Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R0147

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/147 tad-29 ta’ Jannar 2025 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni tas-sustanza aromatizzanti 4-Metil-2-fenilpent-2-enal (FL Nru 05.100)

C/2025/524

ĠU L, 2025/147, 30.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/147/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/147/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/147

30.1.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/147

tad-29 ta’ Jannar 2025

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni tas-sustanza aromatizzanti 4-Metil-2-fenilpent-2-enal (FL Nru 05.100)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u ta’ materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi aromatizzanti u introduċieha fl-Anness I, il-Parti A, tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata jressqu applikazzjoni.

(4)

Il-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti u tal-materjali tas-sors stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 fiha, fost l-oħrajn, għadd ta’ sustanzi aromatizzanti li għalihom, fil-mument tal-adozzjoni tal-lista bir-Regolament (UE) Nru 872/2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ma kinitx kapaċi teskludi riskju ta’ sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur abbażi tad-data disponibbli u għalhekk, dehrilha li kienet meħtieġa data addizzjonali biex titlesta l-evalwazzjoni tagħhom. Dawk is-sustanzi kienu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi aromatizzanti iżda bil-kundizzjoni li d-data dwar is-sikurezza li tindirizza t-tħassib imlissen mill-Awtorità tressqet qabel ma skadew l-iskadenzi speċifiċi stabbiliti fl-Anness I, il-Parti A, tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Dawk is-sustanzi ġew identifikati permezz ta’ referenza ta’ nota f’qiegħ il-paġna li tirrikjedi li l-Awtorità tlesti l-evalwazzjoni.

(5)

Fost is-sustanzi inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u materjali sors iżda identifikati permezz ta’ referenza ta’ nota f’qiegħ il-paġna li tirrikjedi li l-Awtorità tlesti l-evalwazzjoni, hemm is-sustanza tal-Evalwazzjoni tal-Grupp ta’ Aromatizzanti 216 (FGE.216) 4-Metil-2-fenilpent-2-enal (FL Nru 05.100). Għal din is-sustanza l-operaturi tan-negozji tal-ikel interessati ressqu d-data xjentifika addizzjonali mitluba mill-Awtorità.

(6)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2022 (4), l-Awtorità evalwat id-data mressqa u kkonkludiet li s-sustanza rappreżentattiva tal-FGE.216 reviżjoni 2 (FGE.216Rev2), 2-Fenilkrotonaldeid (Nru tal-FL 05.062), wasslet għal mod ta’ azzjoni tal-anewġeniċità. Peress li l-istudji tal-mikronukleu in vivo disponibbli ma kinux konklużivi, ma tistax tiġi eskluża anewġeniċità potenzjali in vivo għal kwalunkwe sustanza fi ħdan FGE.216Rev2 u, għalhekk, għas-sustanza 4-Metil-2-fenilpent-2-enal (FL Nru 05.100). Għaldaqstant, l-Awtorità indikat li kienet meħtieġa aktar data biex tiġi konkluża l-valutazzjoni.

(7)

Sakemm titressaq aktar data mill-operaturi tan-negozji tal-ikel interessati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/238 (5) introduċa restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ 4-Metil-2-fenilpent-2-enal (FL Nru 05.100).

(8)

Madankollu, l-operaturi tan-negozji tal-ikel interessati ma ressqux id-data meħtieġa u indikaw li ma hemm l-ebda użu ulterjuri ta’ din is-sustanza aromatizzanti.

(9)

Peress li t-tħassib dwar l-anewġeniċità ma jistax jiġi eskluż, l-4-Metil-2-fenilpent-2-enal (Nru FL 05.100) jenħtieġ li jitneħħa mil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi aromatizzanti.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jiġi emendat.

(11)

Jenħtieġ li l-ikel li miegħu ġie miżjud bil-4-Metil-2-fenilpent-2-enal (FL Nru 05.100) u li introdott fis-suq fl-Unjoni jew li kien fi tranżitu lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jitħalla jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni sad-data tad-durabbiltà minima tiegħu jew sad-data sa meta jrid jintuża. Jenħtieġ li l-miżura tranżizzjonali ma tapplikax għas-sustanza stess u għall-preparati li ġew miżjuda b’din is-sustanza u li mhumiex maħsuba biex jiġu kkunsmati kif inhuma, peress li l-manifatturi tal-prodotti tal-ikel li jużaw dawk il-preparati bħala ingredjenti jkunu jafu minn xiex ikunu komposti meta jużawhom.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-ikel li ġie miżjud bil-4-Metil-2-fenilpent-2-enal (FL Nru 05.100) u li ġie introdott legalment fis-suq qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jkompli jiġi kkummerċjalizzat sad-data tad-durabbiltà minima tiegħu jew sad-data sa meta jrid jintuża.

