Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R0044

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/44 tad-9 ta’ Jannar 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

ST/15424/2024/INIT

ĠU L, 2025/44, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/44/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/44/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/44

10.1.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/44

tad-9 ta’ Jannar 2025

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/2063.

(2)

Fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fil-Venezwela u n-nuqqas ta’ progress lejn djalogu mmexxi mill-Venezwela li jwassal għar-restawr tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi kontinwa tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 15-il persuna jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2063.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2063 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2063 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SZŁAPKA


(1)   ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2063/oj.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2063:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“56.

Caryslia Beatriz RODRÍGUEZ RODRÍGUEZ

President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) u President tal-Awla Elettorali tat-TSJ

Data tat-twelid: 16.7.1967

Post tat-twelid: Maracay, Aragua

Nazzjonalità: Venezwelana

Numru ta’ identifikazzjoni (Cédula): 8671555

Sess: mara

President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) u l-President tal-Awla Elettorali tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela minn Jannar 2024. Fil-funzjoni tagħha bħala President tal-Awla Elettorali, Caryslia Beatriz RODRÍGUEZ RODRÍGUEZ hija responsabbli għad-dikjarazzjoni tar-rebħa proklamata ta’ Nicolás Maduro fl-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024 bħala inkontestabbli, għalkemm it-TSJ ma żvelatx id-data dettaljata tal-votazzjoni li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni tagħha u minkejja irregolaritajiet fil-ġestjoni tal-proċess elettorali mill-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE).

Fil-kapaċità tagħha bħala President tal-Awla Elettorali tat-TSJ, hija responsabbli wkoll għall-indħil fl-elezzjonijiet primarji tal-oppożizzjoni, u b’hekk ostakolat it-tħejjija tal-oppożizzjoni għall-elezzjoni presidenzjali ta’ Lulju 2024.

Għalhekk, l-azzjonijiet ta’ Caryslia Beatriz RODRÍGUEZ RODRÍGUEZ dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

10.1.2025

57.

Fanny Beatriz MÁRQUEZ CORDERO

Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) u tal-Awla Elettorali tat-TSJ

Data tat-twelid: 5.2.1969

Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula) 6272864

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: mara

Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) u tal-Awla Elettorali tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela. F’dan ir-rwol, Fanny Beatriz MÁRQUEZ CORDERO kienet involuta fiċ-ċertifikazzjoni min-naħa tat-TSJ tar-rebħa ta’ Nicolás Maduro fl-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024, għalkemm it-TSJ ma żvelatx d-data dettaljata tal-votazzjoni li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni tagħha u minkejja irregolaritajiet fil-ġestjoni tal-proċess elettorali mill-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE).

Għalhekk, l-azzjonijiet ta’ Fanny Beatriz MÁRQUEZ CORDERO dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

10.1.2025

58.

Inocencio Antonio FIGUEROA ARIZALETA

Imħallef fl-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ).

Data tat-twelid: 17.12.1959

Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula): 5016509

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Imħallef fl-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ). F’dan ir-rwol, huwa appoġġa lill-Awla Elettorali tat-TSJ meta din iċċertifikat ir-rebħa ta’ Nicolás Maduro fl-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024, għalkemm it-TSJ ma żvelatx data dettaljata tal-votazzjoni li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni tagħha u minkejja irregolaritajiet fil-ġestjoni tal-proċess elettorali mill-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE).

Għalhekk, l-azzjonijiet ta’ Inocencio Antonio FIGUEROA ARIZALETA dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

10.1.2025

59.

Malaquias GIL RODRÍGUEZ

Imħallef, President tal-Awla Politika-Amministrattiva tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ)

Data tat-twelid: 27.2.1960

Post tat-twelid: Carache, Estado Trujillo, Venezuela

Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula): 5352190

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Imħallef li ilu jservi bħala l-President tal-Awla Politika-Amministrattiva tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) mill-2022. F’din il-pożizzjoni, Malaquías GIL RODRÍGUEZ kien involut fid-deċiżjoni tal-Awla f’Jannar 2024 li tiskwalifika lill-mexxej tal-oppożizzjoni María Corina Machado milli tkun kandidat fl-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024.

Għalhekk, l-azzjonijiet ta’ Malaquías GIL RODRÍGUEZ dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

10.1.2025

60.

Antonio José MENESES RODRÍGUEZ

Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE)

Data tat-twelid: 10.12.1980

Numru ta’ identifikazzjoni (Cédula): V14316687

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) minn Awwissu 2023. F’dan ir-rwol, Antonio José MENESES RODRÍGUEZ dewwem il-proċessi fiċ-ċentri elettorali u pprojbixxa l-aċċettazzjoni ta’ messaġġi mill-oppożizzjoni indirizzati lis-CNE li jiżvelaw irregolaritajiet. Qabel ma ħa l-kariga tiegħu fis-CNE, huwa ffirma dokument tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar li jikkonferma s-sospensjoni tad-drittijiet elettorali tal-mexxej tal-oppożizzjoni María Corina Machado.

