This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1020
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/1020 of 26 May 2025 entering the geographical indication Pérail (PGI) in the Union register of geographical indications pursuant to Regulation (EU) 2024/1143 of the European Parliament and of the Council
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1020 tas-26 ta’ Mejju 2025 dwar ir-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Pérail (IĠP) fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1020 tas-26 ta’ Mejju 2025 dwar ir-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Pérail (IĠP) fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2025/3199
ĠU L, 2025/1020, 27.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1020/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1020 |
27.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1020
tas-26 ta’ Mejju 2025
dwar ir-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika “Pérail” (IĠP) fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 50(2), il-punt a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-applikazzjoni ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika “Pérail”, li l-Kummissjoni kienet irċeviet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143, li hija applikabbli għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 90(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Indikazzjoni Ġeografika “Pérail” tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra li waslet fit-22 ta’ Diċembru 2023, l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni li l-Fromagerie de la Lémance, li tinsab ZA du Haut Agenais 47500 MONTAYRAL (SIRET Nru 414 029 785 00022), stabbilita barra miż-żona ġeografika ddefinita mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kienet legalment ikkummerċjalizzat il-prodott bid-deskrizzjoni kummerċjali “Pérail”, billi użat dak l-isem b’mod kontinwu għal aktar minn ħames snin, u li dan il-punt kien tqajjem fil-kuntest tal-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni. |
|
(5) |
Billi l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1143, applikabbli għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 90(2) ta’ dak ir-Regolament, huma ssodisfati, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżitorju ta’ ħames snin biex l-impriża kkonċernata tkun tista’ tkompli tuża l-isem “Pérail”, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Indikazzjoni Ġeografika “Pérail” (IĠP) hija rreġistrata fir-reġistru tal-Unjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi msemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2024/1143.
Artikolu 2
Il-Fromagerie de la Lémance hija awtorizzata tkompli tuża l-isem “Pérail” għal perjodu tranżitorju ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1151/oj).
(3) ĠU C, C/2025/634, 29.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/634/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1020/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)