This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025L0050
Council Directive (EU) 2025/50 of 10 December 2024 on faster and safer relief of excess withholding taxes
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/50 tal-10 ta’ Diċembru 2024 dwar ħelsien aktar rapidu u aktar sikur mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/50 tal-10 ta’ Diċembru 2024 dwar ħelsien aktar rapidu u aktar sikur mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi
ST/10058/2024/INIT
ĠU L, 2025/50, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/50/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/50 |
10.1.2025 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2025/50
tal-10 ta’ Diċembru 2024
dwar ħelsien aktar rapidu u aktar sikur mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
L-iżgurar ta’ tassazzjoni ġusta fis-suq intern u l-funzjonament tajjeb tal-unjoni tas-swieq kapitali (CMU - capital markets union) huma fost il-prijoritajiet politiċi ewlenin għall-Unjoni. F’dak il-kuntest, huwa kritiku li waqt li jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa u l-abbuż tat-taxxa jitneħħew l-ostakli għall-investiment transfruntier. Dawn l-ostakli jeżistu, pereżempju, f’każijiet fejn jeżistu proċeduri ineffiċjenti u ta’ piż sproporzjonat sabiex jinħelsu t-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi fuq l-introjtu minn dividendi jew imgħax imħallas fuq ishma jew bonds innegozjati pubblikament lil investituri mhux residenti. Barra minn hekk, f’xi każijiet, is-sitwazzjoni attwali rriżultat inadegwata biex tipprevjeni riskji rikorrenti ta’ frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa u evitar tat-taxxa, kif muri minn bosta każijiet ta’ skemi ta’ talbiet għall-irkupru multiplu tal-istess taxxa u frodi li jinvolvu l-użu ta’ arbitraġġ tad-dividendi jew tneħħija (“strippaġġ”) tad-dividendi (Cum/Ex u Cum/Cum). Din id-Direttiva għalhekk għandha l-għan li tagħmel il-proċeduri tat-taxxa f’ras il-għajn aktar effiċjenti, filwaqt li ssaħħaħhom kontra r-riskju ta’ frodi u abbuż tat-taxxa. |
|
(2) |
Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jipprevjenu u jiġġieldu l-frodi tat-taxxa u l-abbuż tat-taxxa, li bħalissa hija mfixkla minn nuqqas ġenerali ta’ informazzjoni affidabbli u f’waqtha dwar l-investituri, jeħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà ta’ qafas komuni għall-ħelsien mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi fuq investimenti transfruntieri f’titoli reżiljenti għar-riskju ta’ frodi tat-taxxa u ta’ abbuż tat-taxxa. Dak il-qafas iwassal għal konverġenza fost id-diversi proċeduri tal-ħelsien applikati fl-Istati Membri filwaqt li jiżgura t-trasparenza u ċ-ċertezza fir-rigward tal-identità tal-investituri għall-emittenti tat-titoli, għall-aġenti tat-taxxa f’ras il-għajn, għall-intermedjarji finanzjarji u għall-Istati Membri, skont il-każ. F’dak is-sens, jenħtieġ li l-qafas iserraħ fuq proċeduri awtomatizzati, bħad-diġitalizzazzjoni taċ-ċertifikat ta’ residenza tat-taxxa f’termini kemm ta’ proċedura kif ukoll ta’ forma. Jenħtieġ li l-qafas ikun ukoll flessibbli biżżejjed biex iqis kif xieraq id-diversi sistemi applikabbli fi Stati Membri differenti filwaqt li jipprovdi għodod adatti kontra l-abbuż sabiex jittaffa r-riskju ta’ frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa u evitar tat-taxxa. F’dak ir-rigward, jeħtieġ li jiġu meqjusa approċċi differenti tal-awtoritajiet tat-taxxa, skont is-sistema tal-ħelsien fis-seħħ. Taħt is-sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn, l-awtoritajiet tat-taxxa jistgħu jiksbu biss informazzjoni rilevanti dwar l-investituri u l-katina tal-pagamenti wara li jiġi applikat il-ħelsien. B’kuntrast, meta tiġi applikata sistema ta’ rifużjoni, huwa kruċjali li l-awtoritajiet tat-taxxa jiksbu informazzjoni adegwata qabel ma jiġi applikat il-ħelsien sabiex jivvalutaw jekk il-ħelsien għandux jingħata. Fiż-żewġ sistemi tal-ħelsien hemm stabbiliti regoli dwar ir-responsabbiltà tal-intermedjarju finanzjarju f’każ ta’ ħelsien mhux dovut. Din id-Direttiva ma tirrestrinġix il-kapaċità tal-Istati Membri li jirregolaw il-mezzi li bihom l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati jirkupraw kwalunkwe nefqa li jġarrbu biex jadattaw għall-obbligi li tistabbilixxi d-Direttiva jew biex jikkonformaw magħha. |
|
(3) |
Meta jitqiesu dawk id-differenzi kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar ir-reġistri nazzjonali ta’ intermedjarji finanzjarji ċċertifikati u l-obbligi li tiġi rrapportata l-informazzjoni ma jkunux vinkolanti għal dawk l-Istati Membri li għandhom fis-seħħ sistema komprensiva tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn u proporzjon ta’ kapitalizzazzjoni tas-suq taħt ċertu livell limitu, kif definit f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-objettiv li jiġu promossi sistemi effiċjenti u robusti għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva fis-suq intern kollu jitqies li ntlaħaq fejn l-Istati Membri li jkomplu japplikaw is-sistema nazzjonali tagħhom tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn jissodisfaw dawk iż-żewġ kriterji kif stipulatf’din id-Direttiva. L-ewwel nett, il-kriterju tal-kapitalizzazzjoni tas-suq jikkorrelata mad-daqs tal-ekonomija u l-iskala possibbli ta’ pagamenti ta’ dividendi. Kapitalizzazzjoni baxxa tas-suq timplika volumi baxxi ta’ distribuzzjonijiet tad-dividendi u għalhekk riskju aktar baxx ta’ abbuż tat-taxxa. Meta Stat Membru jilħaq jew jaqbeż il-livell limitu tal-proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq għal ċertu perjodu ta’ żmien, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli komuni ta’ din id-Direttiva u jenħtieġ li dawn jibqgħu applikabbli irrispettivament minn jekk fi kwalunkwe ħin aktar tard il-proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq tiegħu jaqax jew le taħt dak il-livell limitu. It-tieni, jenħtieġ li s-sistemi komprensivi tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn li jippermettu l-applikazzjoni tar-rata tat-taxxa xierqa fil-mument tal-pagament b’mod sempliċi u effiċjenti jitqiesu li huma ekwivalenti għas-sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn stipulata f’din id-Direttiva. Dawk iż-żewġ kriterji flimkien jistgħu jiżguraw li l-investituri fis-suq intern kollu jkollhom aċċess effettiv għal proċeduri effiċjenti tal-ħelsien mit-taxxa f’ras l-għajn fl-Istati Membri kollha. Għall-Istati Membri li għandhom suq tal-istokks relattivament żgħir u sistema nazzjonali ta’ ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn hija effiċjenti biżżejjed, rekwiżit biex jinbiddlu dawk is-sistemi ma jitqiesx li huwa proporzjonat. Barra minn hekk, peress li r-regoli komuni ta’ din id-Direttiva jkopru kważi s-suq intern kollu, jinkiseb livell ta’ konverġenza xieraq. |
|
(4) |
Din id-Direttiva tarmonizza l-aċċess għal sistemi tal-ħelsien għall-investituri fl-Istati Membri kollha billi tipprevedi sistema komuni tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn u sistema komuni ta’ rifużjoni rapida, filwaqt li tħalli lill-Istati Membri l-possibbiltà li jżommu s-sistemi nazzjonali tagħhom tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn, taħt ċerti kundizzjonijiet u b’kunsiderazzjoni għad-differenzi fl-iżvilupp tal-ekonomiji tal-Istati Membri, u filwaqt li tiżgura l-aċċess għas-sistemi tal-ħelsien fl-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, skont il-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju, l-Istati Membri kkonċernati li jqisu li jkun xieraq li, pereżempju, jsaħħu l-istrumenti tagħhom għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-abbuż tat-taxxa, jistgħu japplikaw l-għodod previsti f’din id-Direttiva. |
|
(5) |
Sabiex titqies bħala komprensiva, jenħtieġ li sistema nazzjonali tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn ikun fiha għadd ta’ karatteristiċi ewlenin speċifiċi kif stipulat f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li tipprovdi aċċess wiesa’ lill-persuni fiżiċi jew lill-entitajiet li jkunu intitolati għal tali ħelsien u tipprovdi ħelsien jekk il-kontribwent ikun intitolat għaliha, ħlief fil-każ ta’ nuqqas ta’ rapportar tal-informazzjoni li hija meħtieġa mill-Istat Membru. Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-informazzjoni meħtieġa ma tmurx lil hinn mid-data msemmija fl-Artikoli 12, 13 jew 15. Jenħtieġ li s-sistema nazzjonali ta’ ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn tipprovdi aċċess kemm għall-investimenti diretti kif ukoll għal dawk indiretti u jenħtieġ li ma jkollhiex ostakli addizzjonali għad-dħul għajr dawk previsti fl-Artikolu 11(2). Għalhekk, jenħtieġ li s-sistema nazzjonali ta’ ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn ma tagħtix biss il-possibbiltà legali tal-ħelsien, iżda jenħtieġ li l-ħelsien jingħata wkoll de facto, meta l-kontribwent ikun intitolat għalih. Jenħtieġ li s-sistema nazzjonali ta’ ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn ma timponix obbligu addizzjonali bħal pereżempju sistema parallela ta’ rapportar. Jenħtieġ li l-Istat Membru jistabbilixxi regoli dwar ir-responsabbiltà għat-telf fid-dħul mit-taxxa f’ras il-għajn u penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar dik is-sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn. Fir-rigward tal-kundizzjoni tal-proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq, jenħtieġ li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tipprovdi d-data meħtieġa skont l-istandards tekniċi regolatorji. Meta Stat Membru ma jissodisfax jew ma jibqax jissodisfa mill-inqas waħda miż-żewġ kundizzjonijiet dwar is-sistema komprensiva tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn u l-livell limitu tal-proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq, jenħtieġ li jittrasponi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali d-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ proporzjonat, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri proċeduri tal-ħelsien mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi biss f’dawk l-Istati Membri li jimponu taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi fi flus kontanti jew fi stokks b’rati differenti skont ir-residenza tat-taxxa tal-investitur speċifiku. F’każijiet tali, hemm bżonn li l-Istati Membri jipprovdu ħelsien fejn tkun ġiet applikata rata ogħla ta’ taxxa f’sitwazzjoni li għaliha tkun applikabbli rata aktar baxxa. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ukoll l-opportunità li jimplimentaw proċeduri simili fir-rigward tal-pagamenti ta’ mgħax lil persuni mhux residenti fuq bonds innegozjati pubblikament, biex itejbu l-effiċjenza tal-proċedura tal-ħelsien rilevanti u biex jiżguraw livell ogħla ta’ konformità tal-kontribwenti. L-Istati Membri li ma għandhomx bżonn proċeduri tal-ħelsien fir-rigward ta’ taxxi f’ras il-għajn eċċessivi fuq id-dividendi u l-imgħax, skont il-każ, ma humiex ikkonċernati mill-proċeduri msemmija f’din id-Direttiva. Meta jkun meħtieġ ħelsien mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi u biex jiġi żgurat aċċess komuni għall-ħelsien mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi, jenħtieġ li din id-Direttiva tipprevedi sistema komuni tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn u sistema ta’ rifużjoni rapida li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri. |