Għalhekk, Antonio José MENESES RODRÍGUEZ huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Venezwela.

10.1.2025

61.

Carlos Enrique QUINTERO CUEVAS

Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE)

Data tat-twelid: 16.2.1972

Numru tal-passaport: 10719241

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE). Bħala Viċi President tas-CNE, Carlos Enrique QUINTERO CUEVAS ħa sehem bis-sħiħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CNE li impedixxa proċess elettorali trasparenti u r-rilaxx ta’ riżultati elettorali preċiżi u b’hekk kellu rwol kruċjali fil-ġestjoni tal-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024.

Għalhekk, l-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

10.1.2025

62.

Conrado Ramón PÉREZ BRICEÑO

Rettur Prinċipali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE)

Data tat-twelid: 24.4.1954

Post tat-twelid: Trujillo State, Venezuela

Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula): 4323185

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Rettur Prinċipali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) minn Ottubru 2024. Huwa ngħaqad mas-CNE bħala Rettur supplenti u Membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali tas-CNE f’Awwissu 2023.

Fir-rwoli tiegħu bħala Rettur supplenti u Membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali tas-CNE, Conrado Ramón PÉREZ BRICEÑO pparteċipa fid-deċiżjonijiet tas-CNE fir-rigward tal-ġestjoni tal-proċess elettorali li impedixxiet proċess elettorali trasparenti u r-rilaxx ta’ riżultati elettorali preċiżi u għalhekk kellu rwol kruċjali fil-ġestjoni tal-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024.

Għalhekk, l-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

10.1.2025

63.

Rosalba GIL PACHECO

Rettur Prinċipali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) u President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Ċivili u Elettorali, u Membru tal-Kummissjoni għall-Parteċipazzjoni Politika u l-Finanzjament tas-CNE

Data tat-twelid: 18.3.1965

Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula): 6186648

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: mara

Rettur Prinċipali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) u President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Ċivili u Elettorali, u Membru tal-Kummissjoni għall-Parteċipazzjoni Politika u l-Finanzjament tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) minn Awwissu 2023.

Fir-rwoli tagħha bħala Rettur prinċipali tas-CNE, Rosalba GIL PACHECO pparteċipat fid-deċiżjonijiet tas-CNE fir-rigward tal-ġestjoni tal-proċess elettorali li impedixxiet proċess elettorali trasparenti u r-rilaxx ta’ riżultati elettorali preċiżi u għalhekk kellha rwol kruċjali fil-ġestjoni tal-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024.

Għalhekk, l-azzjonijiet tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

10.1.2025

64.

Luis Ernesto DUEÑEZ REYES

Assistent Prosekutur, Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Venezwela

Data tat-twelid: 20.9.1988

Post tat-twelid: San Cristobal, Venezuela

Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula): 18880942

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Assistent Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Venezwela. F’dan ir-rwol, Luis Ernesto DUEÑEZ REYES kien involut fil-prosekuzzjoni politika ta’ Edmundo González Urrutia, kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni demokratika.

Edmundo González Urrutia huwa s-soġġett ta’ prosekuzzjoni għal diversi ‘delitti’ politiċi, li minħabba fihom ġie sfurzat fl-eżilju.

Għalhekk, l-azzjonijiet ta’ Luis Ernesto DUEÑEZ REYES dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

10.1.2025

65.

Edward Miguel BRICEÑO CISNEROS

Imħallef Speċjali, l-Ewwel Qorti tal-Prim’Istanza tal-Venezwela

Numru ta’ identifikazzjoni (Cédula):

V-17514632

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Imħallef Speċjali tal-Ewwel Qorti tal-Prim’Istanza b’ġuriżdizzjoni fuq kawżi relatati ma’ delitti assoċjati mat-terroriżmu, u l-kompetenza li jisma’ delitti assoċjati mal-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. F’dan ir-rwol, Edward Miguel BRICEÑO CISNEROS ħareġ mandat ta’ arrest fit-2 ta’ Settembru 2024 kontra Edmundo González Urrutia, kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni demokratika.

Edmundo González Urrutia huwa s-soġġett ta’ prosekuzzjoni għal diversi ‘delitti’ politiċi, li minħabba fihom ġie sfurzat fl-eżilju.

Għalhekk, Edward Miguel BRICEÑO CISNEROS huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela u l-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

10.1.2025

66.

