This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R0184
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/184 of 28 January 2025 amending Implementing Regulations (EU) 2020/761 and (EU) 2020/1988 regarding the creation, modification and management of certain tariff quotas following the Interim Agreement on Trade between the European Union and the Republic of Chile
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/184 tat-28 ta’ Jannar 2025 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-ħolqien, tal-modifika u tal-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji b’segwitu għall-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/184 tat-28 ta’ Jannar 2025 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-ħolqien, tal-modifika u tal-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji b’segwitu għall-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì
C/2025/441
ĠU L, 2025/184, 29.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/184/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/184 |
29.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/184
tat-28 ta’ Jannar 2025
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-ħolqien, tal-modifika u tal-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji b’segwitu għall-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (3) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u jipprevedi regoli speċifiċi għal dik il-ġestjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 (4) jistabbilixxi r-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali (il-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”). |
|
(3) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3016 (5), il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì ġie konkluż fit-18 ta’ Marzu 2024. |
|
(4) |
L-emendi li saru b’dak il-Ftehim Interim jenħtieġ li jiġu riflessi fl-Annessi I, VIII, XI u XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988. |
|
(5) |
Meħtieġa dispożizzjonijiet tranżizzjonali biex jiġu ċċarati l-kwantitajiet li jridu jiġu applikati fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni, biex jiġu ċċarati s-sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu minħabba l-għeluq u l-ftuħ ta’ kwoti tariffarji fl-istess perjodu tal-kwota tariffarja, u fir-rigward tal-provi tal-oriġini maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interim u tal-provi tal-oriġini ġodda maħruġa f’konformità mal-Ftehim Interim. |
|
(6) |
Sabiex jikkonforma mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interim, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2025. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 42, is-sitt paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “F’konformità mal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3016 (*1), hija miftuħa kwota tariffarja għall-importazzjonijiet taċ-ċanga fl-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. (*1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3016 tat-18 ta’ Marzu 2024 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (ĠU L, 2024/3016, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3016/oj).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 67 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 67 Kwoti tariffarji F’konformità mal-konċessjonijiet li saru fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li ġew approvati bid-Deċiżjoni 94/800/KE, huma miftuħa kwoti tariffarji għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. F’konformità mal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4403 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni miċ-Ċilì ta’ prodotti tas-settur tal-bajd hija miftuħa, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għal kull kwota tariffarja, il-volum ta’ prodotti, in-numru tal-ordni, u l-perjodu u s-subperjodi tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni huma speċifikati fl-Anness XI ta’ dan ir-Regolament.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 68 jiżdied il-paragrafu 6 li ġej: “6. Il-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Anness XVI, il-Parti Aa, għandhom jintużaw biex il-piż tal-prodott jiġi kkonvertit f’ekwivalenti ta’ bajd fil-qoxra, għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4403.” |
|
(4) |
l-Annessi I, VIII, XI, u XVI huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988
L-Anness I għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2024 (mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025), il-kwantità li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4181 hija 4 004 167 kg (piż tal-prodott).
Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2024 (mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025), il-kwantità ta’ hawn fuq li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4181 titnaqqas bil-kwantità akkumulata li għaliha nħarġu l-liċenzji bejn l-1 ta’ Lulju 2024 u l-31 ta’ Jannar 2025 skont din il-kwota tariffarja.
2. Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4403 hija l-kwantità pro rata kkalkolata għall-perjodu bejn il-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-tmiem ta’ dak il-perjodu tal-kwota tariffarja.
3. Il-liċenzji maħruġa qabel il-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-kwota tariffarja 09.4181 għandhom jibqgħu validi sa tmiem il-perjodu ta’ validità tagħhom.
4. Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1945 hija l-kwantità pro rata kkalkolata għall-perjodu bejn il-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-tmiem ta’ dak il-perjodu tal-kwota tariffarja.
Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità msemmija hawn fuq li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1945 titnaqqas bil-kwantitajiet akkumulati li ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Jannar 2025 skont il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.1921 u 09.1944.
5. Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità li trid tintuża għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2115, 09.2116, u 09.1922 hija l-kwantità pro rata kkalkolata għall-perjodu bejn il-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-tmiem ta’ dak il-perjodu tal-kwota tariffarja.
Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità msemmija hawn fuq li trid tintuża għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2115, 09.2116 u 09.1922 titnaqqas mill-kwantità akkumulata li ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Jannar 2025 skont dawk il-kwoti tariffarji.
6. Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1946 hija l-kwantità pro rata kkalkolata għall-perjodu bejn il-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-tmiem ta’ dak il-perjodu tal-kwota tariffarja.
Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità msemmija hawn fuq li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1946 titnaqqas bil-kwantità akkumulata li ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Jannar 2025 skont il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1923.
7. Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1947 hija l-kwantità pro rata kkalkolata għall-perjodu bejn il-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-tmiem ta’ dak il-perjodu tal-kwota tariffarja.
Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità msemmija hawn fuq li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1947 titnaqqas bil-kwantità akkumulata li ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Jannar 2025 skont il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1925.
8. Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1955 hija l-kwantità pro rata kkalkolata għall-perjodu bejn il-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-tmiem ta’ dak il-perjodu tal-kwota tariffarja.
Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità msemmija hawn fuq li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1955 titnaqqas bil-kwantità akkumulata li ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Jannar 2025 skont il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1926.
9. Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1957 hija l-kwantità pro rata kkalkolata għall-perjodu bejn il-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-tmiem ta’ dak il-perjodu tal-kwota tariffarja.
Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantità msemmija hawn fuq li trid tintuża għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1957 titnaqqas bil-kwantità akkumulata li ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Jannar 2025 skont il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1927.
10. Għall-perjodu tal-kwota tariffarja 2025, il-kwantitajiet li jridu jintużaw għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.1948, 09.1949, 09.1956, 09.1958, 09.1959, 09.1953 u 09.1954 huma l-kwantitajiet pro rata kkalkolati għall-perjodu bejn il-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-tmiem ta’ dak il-perjodu tal-kwota tariffarja.
11. Huma biss il-provi tal-oriġini maħruġa f’konformità mal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li għandhom ikunu aċċettabbli għall-vjeġġi ta’ prodotti li jkunu fi tranżitu jew li jkunu f’ħażna temporanja f’depost jew f’żoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea fid-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/510/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/761/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 tal-11 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni f’konformità mal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” (ĠU L 422, 14.12.2020, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1988/oj).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3016 tat-18 ta’ Marzu 2024 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (ĠU L, 2024/3016, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3016/oj).
ANNESS I
L-Annessi I, VIII, XI u XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, wara r-ringiela dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4402, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4403:
|
|
(2) |
Fl-Anness VIII, it-tabella relatata mal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4181 hija sostitwita bit-tabella li ġejja:
|
|
(3) |
Fl-Anness XI, it-tabella relatata mal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4403 tiżdied wara n-numru tal-ordni 09.4402:
|
|
(4) |
Fl-Anness XVI, wara l-Parti A tiddaħħal il-Parti Aa li ġejja: “Parti Aa Fatturi ta’ konverżjoni għall-kwota tal-bajd u tal-prodotti tal-bajd miftuħa fil-qafas tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì Il-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin għandhom jintużaw għall-konverżjoni tal-piż tal-prodott f’ekwivalenti ta’ bajd fil-qoxra għall-prodotti koperti min-numru tal-ordni 09.4403.
|
ANNESS II
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fit-taqsima bl-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal”, it-tabella li ġejja, relatata mal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1945, tiżdied wara n-numru tal-ordni 09.0832:
|
|
(b) |
fit-taqsima bl-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż”, it-tabella relatata mal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2115, 09.2116 u 09.1922 hija sostitwita bit-tabella li ġejja:
|
|
(c) |
fit-taqsima bl-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-pollam”, tiżdied it-tabella li ġejja li hija relatata mal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1946:
|
|
(d) |
fit-taqsima bl-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-frott u l-ħxejjex”, it-tabelli li ġejjin, relatati mal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.1947 u 09.1948, jiżdiedu wara n-numru tal-ordni 09.0027:
|
|
(e) |
fit-taqsima bl-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur taċ-ċereali”, jiżdiedu t-tabelli li ġejjin li huma relatati mal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.1949 u 09.1955:
|
|
(f) |
fit-taqsima bl-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur taċ-ċereali u taz-zokkor”, tiżdied it-tabella li ġejja li hija relatata mal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1956:
|
|
(g) |
fit-taqsima bl-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati”, jiżdiedu t-tabelli li ġejjin li huma relatati mal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.1957, 09.1958 u 09.1959:
|
|
(h) |
fit-taqsima bl-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur taċ-ċereali u tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati”, tiżdied it-tabella li ġejja li hija relatata mal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1953:
|
|
(i) |
fit-taqsima bl-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola”, tiżdied it-tabella li ġejja li hija relatata mal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1954:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/184/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)