|
(7) |
Minħabba li l-investituri jistgħu jkunu jinsabu fi kwalunkwe Stat Membru, jenħtieġ li r-regoli għal ċertifikat diġitali ta’ residenza tat-taxxa (eTRC) komuni japplikaw fl-Istati Membri kollha. Sabiex jiġi żgurat li l-kontribwenti kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għal prova komuni, xierqa u effettiva tar-residenza tat-taxxa tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw proċeduri awtomatizzati għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ residenza tat-taxxa għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn, sistema komprensiva tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn, sistema ta’ rifużjoni rapida jew sistema ta’ rifużjoni standard sabiex jiksbu ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva fuq dividendi mħallsa għal ishma nnegozjati pubblikament jew fuq imgħax imħallas għal bonds innegozjati pubblikament, jekk applikabbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-eTRCs jinħarġu fl-istess forma diġitali rikonoxxibbli u aċċettabbli u bl-istess kontenut. |
|
(8) |
Sabiex ikun hemm effiċjenza akbar, jenħtieġ li l-eTRC ikopri perjodu massimu tas-sena kalendarja jew tas-sena fiskali, bħal sena fiskali straddle jew sena fiskali itwal minn sena kalendarja waħda, li jinħareġ għaliha u jenħtieġ li jibqa’ validu għaċ-ċertifikazzjoni tar-residenza għall-perjodu kopert. Jenħtieġ li l-Istati Membri emittenti jkunu jistgħu jinvalidaw kompletament jew parzjalment eTRC jekk l-awtoritajiet tat-taxxa jkollhom provi li l-kontribwent mhux resident tal-Istat Membru emittenti għall-perjodu kopert kollu jew għal parti minnu. Sabiex l-entitajiet tal-Unjoni ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod effiċjenti, jenħtieġ li l-eTRC jinkludi n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa jew, fin-nuqqas tiegħu, jiġifieri meta l-Istat Membru kkonċernat ma joħroġx tali numri għall-kontribwenti tiegħu, ekwivalenti funzjonali għal finijiet ta’ taxxa. Barra minn hekk, meta l-awtorità emittenti tal-eTRC ikollha din id-data, jenħtieġ li l-eTRC jinkludi l-identifikatur uniku Ewropew (EUID) jew l-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) jew kwalunkwe numru ta’ reġistrazzjoni ta’ entità ġuridika li jkun validu għall-perjodu kopert kollu. Barra minn hekk, fil-każ li ma jkun jeżisti l-ebda numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa għal persuna fiżika, minħabba li l-Istat Membru ta’ residenza ma joħroġx tali numri għall-kontribwenti tiegħu, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll l-użu ta’ ekwivalenti funzjonali għal finijiet ta’ taxxa. Jenħtieġ li l-identifikaturi użati jkunu validi għall-perjodu kopert kollu. |
|
(9) |
L-eTRC għandu jkun fih referenza għat-trattat kontra t-taxxa doppja, li fir-rigward tiegħu kontribwent jitlob li jitqies bħala resident għal finijiet ta’ taxxa, fejn applikabbli. Sabiex l-eTRC jiġi rikonoxxut mill-Istat Membru tas-sors bħala prova valida ta’ residenza tat-taxxa,, meta l-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva jintalab skont id-dispożizzjonijiet ta’ trattat kontra t-taxxa doppja, huwa essenzjali li l-eTRC jinkludi referenza għat-trattat kontra t-taxxa doppja applikabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtorità emittenti li tirreferi għal aktar minn trattat kontra t-taxxa doppja applikabbli wieħed fuq eTRC partikolari. Filwaqt li primarjament huwa maħsub għall-implimentazzjoni tal-proċeduri tat-taxxa f’ras il-għajn, l-eTRC jista’ jkollu wkoll kamp ta’ applikazzjoni usa’ u jservi bħala prova ta’ residenza għal finijiet ta’ taxxa lil hinn mill-proċeduri tat-taxxa f’ras il-għajn. Għall-finijiet tal-proċeduri tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn, jenħtieġ li l-eTRC ma jinkludi l-ebda informazzjoni addizzjonali. L-eTRC huwa maħsub li jinħareġ biss darba matul is-sena kalendarja jew darba matul is-sena fiskali, anki meta l-istess kontribwent jinvesti f’bosta okkażjonijiet fl-istess Stati Membri tas-sors, sakemm ir-residenza tal-kontribwent għal finijiet ta’ taxxa tibqa’ l-istess. |
|
(10) |
Sabiex jiġi ssodisfat l-objettiv ta’ ħelsien aktar effiċjenti mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva, jenħtieġ li jiġu implimentati proċeduri komuni fl-Unjoni kollha, li jippermettu li tinkiseb malajr informazzjoni ċara u sigura dwar l-identità tal-investitur, speċjalment fil-każ li jkun hemm bażijiet kbar tal-investituri, jiġifieri, fir-rigward tal-investiment f’titoli nnegozjati pubblikament, fejn l-identifikazzjoni ta’ investituri individwali tkun diffiċli. Jenħtieġ li tali proċeduri jippermettu wkoll l-applikazzjoni tar-rata tat-taxxa xierqa fil-ħin tal-pagament (ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn) jew għar- rifużjoni rapida ta’ kwalunkwe ammont eċċessiv ta’ taxxa mħallas. Minħabba li l-investimenti transfruntieri normalment jinvolvu katina tal-pagamenti ta’ intermedjarji finanzjarji, jenħtieġ li l-proċeduri rilevanti jippermettu wkoll it-traċċar u l-identifikazzjoni tal-katina ta’ intermedjarji u, konsegwentement, tal-fluss tal-introjtu mill-emittent tat-titolu lis-sid irreġistrat u l-informazzjoni dwar l-investitur sottostanti. L-aktar tipi komuni ta’ arranġamenti ta’ investiment normalment jinvolvu bank depożitarju jew entità ta’ investiment oħra, bħal sensar, li jkollha t-titoli fuq isimha f’isem l-investitur sottostanti. F’arranġamenti tali, huwa l-investitur sottostanti li jitqies bħala s-sid irreġistrat tat-titoli. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri li japplikaw taxxa f’ras il-għajn fuq l-introjtu minn titoli u li jipprovdu ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva u li ma għandhomx fis-seħħ sistema komprensiva tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn, jew li għandhom proporzjon ta’ kapitalizzazzjoni tas-suq daqs jew ogħla mil-livell limitu stipulat f’din id-Direttiva, jistabbilixxu u jiġġestixxu reġistru nazzjonali ta’ dawk l-intermedjarji finanzjarji li għandhom rwol sinifikanti fil-katina tal-pagamenti. Ladarba jiġu rreġistrati, jenħtieġ li tali intermedjarji finanzjarji jkunu meħtieġa jirrapportaw l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom dwar il-pagamenti ta’ dividendi jew imgħax, jekk applikabbli, li jittrattaw. Jenħtieġ li l-informazzjoni meħtieġa tkun limitata għal informazzjoni li hija kruċjali għar-rikostruzzjoni tal-katina tal-pagamenti u għalhekk utli għall-prevenzjoni tar-riskju ta’ frodi tat-taxxa jew ta’ abbuż tat-taxxa, sa fejn tali informazzjoni tkun disponibbli għall-intermedjarju tar-rapportar. L-Istati Membri li japplikaw taxxa f’ras il-għajn fuq l-imgħax b’rati li jvarjaw u li għandhom bżonn ikunu involuti fi proċeduri simili tal-ħelsien mit-taxxa, jew li jkollhom fis-seħħ sistema komprensiva tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn għall-pagamenti ta’ dividendi u li jkollhom proporzjon ta’ kapitalizzazzjoni tas-suq taħt il-livell limitu stipulat f’din id-Direttiva, jistgħu jikkunsidraw ukoll li jużaw ir-reġistru nazzjonali stabbilit, skont il-każ. |
|
(11) |
Peress li l-intermedjarji finanzjarji li huma l-aktar ta’ spiss involuti fil-ktajjen tal-pagament tat-titoli huma istituzzjonijiet kbar kif definit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kif ukoll depożitorji ċentrali tat-titoli li jipprovdu servizzi ta’ aġenti tat-taxxa f’ras il-għajn, jenħtieġ li dawk l-entitajiet ikunu obbligati jitolbu li jiġu rreġistrati fir-reġistri nazzjonali tal-Istati Membri. Meta tali entitajiet joperaw permezz ta’ fergħa jew fergħat jew permezz ta’ sussidjarja waħda jew aktar fi kwalunkwe Stat Membru, jenħtieġ li jitħallew jissodisfaw l-obbligu ta’ reġistrazzjoni f’kull Stat Membru tas-sors jew bħala intermedjarju finanzjarju ċċertifikat wieħed fil-livell tal-grupp jew fil-livell ta’ fergħa jew sussidjarja individwali jew taħlita tagħhom. Jenħtieġ li intermedjarji finanzjarji oħra jitħallew ukoll jitolbu li jiġu rreġistrati fir-reġistri nazzjonali tal-Istati Membri għad-diskrezzjoni tagħhom. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, jew b’reġistrazzjoni obbligatorja jew volontarja, jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji jkollhom il-flessibbiltà li jagħmlu t-talba huma stess jew li jkunu rappreżentati minn intermedjarju finanzjarju ieħor li huwa parti mill-istess grupp u li jaġixxi f’isimhom sabiex jimminimizzaw il-piż amministrattiv u l-impatt fuq kif jixtiequ jkunu organizzati. Jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji jitolbu li jiġu rreġistrati billi jressqu talba permezz tal-Portal Ewropew tal-Intermedjarji Finanzjarji Ċċertifikati (il-“Portal”), li jenħtieġ li jservi bħala punt tad-dħul uniku. Tali talbiet jenħtieġ li jintbagħtu permezz tal-Portal lill-Istati Membri rilevanti. Sussegwentement, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeċiedu dwar it-talba għar-reġistrazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Portal iservi bħala għodda li tirrifletti d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji. |
