir-Russja jew fi kwalunkwe pajjiż terz ieħor fil-futur qrib. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-domanda domestika fit-tliet pajjiżi kkonċernati jew fi swieq oħra ta’ pajjiżi terzi ma tkunx tista’ tassorbi l-kapaċità ta’ riżerva disponibbli. Meta jitqiesu l-livelli stabbli tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, u l-projezzjonijiet ta’ żieda fid-domanda fil-futur qrib wara deċiżjonijiet dwar proġetti tal-enerġija sostenibbli, din il-kapaċità ta’ riżerva tista’ tintuża biex il-prodott taħt rieżami jiġi prodott għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu (31).

5.2.   Il-livelli possibbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Korea, mill-Malażja u mir-Russja

(142)

Ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fl-ebda wieħed mill-pajjiżi kkonċernat. Barra minn hekk, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda prezz tal-importazzjoni affidabbli fl-Unjoni fid-dawl tal-kwantitajiet tal-importazzjoni negliġibbli jew ineżistenti.

(143)

Il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-prezzijiet mingħajr il-miżuri anti-dumping abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi biex tistabbilixxi kif l-importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi kkonċernati jaffettwaw lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jintemmu. Il-kalkolu wera li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Korea, mill-Malażja u mir-Russja x’aktarx li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’10,0 %, b’56,7 % u b’44,3 % rispettivament.

5.3.   Restrizzjonijiet kummerċjali minn pajjiżi oħra

(144)

Kif indikat fil-premessa (64), il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tat-TPF fl-Istati Uniti kienu ġew estiżi għall-Malażja minn Lulju 2018. Dan jimplika li l-aċċess għal wieħed mill-akbar swieq tal-esportazzjoni tat-TPF (l-Istati Uniti) ġie ristrett. Meta titqies l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u fil-każ tal-esportaturi Russi l-prossimità tas-suq tal-Unjoni f’ċirkostanzi normali, kif deskritt fit-taqsimiet 3.2.2.3, 3.3.2.3, u 3.4.2.3, hemm probabbiltà kbira li dawn il-produtturi esportaturi jerġgħu jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom tat-TPF lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kellhom jiskadu.

(145)

Barra minn hekk, l-inċertezzi ġeopolitiċi attwali u r-restrizzjonijiet kummerċjali reċiproċi mifruxa fis-suq dinji, speċjalment dawk relatati mal-azzar bħal dawk imposti mill-Istati Uniti f’Marzu 2025 (32), x’aktarx li jwasslu biex il-pajjiżi taħt miżuri jerġgħu jidderieġu l-flussi kummerċjali lejn dawk b’miżuri kummerċjali aktar baxxi jew li ma għandhomx miżuri kummerċjali restrittivi fis-seħħ. F’dan iż-żmien l-impatt ta’ dawn l-azzjonijiet ma jistax jiġi mbassar, iżda huwa probabbli li mill-inqas parti minn dawn l-esportazzjonijiet dinjija se jerġgħu jiġu direġuti lejn l-Unjoni.

5.4.   L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(146)

Fid-dawl tal-kapaċitajiet żejda kbar fit-tliet pajjiżi kkonċernati, il-prezzijiet medji baxxi tal-importazzjoni minn dawk il-pajjiżi u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni jkollha pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet mill-Korea, mill-Malażja u mir-Russja jekk il-miżuri jitneħħew. Influss potenzjalment kbir ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jiggrava s-sitwazzjoni ekonomika diġà fraġli tal-Unjoni. Dan jista’ jwassal għal telf finanzjarju u potenzjalment anki għall-waqfien tal-industrija tal-Unjoni, li diġà topera f’livelli baxxi ħafna ta’ produzzjoni u bejgħ, u li rnexxielha tikseb biss livell ta’ profitt pożittiv marġinali f’sitwazzjoni mingħajr dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(147)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea, mill-Malażja u mir-Russja bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(148)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(149)

Kif ġie konkluż fil-premessa (136), l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kif ikkonfermat mix-xejriet negattivi tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu. Ġie konkluż ukoll fil-premessa (147) li jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu, id-dannu jerġa’ jseħħ.

(150)

B’mod ġenerali, minkejja s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-industrija għadha vijabbli. Dan kien ibbażat fuq il-fatt li mhux biss l-industrija rnexxielha terġa’ lura għal sitwazzjoni profittabbli wara snin ta’ telf, iżda wkoll għax il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha b’saħħitha b’mod konsistenti, bil-biegħa għall-esportazzjoni tammonta għal sehem sinifikanti mill-volum totali tal-bejgħ. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni għadha turi livelli baxxi ħafna ta’ użu tal-kapaċità b’livelli ta’ produzzjoni li qed jonqsu u bi produttività li qed tonqos, filwaqt li l-livelli ta’ profitt għadhom baxxi ħafna u għad iridu jilħqu l-livelli ta’ profitt li jistgħu jinkisbu f’ċirkostanzi normali.