2.   L-ikel importat fl-Unjoni li ġie miżjud bil-4-Metil-2-fenilpent-2-enal (FL Nru 05.100) jista’ jiġi kkumerċjalizzat sad-data tad-durabbiltà minima tiegħu jew sad-data sa meta għandu jintuża, jekk l-importatur ta’ dan l-ikel ikun jista’ juri li ġie dispaċċat mill-pajjiż terz ikkonċernat u li kien fi tranżitu lejn l-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-4-Metil-2-fenilpent-2-enal (FL Nru 05.100) u għall-preparati li fihom din is-sustanza li mhumiex maħsuba biex jiġu kkunsmati kif inhuma.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-terminu “preparati” jfisser taħlitiet ta’ aromatizzanti jew taħlitiet ta’ aromatizzant wieħed jew iktar ma’ ingredjenti oħra tal-ikel, bħal pereżempju mal-addittivi tal-ikel, mal-enzimi jew mat-trasportaturi, biex jiffaċilitaw il-ħżin, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni jew it-taħlil tagħhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1334/oj.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1331/oj.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/872/oj).

(4)  EFSA Journal 2022;20(8):7420.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/238 tal-15 ta’ Jannar 2024 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti (ĠU L, 2024/238, 16.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/238/oj).


ANNESS

Fl-Anness I, il-Parti A, tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, titħassar l-entrata li ġejja:

“05.100

4-Metil-2-fenilpent-2-enal

26643-91-4

1473

10366

 

Fil-kategorija 1.4 – mhux aktar minn 0,60 mg/kg

Fil-kategorija 1.7 – mhux aktar minn 5,00 mg/kg

Fil-kategorija 1.8 – mhux aktar minn 0,50 mg/kg

Fil-kategorija 2.1, 2.2, 2.3 – mhux aktar minn 5,00 mg/kg

Fil-kategorija 3.0 – mhux aktar minn 0,60 mg/kg

Fil-kategorija 4.2 – mhux aktar minn 0,09 mg/kg

Fil-kategorija 4.2.2 – mhux aktar minn 1,50 mg/kg

Fil-kategorija 4.2.5 – mhux aktar minn 0,20 mg/kg

Fil-kategorija 5.1 – mhux aktar minn 2,00 mg/kg

Fil-kategorija 5.2 – mhux aktar minn 5,00 mg/kg

Fil-kategorija 5.3 – mhux aktar minn 5,00 mg/kg

Fil-kategorija 5.4 – mhux aktar minn 5,00 mg/kg

Fil-kategorija 6.3 – mhux aktar minn 5,00 mg/kg

Fil-kategorija 6.4 – mhux aktar minn 1,50 mg/kg

Fil-kategorija 6.6 – mhux aktar minn 3,00 mg/kg

Fil-kategorija 6.7 – mhux aktar minn 0,20 mg/kg

Fil-kategorija 7.1 – mhux aktar minn 5,00 mg/kg

Fil-kategorija 7.2 – mhux aktar minn 5,00 mg/kg

Fil-kategorija 8.2, 8.3 – mhux aktar minn 1,50 mg/kg

Fil-kategorija 9.2, 9.3 – mhux aktar minn 1,50 mg/kg

Fil-kategorija 10.2 – mhux aktar minn 1,50 mg/kg

Fil-kategorija 11.2 – mhux aktar minn 0,10 mg/kg

Fil-kategorija 12.2 – mhux aktar minn 0,90 mg/kg

Fil-kategorija 12.3 – mhux aktar minn 1,50 mg/kg

Fil-kategorija 12.4 – mhux aktar minn 1,50 mg/kg

Fil-kategorija 12.5 – mhux aktar minn 0,80 mg/kg

Fil-kategorija 12.6 – mhux aktar minn 1,50 mg/kg

Fil-kategorija 12.7 – mhux aktar minn 1,50 mg/kg

Fil-kategorija 12.9 – mhux aktar minn 5,00 mg/kg

Fil-kategorija 13.2, 13.3, 13.4 – mhux aktar minn 5,00 mg/kg

Fil-kategorija 14.2.1 – mhux aktar minn 0,08 mg/kg

Fil-kategorija 14.2.2 – mhux aktar minn 0,08 mg/kg

Fil-kategorija 14.2.5 – mhux aktar minn 0,08 mg/kg

Fil-kategorija 14.2.6 – mhux aktar minn 0,08 mg/kg

Fil-kategorija 15.0 – mhux aktar minn 1,8 mg/kg

Fil-kategorija 16 – mhux aktar minn 4,00 mg/kg

Fil-kategorija 17 – mhux aktar minn 0,60 mg/kg

5

EFSA”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/147/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top