|
(12) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tipprevedi wkoll regoli dwar ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni fir-reġistri nazzjonali kif ukoll regoli dwar ir-rifjut tagħha. Meta talba għal reġistrazzjoni tiġi rifjutata, jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji xorta jitħallew iressqu talba oħra għar-reġistrazzjoni fi stadju aktar tard, jekk jiġu rrimedjati r-raġunijiet għar-rifjut. Ladarba jkunu rreġistrati, jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji jitqiesu bħala “intermedjarji finanzjarji ċċertifikati” fl-Istat Membru rispettiv u jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-obbligi għall-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati skont din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaġġornaw il-Portal fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ intermedjarju finanzjarju ċċertifikat. Jenħtieġ li din id-Direttiva tipprevedi wkoll regoli dwar it-tneħħija ta’ intermedjarji finanzjarji ċċertifikati mir-reġistru nazzjonali jew dwar li ġew miċħuda l-possibbiltà li jitolbu ħelsien. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jneħħi intermedjarju finanzjarju ċċertifikat mir-reġistru, jiċħad lil intermedjarju finanzjarju ċċertifikat il-possibbiltà li jitlob ħelsien jew jirrifjuta talba għar-reġistrazzjoni, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jaġġorna l-Portal kif xieraq. L-għan ta’ dawn l-aġġornamenti huwa li l-Istati Membri jkunu jistgħu jevalwaw il-miżuri meħuda, bħat-tneħħija jew ir-rifjut, u li jieħdu kont ta’ dawk il-miżuri fil-kuntest ta’ kwalunkwe talba ta’ reġistrazzjoni futura mill-istess intermedjarju finanzjarju fir-reġistru nazzjonali tagħhom stess. Ir-regoli nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati japplikaw għad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet ikkonċernati, inkluż id-dritt għal appell, fir-rigward ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn Stat Membru b’rabta mar-reġistrazzjoni u t-tneħħija mir-reġistru nazzjonali tiegħu. |
|
(13) |
Sabiex tiġi żgurata aktar trasparenza dwar l-identità u ċ-ċirkostanzi tal-investitur li jirċievi pagament ta’ dividendi jew imgħax u dwar il-fluss tal-pagamenti mill-emittent, jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati jirrapportaw l-informazzjoni rilevanti fi skedi ta’ żmien speċifiċi. Jenħtieġ li f’din id-Direttiva jiġu previsti żewġ opzjonijiet ta’ rapportar: rapportar dirett u indirett. Meta r-rapportar ikun dirett, jenħtieġ li intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jirrapporta direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tas-sors. Meta r-rapportar ikun indirett, jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati jipprovdu l-informazzjoni tul il-katina tal-pagamenti tat-titoli f’ordni sekwenzjali u fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ dawk l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati fil-katina tal-pagamenti tat-titoli li huma parti minnha. Jenħtieġ li l-eżitu jkun li dik l-informazzjoni tasal għand l-aġent tat-taxxa f’ras il-għajn jew intermedjarju finanzjarju ċċertifikat deżinjat, li jirrapporta l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tas-sors. Jenħtieġ li d-data rapportata tinkludi informazzjoni dwar l-eliġibbiltà tal-investitur ikkonċernat, iżda jenħtieġ li tkun limitata għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li jirrapporta. Jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji li ma humiex obbligati jirreġistraw bħala intermedjarji finanzjarji ċċertifikati u li ma għażlux li jirreġistraw bħala tali, ma jkollhomx obbligi ta’ rapportar fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. Minkejja dan, l-informazzjoni dwar il-pagamenti ttrattati minn tali intermedjarji li mhumiex intermedjarji finanzjarji ċċertifikati tibqa’ rilevanti għar-rikostruzzjoni xierqa tal-katina tal-pagamenti qabel ma jiġu applikati s-sistemi tal-ħelsien stipulati f’din id-Direttiva. |
|
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda lakuna ta’ informazzjoni fil-katina tal-pagamenti u biex l-investituri jkunu jistgħu jaċċessaw il-proċeduri tal-ħelsien, jenħtieġ li din id-Direttiva tippermetti lil intermedjarju finanzjarju ċċertifikat, kemm jekk dak l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ikun direttament involut f’katina tal-pagamenti speċifika kif ukoll jekk le, jieħu r-rwol ta’ intermedjarju finanzjarju f’dik il-katina. Dan jimplika li l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jġorr ir-responsabbiltajiet u l-obbligazzjonijiet relatati mar-rapportar tal-informazzjoni u mas-sistema tal-ħelsien li intermedjarju finanzjarju jkollu jġorr kieku kien intermedjarju finanzjarju ċċertifikat. Permezz ta’ dak l-arranġament bejn l-intermedjarji finanzjarji, l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni rilevanti kollha u jirrikonċiljaw l-informazzjoni tul il-katina kollha tal-pagament b’mod effettiv, u l-investituri jkunu jistgħu jaċċessaw is-sistema tal-ħelsien, anki f’każijiet li jinvolvu intermedjarju finanzjarju li la jkun irreġistrat fi Stat Membru u lanqas ma jkun marbut bl-obbligi skont din id-Direttiva. |
|
(15) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tipprekludix lill-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati milli jesternalizzaw il-kompiti relatati mat-twettiq tal-obbligi tagħhom fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jitħalla jserraħ fuq parti terza biex jissodisfa l-obbligi rilevanti dwar il-proċeduri tat-taxxa f’ras il-għajn. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li dawk l-obbligi jibqgħu r-responsabbiltà tal-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li jkun esternalizza r-responsabbiltajiet tiegħu. |
|
(16) |
Sabiex is-CMU ssir aktar effettiva u kompetittiva, fejn tkun ġiet ipprovduta informazzjoni adegwata mill-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati rilevanti, inkluż dwar l-identità tal-investitur, jenħtieġ li jiġu ffaċilitati u aċċellerat proċeduri għall-ħelsien mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi fuq l-introjtu minn titoli. L-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati rilevanti huma dawk l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati kollha fil-katina tal-pagamenti tat-titoli li jinsabu bejn l-investitur u l-emittent tat-titoli u li jistgħu jkunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar il-pagamenti magħmula minn intermedjarji finanzjarji mhux iċċertifikati fil-katina. Filwaqt li jitqiesu l-approċċi differenti fl-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu previsti żewġ tipi ta’ proċeduri: l-ewwel, sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn fejn ir-rata tat-taxxa adatta tiġi applikata direttament fil-mument li tiġi applikata t-taxxa f’ras il-għajn u t-tieni, sistema ta’ rifużjoni rapida fejn talba għal rifużjoni titressaq mill-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat u tiġi proċessata mill-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru tas-sors sa skadenza stabbilita prevista f’din id-Direttiva. Jekk tali rifużjonijiet ma jiġux ipproċessati sa dik l-iskadenza, jenħtieġ li jiġi applikat imgħax ta’ inadempjenza fejn ir-regoli nazzjonali jipprevedu dan. Jenħtieġ li l-Istati Membri li japplikaw il-Kapitolu III ta’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jintroduċu sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn jew sistema ta’ rifużjoni rapida jew taħlita tagħhom, filwaqt li jiżguraw li mill-inqas sistema waħda tkun disponibbli għall-investituri kollha, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Stat Membru li jkun għażel tali kombinazzjoni jenħtieġ li jkun jista’ jillimita l-użu ta’ sistema waħda għal każijiet speċifiċi, bħal xenarji ta’ riskju baxx, dment li s-sistema l-oħra tibqa’ disponibbli għall-każijiet l-oħra kollha koperti minn din id-Direttiva. Dawk li jirċievu pagamenti barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, bħal dividendi minn kumpaniji kkwotati mħallsa lil sidien irreġistrati li huma residenti għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru tas-sors, dividendi minn kumpaniji mhux ikkwotati jew imgħax f’każijiet meta Stat Membru ma jkunx għażel li japplika din id-Direttiva għall-pagamenti tal-imgħax, xorta waħda jistgħu jkunu intitolati jitolbu ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva skont sistema nazzjonali ta’ ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn jew ta’ rifużjoni applikabbli għall-proċeduri li jikkorrispondu għal tali pagamenti. |
|
(17) |
Fejn ir-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva ma jiġux issodisfati għall-pagamenti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew fejn l-investitur ikkonċernat ikun jixtieq hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw proċeduri tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva bbażati fuq sistema ta’ rifużjoni standard nazzjonali bħala riżerva għall-proċeduri rapidi stabbiliti f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-investituri li huma intitolati għall-ħelsien jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lura t-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva mħallsa fi Stat Membru biss meta l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ma jkunx għamel użu mis-sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn jew mis-sistema ta’ rifużjoni rapida. |
