Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R0806

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/806 tal-15 ta’ April 2025 li jistabbilixxi perjodu magħluq għas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

C/2025/2434

ĠU L, 2025/806, 24.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/806/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2025

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/806/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/806

24.4.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/806

tal-15 ta’ April 2025

li jistabbilixxi perjodu magħluq għas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/202 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2025.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-marlin blu li għamlu fl-Oċean Atlantiku l-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2025.

(3)

Għalhekk, meħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2025 għal Spanja fir-rigward tal-istokk tal-marlin blu fl-Oċean Atlantiku msemmija fl-Anness għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1, li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandhom ikunu pprojbiti r-rilokazzjoni jew it-trażbord tal-ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

F’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), meta Stat Membru jeżawrixxi l-kwota tiegħu, dak l-Istat Membru jrid jiżgura li l-marlin blu li jkun mejjet meta jinġieb maġenb il-bastiment, li jinħatt l-art, ma jinbigħx jew ma jidħolx fis-suq.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2025.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

Costas KADIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/202 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 u l-2026 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 (ĠU L, 2025/202, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/202/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2107/oj).


ANNESS

Nru

02/TQ202

Stat Membru

Spanja

Stokk

BUM/ATLANT

Speċi

Marlin blu (Makaira nigricans)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data tal-għeluq

It-8 ta’ Frar 2025


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/806/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top