This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1122
Commission Delegated Regulation (EU) 2025/1122 of 5 June 2025 amending Regulation (EU) 2019/2144 of the European Parliament and of the Council to take into account regulatory developments concerning amendments to UN Regulations Nos 25, 34, 79, 100, 117, 127 and 152, and the new UN Regulations Nos 167, 169 and 171 adopted by the World Forum for Harmonization of Vehicle Regulations of the United Nations Economic Commission for Europe
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1122 tal-5 ta’ Ġunju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jitqiesu l-iżviluppi regolatorji li jikkonċernaw l-emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 25, 34 79, 100, 117, 127 u 152, u r-Regolamenti l-ġodda tan-NU Nri 167, 169 u 171 adottati mill-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1122 tal-5 ta’ Ġunju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jitqiesu l-iżviluppi regolatorji li jikkonċernaw l-emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 25, 34 79, 100, 117, 127 u 152, u r-Regolamenti l-ġodda tan-NU Nri 167, 169 u 171 adottati mill-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti
C/2025/3502
ĠU L, 2025/1122, 12.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1122/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1122 |
12.8.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1122
tal-5 ta’ Ġunju 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jitqiesu l-iżviluppi regolatorji li jikkonċernaw l-emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 25, 34 79, 100, 117, 127 u 152, u r-Regolamenti l-ġodda tan-NU Nri 167, 169 u 171 adottati mill-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u (6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 jelenka, fost l-oħrajn, ir-Regolamenti tan-NU Nru 34 (2), Nru 79 (3), Nru 100 (4), Nru 117 (5), Nru 127 (6) u Nru 152 (7). Dawk ir-Regolamenti kollha ġew emendati mill-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“WP.29 tan-NU/KEE”). Għalhekk jixraq li l-lista fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 tiġi aġġornata biex tirrifletti dawk l-emendi. |
|
(2) |
Is-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 152 fihom dispożizzjonijiet għas-sistema avvanzata ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza biex tiġi evitata jew tittaffa s-severità ta’ impatt ma’ persuna bil-mixi u ma’ rota rispettivament. L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 jirreferi għall-verżjoni oriġinali ta’ dak ir-Regolament tan-NU li fih rekwiżiti għal sistema avvanzata ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza biex tiġi evitata jew tittaffa l-kolliżjoni ma’ karozza tal-passiġġieri biss. Għalhekk, sabiex minbarra l-kolliżjonijiet bejn karozza u oħra jiġu koperti l-kolliżjonijiet bejn karozza u persuna bil-mixi u bejn karozza u rota, jixraq li fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 issir referenza għas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 152. |
|
(3) |
Is-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 127 fihom dispożizzjonijiet għaż-żona mkabbra tal-impatt fuq ir-ras biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-persuni bil-mixi tal-vetturi bil-mutur f’każ ta’ kolliżjoni. Peress li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 jirreferi għas-serje ta’ emendi 02 ta’ dak ir-Regolament tan-NU, jeħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 jiġi aġġornat biex jirreferi għas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 127. |
|
(4) |
Id-WP.29 tan-NU/KEE adotta wkoll: (1) ir-Regolament tan-NU Nru 167 (8), (2) ir-Regolament tan-NU Nru 169 (9) u (3) ir-Regolament tan-NU Nru 171 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-Sistemi ta’ Assistenza fil-Kontroll għas-Sewwieq (10). Għalhekk jixraq li fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 jiddaħħlu referenzi għal dawk ir-Regolamenti. |
|
(5) |
Is-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 117 fihom dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-aderenza tagħhom fuq superfiċi mxarrbin meta jkunu ttieklu. Jixraq li jingħata żmien addizzjonali biex il-vetturi li jkunu għadhom jintużaw jibqgħu jitħallew jiġu mgħammra b’tajers ġodda approvati bħala konformi mas-serje ta’ emendi 02 u 03 rispettivament tar-Regolament tan-NU Nru 117 sas-6 ta’ Jannar 2029. |
|
(6) |
Fil-192 sessjoni tad-WP.29 tan-NU/KEE f’Marzu 2024, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha vvutaw favur ir-Regolament il-ġdid tan-NU dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-sistemi ta’ assistenza fil-kontroll għas-sewwieq. Sabiex il-vetturi bil-mutur mgħammra b’dawk is-sistemi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament tan-NU, jeħtieġ li tiġi inkluża r-referenza għar-Regolament tan-NU Nru 171 fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144 li jenħtieġ li tapplika fuq bażi “jekk mgħammra”. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/2144 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) 2019/2144
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2019/2144 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2144/oj.
(2) Ir-Regolament Nru 34 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-prevenzjoni tar-riskji tan-nar [2025/1454] (ĠU L, 2025/1454, 29.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1454/oj).
(3) Ir-Regolament Nru 79 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tal-istering [2025/3] (ĠU L, 2025/3, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/3/oj).
(4) Ir-Regolament Nru 100 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika [2024/1955] (ĠU L, 2024/1955, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1955/oj).
(5) Ir-Regolament tan-NU Nru 117 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss tad-dawrien u/jew tal-aderenza fuq superfiċi mxarrbin u/jew tar-reżistenza għad-dawrien [2025/1453] (ĠU L, 2025/1453, 7.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1453/oj).
(6) Ir-Regolament NU Nru 127 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħhom għall-persuni bil-mixi [2025/460] (ĠU L, 2025/460, 17.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/460/oj).
(7) Ir-Regolament Nru 152 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza (AEBS) għall-vetturi M1 u N1 [2024/2497] (ĠU L 2024/2497, 27.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2497/oj).
(8) Ir-Regolament tan-NU Nru 167 — Dispożizzjonijiet Uniformi Li Jikkonċernaw l-Approvazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur fir-rigward tal-Viżjoni Diretta tagħhom [2024/1065] (ĠU L, 2024/1065, 17.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1065/oj).
(9) Ir-Regolament tan-NU Nru 169 — Dispożizzjonijiet Uniformi li Jikkonċernaw l-Approvazzjoni tar-Reġistraturi tad-Data f’Każ ta’ Avveniment (EDR) għal Vetturi Heavy-Duty [2024/1218] (ĠU L, 2024/1218, 23.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1218/oj).
(10) Ir-Regolament tan-NU Nru 171 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tas-Sistemi ta’ Assistenza fil-Kontroll għas-Sewwieq [2024/2689] (ĠU L, 2024/2689, 4.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2689/oj).
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2019/2144 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(*1) B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 127, l-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa bl-użu tad-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-konfini tad-WAD 2,100 fuq il-wiċċ tal-bonit għandhom jibqgħu jiġu aċċettati sal-1 ta’ Settembru 2029. L-approvazzjoni tat-tip maħruġa li jużaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-tarf fiżiku ta’ wara tal-bonit minflok il-BRRL għandhom jibqgħu jiġu aċċettati sal-1 ta’ Settembru 2031.”
(*2) B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 117, il-vetturi li jkunu għadhom jintużaw jistgħu jibqgħu jiġu mgħammra b’tajers ġodda approvati f’konformità mar-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 02 jew 03 ta’ dak ir-Regolament tan-NU u manifatturati qabel is-7 ta’ Lulju 2026 sas-6 ta’ Jannar 2029.”
(*3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1426 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat (ADS) ta’ vetturi awtomatizzati kompletament (ĠU L 221, 26.8.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1426/oj)”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1122/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)