|
(18) |
Fejn ikun hemm riskju ta’ frodi tat-taxxa jew ta’ abbuż tat-taxxa, jenħtieġ li qabel ma jipproċessaw talba għal rifużjoni rapida l-Istati Membri jkunu jistgħu jinfurzaw miżuri kontra l-frodi u jwettqu investigazzjonijiet bir-reqqa. Sabiex jagħmlu dan, jenħtieġ li taħt ċerti kundizzjonijiet l-Istati Membri jkollhom id-dritt li jirrifjutaw talba għal rifużjoni. Jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet jinkludu każijiet fejn ir-rekwiżiti għal tali talba ma jiġux issodisfati jew fejn il-katina tal-pagamenti ma tkunx tista’ tiġi rikostruwita. Jenħtieġ li jkun ukoll possibbli li talba għal rifużjoni tiġi rrifjuta meta Stat Membru jiddeċiedi li jibda kwalunkwe proċedura ta’ verifika jew awditu tat-taxxa abbażi ta’ kriterji ta’ valutazzjoni tar-riskju. Jenħtieġ li jkun possibbli li dawk il-proċeduri ta’ verifika jew l-awditi tat-taxxa jitwettqu fi kwalunkwe każ li jiġi identifikat bħala li joħloq riskju ta’ frodi tat-taxxa jew ta’ abbuż tat-taxxa. |
|
(19) |
Sabiex jiġu ssalvagwardjati s-sistemi għall-ħelsien mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi, jenħtieġ li l-Istati Membri li jiġġestixxu reġistru nazzjonali jirrikjedu wkoll li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati jivverifikaw l-eliġibbiltà tal-investituri li jixtiequ jitolbu ħelsien. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati jiġbru ċ-ċertifikat ta’ residenza tat-taxxa tal-investitur rilevanti u dikjarazzjoni li dak l-investitur huwa intitolat għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn skont ir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew trattat kontra t-taxxa doppja u, jekk meħtieġ mill-Istat Membru tas-sors, dikjarazzjoni li l-investitur huwa s-sid benefiċjarju fir-rigward tad- dividend jew tal-imgħax f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew trattat kontra t-taxxa doppja, kif deskritt fil-Kummentarju dwar l-Artikolu 10 jew l-Artikolu 11 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u l-Kapital tal-OECD. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri tas-sors ikollhom il-possibbiltà li jirrikjedu dikjarazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja. |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati jkunu meħtieġa jivverifikaw ir-rata applikabbli tat-taxxa f’ras il-għajn abbażi taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-investitur u jindikaw jekk humiex konxji minn kwalunkwe arranġament finanzjarju li jinvolvi t-titoli sottostanti li ma jkunx ġie saldat, ma jkunx skada jew ġie mitmum b’xi mod ieħor qabel id-data ex-dividend. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-obbligu jinftiehem fis-sens li l-eqreb intermedjarju finanzjarju ċċertifikat għall-investitur, il-klijent tiegħu, jenħtieġ li jieħu miżuri raġonevoli biex iwettaq tali kontrolli in bona fide. Pereżempju, jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati jikkontrollaw jekk l-informazzjoni fl-eTRC jew l-ekwivalenti tiegħu, jew l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni tal-investitur, tikkontradixxix l-informazzjoni miġbura minn dawk l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati dwar il-klijenti tagħhom fil-kors normali tan-negozju tagħhom. Tali informazzjoni tinkludi informazzjoni dwar il-kontijiet tal-investitur u informazzjoni oħra li setgħu ġabru bħala riżultat tal-konformità mar-regoli “kun af lill-klijent tiegħek” applikabbli. Għalhekk, jenħtieġ li intermedjarji finanzjarji ċċertifikati ma jkunux meħtieġa jwettqu kontrolli ulterjuri jew li jitolbu u jiġbru informazzjoni ulterjuri mingħand il-klijent tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-investitur ikun meħtieġ jinforma lill-intermedjarju finanzjarju bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi rilevanti tiegħu. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu li r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta jitwettqu fuq bażi annwali sakemm l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ma jkunx jaf jew suppost jaf li kien hemm bidla fiċ-ċirkostanzi jew li l-informazzjoni ma tkunx korretta jew affidabbli. |
|
(21) |
L-applikazzjoni tal-proċeduri tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn fl-ambitu ta’ din id-Direttiva hija soġġetta għall-kundizzjoni li s-sid irreġistrat, li tkun persuna fiżika jew entità u hija eliġibbli li tirċievi d-dividend jew l-imgħax bħala d-detentur tat-titoli, huwa wkoll il-persuna li hija intitolata għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew trattat kontra t-taxxa doppja, skont kif applikabbli. Meta s-sid irreġistrat ikun ukoll intitolat għall-ħelsien, jenħtieġ li japplikaw biss id-dispożizzjonijiet għall-investimenti diretti. Madankollu, f’sitwazzjonijiet fejn is-sid irreġistrat u l-persuna intitolata għall-ħelsien ma jkunux l-istess persuna, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet għall-investimenti indiretti. Id-dispożizzjonijiet għall-investiment indirett jipprovdu ħelsien f’każijiet fejn ċerti impriżi ta’ investiment kollettiv (CIU), jew l-investituri fihom, jistgħu jkunu intitolati għall-ħelsien iżda mhumiex is-sid irreġistrat minħabba li t-titoli huma miżmuma minn persuna ġuridika differenti jew minn CIU fiskalment trasparenti. Id-dispożizzjonijiet għall-investimenti indiretti jiżguraw li l-investituri leġittimi jkollhom aċċess għall-proċeduri fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ CIU, jenħtieġ li l-Istati Membri jinkludu CIUs li huma intitolati għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva f’isimhom stess kif ukoll CIUs fejn l-investituri li jkollhom ekwità f’CIU huma intitolati għall-ħelsien, abbażi tar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew ta’ trattat kontra t-taxxa doppja. Meta jkun involut f’investimenti indiretti, l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat xorta waħda jenħtieġ li jibqa’ taħt obbligu li jissodisfa r-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta. Barra minn hekk, jenħtieġ li jekk ikun hemm kwalunkwe telf ta’ dħul mit-taxxa jkun possibbli li l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jinżamm responsabbli. |
|
(22) |
Huwa rikonoxxut li l-arranġamenti finanzjarji jistgħu jintużaw biex tinbidel is-sjieda, kompletament jew parzjalment, ta’ titolu jew ta’ riskji ta’ investiment rilevanti. Huwa l-każ ukoll li tali arranġamenti ntużaw fi skemi ta’ arbitraġġ tad-dividendi u ta’ tneħħija tad-dividendi, bħall-iskemi Cum/Ex u Cum/Cum, bl-uniku għan li jinkisbu rifużjonijiet f’każijiet fejn ma kien hemm l-ebda intitolament għalihom jew li jiżdied l-ammont ta’ rifużjoni li investitur kien intitolat għalih. Jenħtieġ li jkun possibbli li arranġamenti bħal kuntratti tal-futuri (futures contract), tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, self ta’ titoli u teħid b’self ta’ titoli, tranżazzjonijiet ta’ akkwist bil-patt ta’ rivendita jew tranżazzjonijiet ta’ vendita bil-patt ta’ riakkwist, derivattivi, tranżazzjoni ta’ self b’marġni u kuntratti għal differenza jistgħu jitqiesu bħala arranġamenti finanzjarji f’każijiet fejn jimplikaw qasma temporanja jew permanenti bejn il-persuna fiżika jew l-entità li ġġorr ir-riskji ekonomiċi tal-investiment u s-sid legali tas-sehem jew tad-drittijiet sottostanti. Dawn l-eżempji mhumiex eżawrjenti. |
|
(23) |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ arranġamenti finanzjarji, huwa mifhum li s-sjieda tat-titoli ma tiġix trasferita lix-xerrej jew lil min jissellef it-titoli jekk ir-riskju ekonomiku jibqa’ f’idejn il-bejjiegħ jew is-sellief tat-titoli permezz ta’ kwalunkwe tranżazzjoni legali bħal self ta’ titoli, opzjonijiet jew kuntratti tal-futuri (futures contracts). Jenħtieġ li jkun possibbli li kwalunkwe arranġament li taħtu d-dividendi jiġu kkumpensati bejn il-partijiet ikkonċernati jitqies bħala arranġament finanzjarju. Il-partijiet ikkonċernati mhux dejjem jiġu kkumpensati fi flus kontanti, iżda jistgħu jiġu kkumpensati wkoll b’modi aktar indiretti, bħal permezz ta’ differenzi fil-prezzijiet ta’ titoli jew derivattivi. L-informazzjoni dwar l-arranġamenti finanzjarji hija neċessarja sabiex l-awtoritajiet tat-taxxa jiġġieldu l-frodi tat-taxxa u l-abbuż tat-taxxa. Meta tali informazzjoni tiġi rrapportata direttament, jenħtieġ li din tkun meħtieġa biss mill-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati li, minħabba l-pożizzjoni tagħhom fil-katina, setgħu kienu involuti direttament fl-arranġament finanzjarju rilevanti, li jkun il-każ għall-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati li jitolbu l-ħelsien. Meta tali informazzjoni tiġi rrapportata indirettament, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-arranġamenti finanzjarji tiġi rrapportata mill-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat tas-sid irreġistrat. F’każijiet bħal dawk jenħtieġ li dik l-informazzjoni tiġi rrapportata tul il-katina tal-pagamenti tat-titoli f’ordni sekwenzjali bl-effett li fl-aħħar mill-aħħar tilħaq lill-aġent tat-taxxa f’ras il-għajn jew intermedjarju finanzjarju ċċertifikat iddeżinjat. Dak ifisser li intermedjarji finanzjarji ċċertifikati oħra li jirrapportaw jeħtieġ li jittrażmettu l-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti finanzjarji lill-aġent tat-taxxa f’ras il-għajn jew lil intermedjarju finanzjarju ċċertifikat iddeżinjat, anki jekk dawn l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati li jirrapportaw ma jkunux involuti direttament fl-arranġament finanzjarju rilevanti. Jenħtieġ li fil-każ ta’ bonds u pagamenti ta’ imgħax ir-rapportar dwar l-arranġamenti finanzjarji ma jkunx meħtieġ. |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrestrinġu l-użu tas-sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn jew tas-sistema ta’ rifużjoni rapida f’każijiet li jippreżentaw riskju elevat ta’ frodi tat-taxxa jew ta’ abbuż tat-taxxa. Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita lista ta’ każijiet tali, fejn l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jeskludu talbiet għall-ħelsien u jwettqu kontrolli ulterjuri. Sabiex jittieħed kont tad-differenzi fis-sistemi legali nazzjonali u, b’mod partikolari, il-valutazzjonijiet tar-riskju tat-taxxa, jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ tali lista ma jkunx obbligatorju u jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom id-diskrezzjoni li jiddeterminaw liema fost dawn il-każijiet jenħtieġ li jkunu koperti mis-sistema ta’ rifużjoni standard. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-regoli nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva ma jħallux li l-każijiet li l-Istati Membri jqisu li jippreżentaw riskju elevat jibbenefikaw minn ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn jew minn rifużjoni rapida. Tali miżura tiżgura li l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu f’pożizzjoni aħjar biex jiġġieldu kontra skemi abbużivi, peress li jkollhom il-possibbiltà li jwettqu kontrolli ulterjuri biex jiddeterminaw jekk it-talbiet għall-ħelsien ikunux iġġustifikati u jekk għandhomx jingħataw. Waħda minn dawk il-miżuri tikkonsisti f’livell limitu li huwa relatat ma’ ammont ta’ dividend gross. Jenħtieġ li dak il-livell limitu jiġi kkalkulat għal kull sid irreġistrat, jew għal kull investitur intitolat għall-ħelsien mit-taxxa f’ras l-għajn eċċessiva jekk is-sid irreġistrat ikun impriża ta’ investiment kollettiv jew persuna ġuridika deżinjata ta’ tali impriża. Jenħtieġ li dak il-livell limitu ma japplikax f’każijiet meta impriża ta’ investiment kollettiv stabbilita u rregolata, jew li jkollha maniġer stabbilit u rregolat, fl-Unjoni, skema statutorja ta’ pensjoni ta’ Stat Membru jew istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali rreġistrata jew awtorizzata fi Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tkun intitolata għall-ħelsien. Dawk l-impriżi, skemi u istituzzjonijiet huma regolati ħafna u soġġetti għal superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u għal kontrolli interni robusti. Tali regolamentazzjoni u superviżjoni jinforzaw il-konformità mar-regolamenti rilevanti u jimminimizzaw ir-riskju ta’ frodi tat-taxxa u ta’ abbuż tat-taxxa. |
|
(25) |
Madankollu, hemm każijiet fejn il-kontribwenti jistgħu jitolbu r-rata mnaqqsa ta’ taxxa f’ras il-għajn abbażi tal-atti legali tal-Unjoni implimentati mir-regoli nazzjonali. Dan ikun tipikament il-każ fejn ir-regoli nazzjonali jiżguraw li l-libertà tal-istabbiliment jew il-moviment liberu tal-kapital jingħata bl-istess mod f’sitwazzjonijiet komparabbli domestiċi u mhux domestiċi, jew fil-każ fejn tiġi trasposta direttiva. Każijiet tali jistgħu jirrikjedu t-twettiq ta’ verifiki, speċjalment biex tiġi vvalutata l-komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet u l-applikabbiltà tal-liġi nazzjonali għal każijiet transfruntieri. Fejn tali verifiki huma meħtieġa, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jittrattaw dawk il-każijiet skont is-sistema nazzjonali eżistenti tagħhom tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn, b’hekk iwasslu għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva bl-aktar mod rapidu u sikur. |
|
(26) |
Meta jitqies ir-rwol importanti li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati għandhom fir-rapportar ta’ informazzjoni kompluta u korretta, li sservi bħala l-bażi għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn jew għal rifużjoni, huwa xieraq li r-regoli nazzjonali tal-Istati Membri jkun fihom tal-inqas ir-regoli li skonthom l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati jistgħu jinżammu responsabbli għat-telf kollu jew parzjali tad-dħul mit-taxxa f’ras il-għajn imġarrab minħabba n-nuqqas ta’ konformità sħiħ jew parzjali tagħhom mal-obbligi ewlenin ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu fir-regoli nazzjonali tagħhom responsabbiltà stretta u in solidum għall-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati li jitolbu l-ħelsien. Barra minn hekk, jenħtieġ li aspetti oħra tar-responsabbiltà jkomplu jiġu rregolati bis-sħiħ mir-regoli nazzjonali tal-Istati Membri. Dawk l-aspetti oħra jinkludi aġenti tat-taxxa f’ras il-għajn li jaġixxu b’mod konġunt jew in solidum u li ma jkunux qed jaġixxu bħala intermedjarji finanzjarji ċċertifikati, u każijiet relatati jew ma’ responsabbiltà diretta jew indiretta ta’ sidien u investituri rreġistrati li jippreżentaw informazzjoni mhux kompluta jew mhux korretta lill-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati. Din id-Direttiva ma tiddeterminax ir-regoli dwar ir-responsabbiltà fir-rigward tas-sistema ta’ rifużjoni standard. |
|
(27) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tar-regoli applikabbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Jenħtieġ li tali penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
(28) |
It-traspożizzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva f’kull Stat Membru kkonċernat hija kruċjali għall-promozzjoni tas-CMU fl-intier tagħha, kif ukoll għall-protezzjoni tad-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi regolari, informazzjoni statistika dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri nazzjonali adottati skont din id-Direttiva fit-territorju tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji evalwazzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u data disponibbli oħra biex tevalwa l-effettività tar-regoli applikabbli. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-ħtieġa li jiġu aġġornati r-regoli introdotti b’din id-Direttiva. |
|
(29) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari għaċ-ċertifikat diġitali ta’ residenza tat-taxxa, il-Portal, ir-rapportar tal-intermedjarji finanzjarji, id-dikjarazzjoni tas-sid irreġistrat u t-talba għall-ħelsien skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta formoli standard b’għadd limitat ta’ komponenti, inkluż l-arranġamenti lingwistiċi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(30) |
Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq fil-qafas ta’ din id-Direttiva jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-operazzjonijiet għall-ipproċessar tad-data previsti f’din id-Direttiva għandhom l-objettiv li jservu interess pubbliku ġenerali, jiġifieri l-kwistjoni tat-tassazzjoni, u l-objettivi addizzjonali tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, is-salvagwardja tad-dħul mit-taxxa u l-promozzjoni tat-tassazzjoni ġusta, li jsaħħu l-opportunitajiet għall-inklużjoni soċjali, politika u ekonomika fl-Istati Membri. Għalhekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni korretta ta’ din id-Direttiva, u sabiex jiġu ssalvagwardjati dawk l-objettivi ta’ interess pubbliku ġenerali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679. Madankollu, jenħtieġ li tali restrizzjonijiet ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju biex jintlaħqu dawk l-objettivi. Fir-rigward tal-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun rikjesta skont din id-Direttiva biex tiġi ppruvata r-residenza tal-kontribwent għal finijiet ta’ taxxa, jenħtieġ li l-ġbir ta’ tali informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika jinftiehem bħala li huwa ristrett għall-identifikazzjoni tal-persuna fiżika. |
|
(31) |
Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Direttiva ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost, minħabba r-raġuni tan-natura transfruntiera tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati u l-ħtieġa li jitnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità fis-suq intern kollu kemm hu, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(32) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u ta opinjoni fit-8 ta’ Awwissu 2023, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistipula regoli dwar:
|
(a) |
il-ħruġ ta’ ċertifikat diġitali ta’ residenza tat-taxxa mill-Istati Membri; u |
|
(b) |
il-proċedura biex tinħeles kwalunkwe taxxa f’ras il-għajn eċċessiva li tista’ tiġi imposta minn Stat Membru fuq dividendi minn ishma nnegozjati pubblikament u, fejn applikabbli, fuq imgħax minn bonds innegozjati pubblikament imħallsa lil sidien irreġistrati li għal finijiet ta’ taxxa jkunu residenti barra dak l-Istat Membru. |
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Il-Kapitoli I u IV għandhom japplikaw għall-Istati Membri kollha. Il-Kapitolu II għandu japplika għall-Istati Membri kollha fir-rigward tal-persuni fiżiċi u l-entitajiet kollha li għal finijiet ta’ taxxa jkunu residenti fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.
2. Il-Kapitolu III għandu jsir applikabbli għall-Istati Membri kollha li jipprovdu ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva fuq dividendi mħallsa għal bonds innegozjati pubblikament maħruġa minn entità li hija residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġuriżdizzjoni tagħhom jekk:
|
(a) |
ma jkollhomx sistema komprensiva tal-ħelsien mit-taxxa f’ras l-għajn applikabbli għal tali taxxa f’ras l-għajn eċċessiva; jew |
|
(b) |
il-proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħhom, kif stipulat fl-aħħar erba’ pubblikazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) disponibbli fil-31 ta’ Diċembru 2028, huwa ugwali għal jew aktar minn 1,5 % għal kull waħda mill-erba’ snin konsekuttivi. |
3. Stat Membru li għandu sistema komprensiva tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn applikabbli għat-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva fuq dividendi mħallsa għal ishma nnegozjati pubblikament maħruġa minn resident fil-ġuriżdizzjoni tiegħu jista’ jagħżel li japplika l-Kapitolu III jekk il-proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq tiegħu, kif stabbilit fl-aħħar erba’ pubblikazzjonijiet mill-ESMA disponibbli fil-31 ta’ Diċembru 2028, ikun inqas minn 1,5 % għal mill-inqas waħda mill-erba’ snin konsekuttivi.
