Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R0140

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/140 tad-29 ta’ Jannar 2025 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-inklużjoni ta’ (E)-3-benzo[1,3]dioxol-5-yl-N,N-diphenyl-2-propenamide fil-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti

C/2025/505

ĠU L, 2025/140, 30.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/140/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/140/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/140

30.1.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/140

tad-29 ta’ Jannar 2025

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-inklużjoni ta’ (E)-3-benzo[1,3]dioxol-5-yl-N,N-diphenyl-2-propenamide fil-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u ta’ materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta lista ta’ sustanzi aromatizzanti u daħħal dik il-lista fl-Anness I, il-Parti A tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata jressqu applikazzjoni.

(4)

Fil-15 ta’ Jannar 2019, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ (E)-3-benzo[1,3]dioxol-5-yl-N,N-diphenyl-2-propenamide, (FL Nru 16.135), bħala sustanza aromatizzanti għall-użu f’diversi tipi tal-ikel li jidħlu f’għadd ta’ kategoriji tal-ikel imsemmija fil-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti u tal-materjali tas-sors. L-applikazzjoni ġiet innotifikata lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex tagħti l-opinjoni tagħha. Il-Kummissjoni qiegħdet ukoll l-applikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

Fl-opinjoni tagħha adottata fit-18 ta’ Mejju 2022 (4), l-Awtorità evalwat is-sikurezza tas-sustanza FL Nru 16.135 meta tintuża bħala sustanza aromatizzanti u kkonkludiet li ma hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza fil-livell stmat ta’ esponiment mid-dieta kkalkulat bl-użu tat-teknika ta’ esponiment għall-porzjonijiet miżjuda bbażata fuq l-użi u l-livelli ta’ użu ppjanati. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-esponiment ikkombinat għall-FL Nru 16.135 mill-użu tiegħu bħala sustanza aromatizzanti tal-ikel u mill-preżenza tiegħu fit-toothpaste lanqas ma huwa ta’ tħassib dwar is-sikurezza.

(6)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-Awtorità, billi l-użu tas-sustanza FL Nru 16.135 bħala sustanza aromatizzanti ma jagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-kundizzjonijiet tal-użu speċifikati, u mhuwiex mistenni li l-konsumatur jitqarraq, jixraq li dan l-użu jiġi awtorizzat.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tiġi emendata skont dan biex (E)-3-benzo[1,3]dioxol-5-yl-N,N-diphenyl-2-propenamide tiddaħħal fil-lista ta’ aromatizzanti tal-Unjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I, il-Parti A tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1334/oj.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1331/oj.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/872/oj).

(4)   EFSA Journal 2022;20(7):7355.


ANNESS

Fl-Anness I, il-Parti A, it-Taqsima 2, it-Tabella 1 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata ta’ FL Nru 16.133:

“16.135

(E)-3-benzo[1,3]dioxol-5-yl-N,N-diphenyl-2-propenamide

1309389-73-8

 

 

Fil-kategorija 5 (għajr 5.1, 5.3 u 5.4) – u mhux aktar minn 250 mg/kg

Fil-kategorija 5.3 – mhux aktar minn 500 mg/kg

Fil-kategorija 5.4 – mhux aktar minn 150 mg/kg

 

EFSA”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/140/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top