(151)

Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, huwa probabbli li l-influss ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-tliet pajjiżi kkonċernati jkollu effett devastanti fuq l-industrija tal-Unjoni, u għal darb’oħra jnaqqas il-livelli ta’ profitt tagħha bir-riskju ta’ aktar tnaqqis fil-produzzjoni jew saħansitra l-għeluq tas-siti ta’ produzzjoni fl-Unjoni. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li t-tkomplija tal-miżuri kontra l-Korea, il-Malażja u r-Russja tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   L-interessi ta’ importaturi, negozjanti u utenti mhux relatati

(152)

Ħamsa u tletin importatur u utent ġew ikkuntattjati fil-bidu tal-investigazzjoni u mistiedna jikkooperaw. Madankollu, l-ebda wieħed minnhom ma kkoopera fl-investigazzjoni attwali jew ippreżenta xi informazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ importatur wieħed li esprima l-appoġġ tiegħu għall-miżuri anti-dumping eżistenti. Tajjeb niftakru wkoll li fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar it-TPF instab li l-impożizzjoni ta’ miżuri x’aktarx li ma kienet se tħalli l-ebda effett negattiv serju fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi u tal-utenti fl-Unjoni.

(153)

L-utenti ma ppreżentaw l-ebda informazzjoni li turi li kien hemm diffikultajiet fl-akkwist tat-TPF, u l-investigazzjoni ma ddeterminatx mod ieħor. Fil-fatt, il-premessi minn (102) sa (106) wrew li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiżi kkonċernati jaqbeż dak tal-industrija tal-Unjoni, li jfisser li l-utenti u l-importaturi qed jiksbu t-TPF tagħhom l-aktar minn dawk il-pajjiżi terzi.

(154)

Intwera fl-investigazzjonijiet preċedenti li l-importaturi u l-utenti setgħu jittrasferixxu ż-żieda fil-prezz ikkawżata mill-miżuri anti-dumping. Ma nstab l-ebda element waqt din l-investigazzjoni li jikkontradixxi din il-konklużjoni. Dan huwa dovut ukoll għall-fatt li t-TPF għandhom il-funzjoni ta’ konnettur tal-pajpijiet u tat-tubi li jintużaw fis-settur petrokimiku u tal-kostruzzjoni. Bħala tali, it-TPF jirrappreżentaw biss parti żgħira mill-kost globali f’dawn is-setturi meta mqabbel mal-impatt ħafna aktar imdaqqas tal-kost tal-pajpijiet u tat-tubi nfushom.

(155)

Abbażi ta’ dan, u f’konformità mal-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet preċedenti, huwa mistenni li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv sinifikattiv fuq l-utenti jew l-importaturi.

6.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(156)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tat-TPF li joriġinaw mill-Korea, il-Malażja u r-Russja tmur kontra l-interess tal-Unjoni.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(157)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping, ir-rikorrenza tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzonijiet tat-TPF li joriġinaw mill-Korea, il-Malażja u r-Russja jenħtieġ li jinżammu.

(158)

Biex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(159)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa għall-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex japplikaw ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping u l-eżenzjonijiet għall-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Fil-fatt, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport fuq l-ilma, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(160)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpanniji li jibbenefikaw minn rati individwali tad-dazju aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(161)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali li jiġu speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u huwa prodott mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(162)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk din sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (33). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, regolament dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(163)

Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom wara din id-divulgazzjoni.

(164)

Esportatur jew produttur li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu użat biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju li huwa applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tiegħu jista’ jitlob lill-Kummissjoni sabiex ikun soġġett għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw u li ma humiex inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din, dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid irid juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) mhuwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u, għalhekk, huwa soġġett għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

(165)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(166)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings tat-tubi u tal-pajpijiet (għajr fittings tal-fondut, flanġi u fittings bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli), bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip użat għall-butt-welding jew għal skopijiet oħra, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 93 11 , ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (il-kodiċijiet TARIC 7307 93 11 91, 7307 93 11 93, 7307 93 11 94, 7307 93 11 95, 7307 93 11 99, 7307 93 19 91, 7307 93 19 93, 7307 93 19 94, 7307 93 19 95, 7307 93 19 99, 7307 99 80 92, 7307 99 80 93, 7307 99 80 94, 7307 99 80 95 u 7307 99 80 98) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea, mill-Malażja u mill-Federazzjoni Russa.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Korea

TK Corporation, 1499-1, Songjeong-Dong, Gangseo-Gu, Busan

32,4  %

C066

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

44,0  %

C999

Il-Malażja

Anggerik Laksana Sdn Bhd, Selangor Darul Ehsan

59,2  %

A324

 