4. Stat Membru għandu japplika l-Kapitolu III fi żmien ħames snin mir-raba’ pubblikazzjoni konsekuttiva ta’ data mill-ESMA li tindika li l-proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ dak l-Istat Membru laħaq jew qabeż l-1,5 % matul kull waħda mill-erba’ snin konsekuttivi.
5. Stat Membru li jipprovdi ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn fuq l-imgħax imħallas għal bonds innegozjati pubblikament maħruġa minn resident fil-ġuriżdizzjoni tiegħu jista’ japplika l-Kapitolu III.
6. Ladarba l-Kapitolu III jsir applikabbli għal kwalunkwe Stat Membru skont il-paragrafu 2 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, dan għandu jibqa’ applikabbli għal dak l-Istat Membru, irrispettivament minn jekk il-kondizzjonijiet li skattaw l-applikazzjoni tiegħu jibqgħux jiġu ssodisfati jew le.
Fejn Stat Membru jagħżel li japplika l-Kapitolu III skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-eżerċizzju ta’ dik l-għażla għandu jkun irrevokabbli.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“taxxa f’ras il-għajn eċċessiva” tfisser id-differenza bejn l-ammont ta’ taxxa f’ras il-għajn imposta minn Stat Membru fuq pagamenti lil sidien mhux residenti ta’ dividendi jew imgħax minn titoli billi tiġi applikata r-rata domestika ġenerali u l-ammont aktar baxx ta’ taxxa f’ras il-għajn applikabbli minn dak l-Istat Membru fuq l-istess dividendi jew imgħax f’konformità ma’ trattat kontra t-taxxa doppja jew ma’ regoli nazzjonali speċifiċi, skont il-każ; |
|
(2) |
“sehem innegozjat pubblikament” tfisser sehem ammess għan-negozjar f’suq regolat jew innegozjat f’faċilità multilaterali tan-negozjar; |
|
(3) |
“bond innegozjat pubblikament” tfisser bond ammess għan-negozjar f’suq regolat, jew innegozjat f’faċilità multilaterali tan-negozjar jew f’faċilità organizzata tan-negozjar; |
|
(4) |
“intermedjarju finanzjarju” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin li hija parti mill-katina ta’ pagament tat-titoli bejn l-entità li toħroġ it-titoli u s-sid irreġistrat li jirċievi pagamenti fuq tali titoli:
|
|
(5) |
“intermedjarju finanzjarju ċċertifikat” tfisser intermedjarju finanzjarju li jkun irreġistrat f’reġistru nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 5; |
|
(6) |
“entità” tfisser persuna ġuridika jew arranġament ġuridiku, inkluż imma mhux limitat għal korporazzjoni, sħubija, trust jew fondazzjoni; |
|
(7) |
“impriża ta’ investiment kollettiv” tfisser UCITS, AIF tal-UE jew fond ta’ investiment alternattiv ġestit minn AIFM tal-UE, jew kwalunkwe veikolu ta’ investiment kollettiv ieħor li, abbażi tar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew ta’ trattat kontra t-taxxa doppja, huwa intitolat għal ħelsien mit-taxxa f’ras l-għajn eċċessiva, jew veikolu ta’ investiment kollettiv li l-investituri sottostanti tiegħu huma intitolati għal tali ħelsien li jista’ jintalab f’isimhom, ħlief tali veikoli ta’ investiment kollettiv li huma, jew li l-maniġer jew id-depożitarju tagħhom huwa, stabbilit f’pajjiż terz elenkat fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa jew fit-Tabella I tal-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 (9); |
|
(8) |
“istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif definit fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2341; |
|
(9) |
“EUID” tfisser identifikatur uniku Ewropew kif msemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
|
(10) |
“numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa” jew “NIT” tfisser l-identifikatur uniku għal finijiet ta’ taxxa ta’ sid irreġistrat fi Stat Membru; |
|
(11) |
“proċedura tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn” tfisser proċedura li permezz tagħha sid irreġistrat li jirċievi dividendi jew imgħax minn titoli li jistgħu jkunu soġġetti għal taxxa f’ras il-għajn eċċessiva jinħeles minn, jew jirċievi rifużjoni għal, tali taxxa f’ras il-għajn eċċessiva; |
|
(12) |
“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità li tkun ġiet deżinjata minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 5 u tinkludi kwalunkwe persuna awtorizzata f’konformità mar-regoli nazzjonali minn tali awtorità biex taġixxi f’isimha għall-finijiet ta’ din id-Direttiva; |
|
(13) |
“titolu” tfisser sehem innegozjat pubblikament jew bond innegozjat pubblikament; |
|
(14) |
“riċevuta depożitarja” tfisser strumenti finanzjarji li huma negozjabbli fis-suq kapitali ta’ Stat Membru jew pajjiż terz u li jirrappreżentaw is-sjieda tat-titoli ta’ emittent fl-Unjoni filwaqt li jiġu nnegozjati f’ċentru tan-negozjar fi Stat Membru jew pajjiż terz u nnegozjati indipendentement mit-titoli tal-emittent; |
|
(15) |
“istituzzjoni kbira” tfisser istituzzjoni kbira kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (146), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(16) |
“grupp” tfisser grupp kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva (UE) 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); |
|
(17) |
“aġent tat-taxxa f’ras il-għajn” tfisser entità li għandha r-responsabbiltà jew li ġiet awtorizzata f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors biex tnaqqas it-taxxa f’ras il-għajn mill-pagament ta’ dividendi jew imgħax minn titoli u tittrasferixxi dik it-taxxa f’ras il-għajn lill-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru tas-sors; |
|
(18) |
“data tar-reġistrazzjoni” tfisser id-data stabbilita mill-emittent ta’ titolu, li fiha għandha tiġi determinata l-identità tad-detentur ta’ tali titolu u d-drittijiet li jirriżultaw minnu, abbażi tal-pożizzjonijiet saldati mdaħħla fil-kotba tal-intermedjarju finanzjarju b’entrata fil-kotba fl-għeluq tan-negozju tiegħu; |
|
(19) |
“saldu” tfisser it-tlestija ta’ tranżazzjoni ta’ titoli meta tiġi konkluża bl-għan li jinħeles l-obbligu tal-partijiet għal dik it-tranżazzjoni permezz tat-trasferiment ta’ flus kontanti jew titoli jew tat-tnejn, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014; |
|
(20) |
“sid irreġistrat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew entità li hija intitolata li tirċievi dividendi jew imgħax minn titoli soġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn fi Stat Membru bħala d-detentur tat-titoli fid-data tar-reġistrazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti għat-tranżazzjonijiet li għadhom iridu jiġu saldati li jistgħu jsiru f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors, u li ma tkunx intermedjarju finanzjarju li jaġixxi f’isem oħrajn fir-rigward ta’ dawk id-dividendi jew ta’ dak l-imgħax; |
|
(21) |
“kont tal-investiment” tfisser il-kont jew il-kontijiet ipprovduti mill-intermedjarji finanzjarji lis-sidien irreġistrati li permezz tagħhom jinżammu jew jiġu rreġistrati t-titoli tagħhom; |
|
(22) |
“kont tal-flus kontanti” tfisser il-kont jew il-kontijiet li fihom isiru l-pagamenti relatati mat-titoli miżmuma jew irreġistrati fil-kont tal-investiment; |
|
(23) |
“data ex-dividend” tfisser id-data minn meta l-ishma jiġu nnegozjati mingħajr id-drittijiet li jirriżultaw mill-ishma, inkluż id-dritt ta’ parteċipazzjoni u ta’ vot f’laqgħa ġenerali, meta rilevanti; |
|
(24) |
“data tal-pagament” tfisser id-data li fiha l-pagament tad-dividend ta’ sehem innegozjat pubblikament jew l-imgħax ta’ bond innegozjat pubblikament ikun dovut lis-sid irreġistrat; |
|
(25) |
“arranġament finanzjarju” tfisser kwalunkwe arranġament jew serje ta’ arranġamenti, jew kwalunkwe obbligu kuntrattwali li permezz tiegħu:
|
|
(26) |
“katina tal-pagamenti tat-titoli” tfisser is-sekwenza ta’ intermedjarji finanzjarji li jittrattaw il-pagament ta’ dividendi jew imgħax fuq titoli bejn l-emittent tat-titoli u sid irreġistrat li lilu jitħallsu dividendi jew imgħax minn tali titoli, u tinkludi sensara li huma ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jew li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), meta jipprovdu servizz ta’ investiment wieħed jew aktar jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment, kif ukoll persuni ġuridiċi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati skont regoli komparabbli ta’ pajjiż terz ta’ residenza meta jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment; |
|
(27) |
“trattat kontra t-taxxa doppja” tfisser ftehim jew konvenzjoni li tapplika bejn żewġ ġuriżdizzjonijiet jew aktar u li tipprevedi l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja tal-introjtu u fejn applikabbli, tal-kapital; |
|
(28) |
“Stat Membru tas-sors” tfisser l-Istat Membru ta’ residenza tal-emittent tat-titolu li jħallas id-dividendi jew l-imgħax; |
|
(29) |
“sistema ta’ rifużjoni rapida” tfisser sistema li permezz tagħha pagament ta’ dividendi jew imgħax isir b’kunsiderazzjoni tar-rata tat-taxxa f’ras il-għajn domestika ġenerali segwita minn talba għal rifużjoni tat-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva fil-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 14; |
|
(30) |
“sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn” tfisser sistema li permezz tagħha r-rata xierqa tat-taxxa f’ras il-għajn, f’konformità mar-regoli nazzjonali jew mal-ftehimiet internazzjonali applikabbli, bħat-trattat kontra t-taxxa doppja rilevanti, tiġi applikata fil-mument tal-pagament ta’ dividendi jew imgħax; |
|
(31) |
“sistema komprensiva tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn” tfisser sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn li tiġi applikata minn Stat Membru u tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
|
(32) |
“kapitalizzazzjoni tas-suq” tfisser il-valur totali tal-ishma nnegozjati pubblikament tal-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew fuq faċilità multilaterali tan-negozjar, irrappreżentati fi Stat Membru kif ippubblikat fuq bażi annwali u pprovdut mill-ESMA; |
|
(33) |
“proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq” tfisser il-proporzjon espress bħala perċentwal tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ Stat Membru fil-31 ta’ Diċembru fil-konfront tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Diċembru, f’sena partikolari; |
|
(34) |
“sistema ta’ rifużjoni standard” tfisser sistema li permezz tagħha pagament ta’ dividendi jew imgħax isir b’kunsiderazzjoni tar-rata tat-taxxa f’ras il-għajn domestika ġenerali segwita minn talba għal rifużjoni tat-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva li ma taqax taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14; |
|
(35) |
“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt 1, tad-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(36) |
“UCITS” tfisser UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); |
|
(37) |
“AIF tal-UE” tfisser AIF tal-UE kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (k), tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15); |
|
(38) |
“AIFM tal-UE” tfisser AIFM tal-UE kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (l), tad-Direttiva 2011/61/UE. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punti (2) u (3), ta’ dan l-Artikolu, “suq irregolat”, “faċilità multilaterali tan-negozjar” u “faċilità organizzata tan-negozjar” ifissru suq irregolat, faċilità multilaterali tan-negozjar u faċilità organizzata tan-negozjar kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punti (21), (22) u (23) tad-Direttiva 2014/65/UE, rispettivament.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (20), l-Istati Membri tas-sors jistgħu jikkunsidraw, f’konformità mar-regoli nazzjonali tagħhom, id-detentur tar-riċevuti depożitarji bħala s-sid irreġistrat, minflok id-detentur tat-titoli sottostanti, daqslikieku d-detentur tar-riċevuti depożitarji kien investa direttament f’dawk it-titoli.