Alexis José RODRÍGUEZ CABELLO

Direttur tal-Bolivarian National Intelligence Service (SEBIN)

Data tat-twelid: 1.10.1965

Numru ta’ identifikazzjoni (Cédula):

V-8959785

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Direttur tal-Bolivarian National Intelligence Service (SEBIN). Huwa nħatar minn Nicolás Maduro f’din il-funzjoni fl-14 ta’ Ottubru 2024.

Is-SEBIN kien involut fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, bħal eżekuzzjoni ekstraġudizzjarja, detenzjonijiet arbitrarji u r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela.

Bħala direttur tas-SEBIN, Alexis José RODRÍGUEZ CABELLO huwa responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela.

10.1.2025

67.

Miguel Antonio MUÑOZ PALACIOS

Viċi Direttur tal-Bolivarian National Intelligence Service (SEBIN)

Data tat-twelid: 12.7.1964

Numru tal-passaport: 6186648

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Viċi Direttur tal-Bolivarian National Intelligence Service (SEBIN) mill-2021. L-uffiċjali tas-SEBIN taħt is-superviżjoni tiegħu wettqu atti ta’ detenzjoni arbitrarja, tortura u trattament krudili u inuman, inkluż vjolenza sesswali, fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ‘El Helicoide’, ħabs SEBIN.

Bħala Viċi Direttur tas-SEBIN, Miguel Antonio MUÑOZ PALACIOS huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż detenzjoni arbitrarja, trattament inuman u degradanti, tortura, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela.

10.1.2025

68.

Elio Ramón ESTRADA PAREDES

Kmandant tal-Bolivarian National Guard of Venezuela (GNB)

Data tat-twelid: 2.12.1966

Post tat-twelid: Caracas, Venezuela

Numru ta’ identifikazzjoni (Cédula): 6857541

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Kmandant tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana (GNB) minn Lulju 2023.

Bħala kmandant tal-GNB, Elio Ramón ESTRADA PAREDES kien involut fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż detenzjoni arbitrarja, tortura, u trattament krudili u inuman, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela wara l-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024.

Qabel il-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-GNB f’Lulju 2023, Elio Ramón ESTRADA PAREDES mexxa l-Korp Nazzjonali tal-Pulizija Bolivarjan (PNB) minn Mejju 2019 sa Lulju 2023, u ssorvelja l-operazzjonijiet li rriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk, Elio Ramón ESTRADA PAREDES huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela.

10.1.2025

69.

Asdrúbal José BRITO HERNÁNDEZ

Direttur tal-Criminal Investigations department (DEIPC)

Data tat-twelid: 6.1.1974

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Direttur tad-dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali (DEIPC) tad-Direttorat Ġenerali tal-Counterintelligence Militari (DGCIM) mill-2021.

Id-DEIPC huwa responsabbli għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet u l-kisba ta’ evidenza kontra dissidenti u avversarji, kif ukoll l-iżvilupp ta’ dossiers b’informazzjoni dwar miri potenzjali. Huwa jwettaq ukoll arresti kontra tali miri u jmexxi interrogazzjonijiet ta’ detenuti f’Boleíta, il-kwartieri ġenerali tad-DGCIM u l-post magħruf għal għadd partikolarment għoli ta’ ksur u delitti tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment it-tortura.

Bħala Direttur tad-DEIPC, Asdrúbal José BRITO HERNÁNDEZ huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u trattament ħażin tad-detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM imwettqa minn membri tad-DEIPC taħt il-kmand tiegħu, b’mod partikolari fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni Boleíta.

10.1.2025

70.

Domingo Antonio HERNÁNDEZ LÁREZ

Kmandant Operazzjonali Strateġiku tan-National Bolivarian Armed Forces of Venezuela (FANB)

Data tat-twelid: 9.3.1964

Numru tal-passaport: 6133376

Nazzjonalità: Venezwelana

Sess: raġel

Kmandant Operazzjonali Strateġiku tan-National Bolivarian Armed Forces of Venezuela (FANB) mill-2021. L-FANB kien implikat fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul ir-repressjonijiet tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024.

Fir-rwol tiegħu bħala Kmandant Operazzjonali Strateġiku tal-FANB, Domingo Antonio HERNÁNDEZ LÁREZ huwa responsabbli għall-integrazzjoni, l-ippjanar, l-ipprogrammar, id-direzzjoni, l-eżekuzzjoni, is-superviżjoni, il-kmand u l-kontroll operazzjonali strateġiku tal-operazzjonijiet ta’ sigurtà. Permezz tal-linja ta’ kmand diretta tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq minn membri tal-FANB, inkluż qtil, arresti arbitrarji u repressjoni tal-oppożizzjoni.

10.1.2025”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/44/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top