Pantech Steel Industries Sdn Bhd

49,9  %

A961

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

75,0  %

A999

Il-Federazzjoni Russa

Il-kumpaniji kollha

23,8  %

_

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, hawn taħt iffirmat(a), niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata din il-fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Korea, mill-Malażja u mill-Federazzjoni Russa u jagħmilhom soġġetti għar-rata medja ponderata xierqa ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea, mill-Malażja u mill-Federazzjoni Russa matul il-perjodu bejn l-1 ta’ April 2000 sal-31 ta’ Marzu 2001 (“il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali”);

(b)

mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li kkoopera jew seta’ kkoopera fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju; u

(c)

effettivament jew esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Korea, mill-Malażja u mill-Federazzjoni Russa jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 778/2003 tas-6 ta’ Mejju 2003 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 283/2000/KEFA u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 584/96, (KE) Nru 763/2000 u (KE) Nru 1514/2002 li jikkonċernaw il-miżuri ta’ kontra d-dumping li applikaw għal ċerti rollijiet illaminati fis-sħana u għal ċertu armar għal tubaturi u pajpijiet, tal-ħadid jew azzar (ĠU L 114, 8.5.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/778/oj).

(3)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/384/oj.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008 tat-13 ta’ Ottubru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 275, 16.10.2008, p. 18).

(5)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1225/oj.

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1283/2014 tat-2 ta’ Diċembru 2014 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 347, 3.12.2014, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1283/oj).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/306 tat-3 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1283/2014 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/306/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/566 tad-9 ta’ April 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni rigward l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/566/oj).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 78/2013 tas-17 ta’ Jannar 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Russja u mit-Turkija (ĠU L 27, 29.1.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/78/oj).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1934 tas-27 ta’ Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 282, 28.10.2015, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1934/oj).

(11)   ĠU C 246, 13.7.2023, p. 9.

(12)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Federazzjoni tar-Russja, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja (ĠU C/2024/2500, 9.4.2024.)

(13)  Ara pereżempju https://www.steelradar.com/en/russian-pipe-market-faces-uncertainty-amid-challenges/ (aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ Marzu 2025).

(14)   https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2722.

(15)   https://connect.ihsmarkit.com/gta/home/.

(16)  Id-destinazzjonijiet ewlenin l-oħra matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu l-Qatar, l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Indoneżja u t-Turkija, li jirrappreżentaw 23 %, 12 %, 7 %, 3 % u 2 % rispettivament tal-esportazzjonijiet Koreani tat-TPF.

(17)   InforEuro, the exchange rate of the Euro currency.

(18)  Id-data tinġabar u tiġi ppubblikata mill-US Census Bureau, Economic Indicators Division, http://www.census.gov/foreign-trade/guide/index.html.

(19)  OECD (2024), “International transport and insurance costs of merchandise trade - OECD”, International Trade by Commodity Statistics (bażi tad-data), https://doi.org/10.1787/9c638cb6-en (aċċessata fid-19 ta’ Lulju 2024).

(20)   https://www.dosm.gov.my/

(21)   Prezzijiet tal-enerġija tal-Malażja | GlobalPetrolPrices.com.

(22)  

Kummissjoni tal-Enerġija - Prezzijiet u Tariffi tal-Gass

SPAN Water and Sewerage Handbook 2023 ippubblikat mill-Kummissjoni Nazzjonali għas-Servizzi tal-Ilma (SPAN) tal-Malażja-- https://www.scribd.com/document/824193558/SPAN-Water-and-Sewerage-Hand-Book.

(23)   83 FR 35205 - Carbon Steel Butt-Weld Pipe Fittings From the People’s Republic of China: Preliminary Affirmative Determination of Circumvention of the Antidumping Duty Order - Dettalji tal-Kontenut - 2018-15882.

(24)   www.tradedata.pro.

(25)  Tradedata.pro.

(26)  Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, miksuba minn https://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=CIF_FOB_ITIC.

(27)  Ara wkoll il-premessa 128 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/566 tad-9 ta’ April 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni rigward l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 9).

(28)  Ara wkoll il-premessa 128 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/566 tad-9 ta’ April 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni rigward l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 9).

(29)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1934, il-premessi 81 u 82; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95, il-premessa 120.

(30)  Għax-xejriet tal-kost lavorattiv fl-Unjoni, ara:

https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Labour_cost_index_-_recent_trends#Overview.

(31)  Dan huwa speċjalment il-każ għall-Korea u r-Russja, li għalihom il-kapaċità ta’ riżerva taqbeż il-konsum totali tal-Unjoni matul il-PIR, filwaqt li l-kapaċità ta’ riżerva tal-Malażja hija aktar minn 50 % tal-konsum tal-Unjoni.

(32)  Ara:

https://www.whitehouse.gov/presidential-actions/2025/04/regulating-imports-with-a-reciprocal-tariff-to-rectify-trade-practices-that-contribute-to-large-and-persistent-annual-united-states-goods-trade-deficits/.

(33)  Posta elettronika: TRADE-TDI-NAME-CHANGE-REQUESTS@ec.europa.eu; European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Wetstraat 170 Rue de la Loi, 1040 Brussels, Belgium.

(34)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1309/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top