KAPITOLU II
Ċertifikat diġitali ta’ residenza tat-taxxa
Artikolu 4
Ċertifikat diġitali ta’ residenza tat-taxxa (eTRC)
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu proċess awtomatizzat għall-ħruġ ta’ ċertifikati diġitali ta’ residenza tat-taxxa (eTRC) lil persuni fiżiċi jew entitajiet meqjusin residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.
2. Soġġett għall-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom joħorġu l-eTRC, abbażi tal-informazzjoni li l-awtorità emittenti tkun taf biha fid-data tal-ħruġ, fi żmien 14-il jum kalendarju mis-sottomissjoni ta’ talba. L-eTRC għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi tal-Anness I u għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
jekk il-kontribwent huwa persuna fiżika, l-isem u l-kunjom, id-data tat-twelid u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa jew, fin-nuqqas tiegħu, kwalunkwe ekwivalent funzjonali użat għal finijiet ta’ taxxa; |
|
(b) |
jekk il-kontribwent huwa entità, l-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa jew, fin-nuqqas tiegħu, kwalunkwe ekwivalent funzjonali użat għal finijiet ta’ taxxa, u fejn disponibbli, l-identifikatur uniku Ewropew (EUID) jew, l-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) jew kwalunkwe numru ta’ reġistrazzjoni ta’ entità ġuridika li jkun validu għall-perjodu kopert kollu mill-eTRC; |
|
(c) |
l-indirizz tal-kontribwent; |
|
(d) |
id-data tal-ħruġ tal-eTRC; |
|
(e) |
il-perjodu kopert; |
|
(f) |
l-awtorità tat-taxxa li toħroġ l-eTRC; |
|
(g) |
trattat kontra t-taxxa doppja wieħed jew aktar skont liema l-kontribwent jitlob li jitqies resident għal finijiet ta’ taxxa fl-Istat Membru tal-ħruġ, fejn applikabbli; |
|
(h) |
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li hija neċessarja biex tiġi ppruvata r-residenza tal-kontribwent għal finijiet ta’ taxxa fil-każ li l-eTRC mhux ser jintuża għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva fl-Unjoni. |
3. L-eTRC għandu:
|
(a) |
ikopri perjodu li ma jaqbiżx is-sena kalendarja jew is-sena fiskali li jkun inħareġ għaliha, kif applikabbli fl-Istat Membru emittenti; u |
|
(b) |
ikun validu għaċ-ċertifikazzjoni tar-residenza tat-taxxa għall-perjodu kopert dment li l-Istat Membru li joħroġ l-eTRC ma jkollux provi li l-persuna li għaliha jirreferi l-eTRC ma tkunx residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġuriżdizzjoni tiegħu matul dak il-perjodu kollu jew għal parti minnu u dak l-Istat Membru jinvalida kompletament jew parzjalment l-eTRC. |
4. Jekk ikunu meħtieġa aktar minn 14-il jum kalendarju għall-verifika tar-residenza tat-taxxa ta’ kontribwent speċifiku, l-Istat Membru għandu jinforma lill-persuna fiżika jew l-entità li tkun qed titlob l-eTRC bil-ħin addizzjonali meħtieġ u r-raġunijiet għad-dewmien.
5. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu eTRC maħruġ minn Stat Membru ieħor bħala prova ta’ residenza tat-taxxa ta’ kontribwent f’dak l-Istat Membru l-ieħor f’konformità mal-paragrafu 3, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jagħtu prova li dak il-kontribwent huwa residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.
6. Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jirrikjedi li persuna fiżika jew entità meqjusa residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġuriżdizzjoni tiegħu tinforma lill-awtorità tat-taxxa li toħroġ l-eTRC dwar kwalunkwe bidla li tista’ taffettwa l-validità jew il-kontenut tal-eTRC.
7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedu li jiġi pprovdut eTRC, meta tkun meħtieġa prova ta’ residenza tat-taxxa għal persuna fiżika jew entità meqjusa residenti għal finijiet ta’ taxxa fi Stat Membru, tapplika għal ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn jew rifużjoni rapida, sabiex jinkiseb ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva fuq dividendi mħallsa għal ishma nnegozjati pubblikament jew imgħax imħallas għal bonds innegozjati pubblikament, jekk applikabbli, maħruġa minn resident fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli kompjuterizzati standard għall-ħruġ ta’ eTRC, li jinkludu l-arranġamenti lingwistiċi u l-protokolli tekniċi, inkluż l-istandards ta’ sigurtà. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.
KAPITOLU III
Proċedura tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn
Artikolu 5
Reġistru nazzjonali tal-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati
1. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2(2) u (4) għandhom jistabbilixxu reġistru nazzjonali ta’ intermedjarji finanzjarji ċċertifikati.
2. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2(3) u (5) li jagħżlu li japplikaw il-Kapitolu III għandhom jistabbilixxu reġistru nazzjonali ta’ intermedjarji finanzjarji ċċertifikati.
3. L-Istati Membri li jistabbilixxu reġistru nazzjonali skont il-paragrafu 1 jew 2 għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti responsabbli għall-ġestjoni u l-aġġornament ta’ dak ir-reġistru nazzjonali.
4. Ir-reġistri nazzjonali għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja dwar l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati:
|
(a) |
l-isem tal-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat; |
|
(b) |
id-data tar-reġistrazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat; |
|
(c) |
id-dettalji ta’ kuntatt u kwalunkwe sit web eżistenti tal-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat; |
|
(d) |
l-EUID, jew, meta l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ma jkollu l-ebda EUID, l-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) jew kwalunkwe numru ta’ reġistrazzjoni tal-entità ġuridika maħruġ mill-pajjiż ta’ residenza tiegħu. |
5. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikoli 10 sa 15, l-Istati Membri għandhom jippermettu li intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jassumi l-obbligi u r-responsabbiltajiet stipulati fl-Artikoli 10 sa 15 fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ intermedjarju finanzjarju li jkun parti mill-katina tal-pagamenti tat-titoli u li ma jkunx intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jekk l-intermedjarju finanzjarju u l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ikunu qablu hekk.
6. Ir-reġistri nazzjonali għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-Portal Ewropew tal-Intermedjarji Finanzjarji Ċċertifikati msemmi fl-Artikolu 6 (il-“Portal”), permezz ta’ sit web tal-Kummissjoni, u aġġornati mill-inqas darba fix-xahar.
7. L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għal kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni jew ir-rifjut ta’ intermedjarju finanzjarju, jew dwar it-tneħħija ta’ intermedjarju finanzjarju mir-reġistri nazzjonali tagħhom, u għall-miżuri imposti fuq intermedjarji finanzjarji.
8. Kwalunkwe dritt u obbligu li jirriżulta mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 għandu jsir applikabbli min-notifika mill-Istat Membru korrispondenti lill-intermedjarju finanzjarju kkonċernat.
9. Fl-ebda ċirkostanza ma għandha l-Kummissjoni tinżamm responsabbli għall-kontenut fil-Portal jew għan-nuqqas ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward ir-reġistrazzjoni jew ir-rifjut ta’ intermedjarju finanzjarju jew rigward it-tneħħija ta’ intermedjarju finanzjarju mir-reġistri nazzjonali tagħhom jew għal kwalunkwe miżura imposta mill-Istati Membri fuq intermedjarji finanzjarji.
Artikolu 6
Żvilupp u tħaddim tal-Portal Ewropew tal-Intermedjarji Finanzjarji Ċċertifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tħaddem il-Portal Ewropew tal-Intermedjarji Finanzjarji Ċċertifikati (il-“Portal”) jew bil-mezzi tagħha stess jew permezz ta’ parti terza.
2. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiżviluppa jew li tħaddem il-Portal permezz ta’ parti terza, il-Kummissjoni għandha tagħżel il-parti terza u tinforza l-ftehim konkluż ma’ dik il-parti terza f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).
3. Il-Portal għandu jservi bħala l-punt ta’ aċċess elettroniku biex l-intermedjarji finanzjarji jitolbu li jirreġistraw fir-reġistri nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Portal għandu jakkomoda l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-reġistrazzjoni jew ir-rifjut ta’ intermedjarju finanzjarju, u t-tneħħija ta’ intermedjarju finanzjarju minn reġistru nazzjonali u l-miżuri imposti fuq intermedjarji finanzjarji.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni skont l-Artikoli 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva tiġi pprovduta lill-Portal u li r-reġistri nazzjonali tagħhom ikunu interoperabbli fi ħdan il-Portal.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tħaddim tal-Portal. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.
Artikolu 7
Rekwiżit ta’ reġistrazzjoni bħala intermedjarju finanzjarju ċċertifikat
1. L-Istati Membri li jiġġestixxu reġistru nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet kbar kollha li jittrattaw pagamenti ta’ dividendi u, meta rilevanti, imgħax fuq titoli maħruġa minn resident fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, u depożitorji ċentrali tat-titoli kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt 4, li huma l-aġent tat-taxxa f’ras il-għajn għal dawk il-pagamenti, jirreġistraw fir-reġistru nazzjonali tagħhom.
2. L-Istati Membri li jiġġestixxu reġistru nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jiffaċilitaw, fuq talba, ir-reġistrazzjoni f’dak ir-reġistru nazzjonali ta’ kwalunkwe intermedjarju finanzjarju li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8.
Artikolu 8
Proċedura ta’ reġistrazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta intermedjarju finanzjarju jippreżenta talba biex jirreġistra fir-reġistru nazzjonali tagħhom, dik it-talba għandha tiġi approvata fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni, dment li l-intermedjarju finanzjarju jipprovdi evidenza li huwa jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(a) |
huwa residenti għal finijiet ta’ taxxa fi Stat Membru jew f’ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz mhux inkluża fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa jew fit-Tabella I tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675; |
|
(b) |
jekk l-intermedjarju finanzjarju li jagħmel it-talba jkun istituzzjoni ta’ kreditu, ditta tal-investiment jew depożitorju ċentrali tat-titoli, awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti rilevanti fil-ġuriżdizzjoni tar-residenza għal finijiet ta’ taxxa biex iwettaq attivitajiet ta’ kustodja; jew jekk l-intermedjarju finanzjarju li jagħmel it-talba jkun depożitorju ċentrali tat-titoli, awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti rilevanti fil-ġuriżdizzjoni tar-residenza għal finijiet ta’ taxxa biex iwettaq tali attivitajiet; meta l-intermedjarju finanzjarju li jagħmel it-talba jkun residenti għal finijiet ta’ taxxa f’ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz u jkun kiseb tali awtorizzazzjoni skont ir-regoli nazzjonali li ma jkunux meqjusa komparabbli mad-Direttiva 2013/36/UE jew mad-Direttiva 2014/65/UE, kif applikabbli, minn Stat Membru, dak l-Istat Membru jista’ jqis li dan ir-rekwiżit ma jkunx ġie issodisfat; |
|
(c) |
dikjarazzjoni tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), jew ma’ regoli komparabbli ta’ ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz mhux inkluża fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa jew fuq it-Tabella I tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675. |
2. Stat Membru għandu jippermetti li intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jaġixxi f’isem intermedjarju finanzjarju ieħor li jkun parti mill-istess grupp u jassumi l-obbligu stipulat fl-Artikolu 7 u l-obbligi u r-responsabbiltajiet stipulati fl-Artikoli 10 sa 15.
3. Jekk, għal finijiet ta’ taxxa, l-intermedjarju finanzjarju li jagħmel it-talba jkun residenti f’ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz fejn la d-Direttiva 2010/24/UE u lanqas konvenzjoni li tipprovdi assistenza fil-ġbir tat-taxxi ma tapplika għall-irkupru tat-telf kollu fid-dħul mit-taxxa f’ras il-għajn jew ta’ parti minnu skont l-Artikolu 18, l-Istat Membru li lilu tkun ġiet ippreżentata t-talba jista’ jirrikjedi garanziji suffiċjenti u proporzjonati biex jiżgura l-irkupru ta’ tali telf fir-rigward tat-talbiet għall-ħelsien.
4. Stat Membru jista’ jirrifjuta t-talba għal reġistrazzjoni jekk:
|
(a) |
l-intermedjarju finanzjarju kkonċernat ikun wettaq reat jew ksur wieħed jew aktar skont ir-regoli nazzjonali ta’ Stat Membru jew ta’ ġuriżdizzjoni oħra u tali reati jew ksur wassal għal telf fid-dħul mit-taxxa f’ras il-għajn; jew |
|
(b) |
tkun infetħet inkjesta dwar frodi tat-taxxa jew abbuż tat-taxxa potenzjali minn Stat Membru jew ġuriżdizzjoni oħra fir-rigward tal-intermedjarju finanzjarju kkonċernat li jista’ jwassal għal telf fid-dħul mit-taxxa f’ras il-għajn. |
Għall-finijiet tal-punt (a), l-Istat Membru tas-sors għandu jqis biss tali reati jew ksur sa fejn dawn ikunu ġew għall-attenzjoni ta’ dak l-Istat Membru mhux aktar minn 10 snin qabel is-sottomissjoni tat-talba għal reġistrazzjoni.
5. L-intermedjarji finanzjarji għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, il-punti (a) sa (c).
6. Meta t-talba għal reġistrazzjoni tiġi miċħuda skont il-paragrafu 4, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-intermedjarju finanzjarju jitħalla jressaq talba oħra għal reġistrazzjoni, jekk l-Istat Membru jkun iddetermina li ċ-ċirkostanzi li kkawżaw ir-rifjut ikunu ġew rimedjati.
Artikolu 9
Tneħħija mir-reġistru nazzjonali
1. Stat Membru għandu jneħħi mir-reġistru nazzjonali tiegħu kwalunkwe intermedjarju finanzjarju ċċertifikat irreġistrat skont l-Artikolu 7(2), fejn l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat:
|
(a) |
jitlob għal tali tneħħija; jew |
|
(b) |
ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8. |
2. Stat Membru jista’ jneħħi mir-reġistru nazzjonali tiegħu kwalunkwe intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li rreġistra skont l-Artikolu 7(2):
|
(a) |
meta l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ikun instab li ma kkonformax mal-obbligi tiegħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jew id-Direttiva (UE) 2015/849 jew skont regoli komparabbli ta’ pajjiż terz ta’ residenza għal finijiet ta’ taxxa; jew |
|
(b) |
meta l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ikun instab li jkun wettaq reat jew ksur wieħed jew aktar skont ir-regoli nazzjonali ta’ Stat Membru jew ġuriżdizzjoni oħra u tali reati jew ksur wassal għal telf fid-dħul mit-taxxa f’ras il-għajn; jew |
|
(c) |
meta tkun infetħet inkjesta minn Stat Membru jew ġuriżdizzjoni oħra fir-rigward tal-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat dwar frodi tat-taxxa jew abbuż tat-taxxa potenzjali li jista’ jwassal għal telf fid-dħul mit-taxxa f’ras il-għajn. |
Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istat Membru tas-sors għandu jqis biss tali reati jew ksur sa fejn dawn saru magħrufa minn dak l-Istat Membru mhux aktar minn 10 snin qabel it-tneħħija tal-intermedjarju finanzjarju.
3. Stat Membru jista’ jipprojbixxu lil kwalunkwe intermedjarju finanzjarju ċċertifikat irreġistrat skont l-Artikolu 7(1) milli jitlob ħelsien skont din id-Direttiva:
|
(a) |
meta l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ikun instab li ma kkonformax mal-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva jew id-Direttiva (UE) 2015/849 jew ma’ regoli komparabbli ta’ pajjiż terz ta’ residenza għal finijiet ta’ taxxa; jew |
|
(b) |
meta l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ikun instab li wettaq reat jew ksur wieħed jew aktar skont ir-regoli nazzjonali ta’ Stat Membru jew ġuriżdizzjoni oħra u tali reati jew ksur jkun wassal għal telf fid-dħul mit-taxxa f’ras il-għajn; jew |
|
(c) |
meta tkun infetħet inkjesta minn Stat Membru jew ġuriżdizzjoni oħra fir-rigward tal-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat dwar frodi tat-taxxa jew abbuż tat-taxxa potenzjali li jista’ jwassal għal telf fid-dħul mit-taxxa f’ras il-għajn. |
Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istat Membru tas-sors għandu’ jqis biss tali reati jew ksur sa fejn dak l-Istat Membru jkun sar jaf bih mhux aktar minn 10 snin qabel il-projbizzjoni li jintalab ħelsien.
Meta Stat Membru jipprojbixxi intermedjarju finanzjarju ċċertifikat skont dan il-paragrafu, huwa għandu jaġġorna mingħajr dewmien l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru nazzjonali skont dan.
4. Meta Stat Membru jneħħi intermedjarju finanzjarju mir-reġistru nazzjonali skont il-paragrafu 1 jew 2, jew jipprojbixxi intermedjarju finanzjarju ċċertifikat milli jitlob ħelsien skont il-paragrafu 3, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-intermedjarju finanzjarju jiġi rreġistrat mill-ġdid jew jitħalla jressaq talba oħra għall-ħelsien, jekk l-Istat Membru jiddetermina li ċ-ċirkostanzi li kkawżaw it-tneħħija jew il-projbizzjoni jkunu ġew irrimedjati.
Artikolu 10
Obbligu ta’ rapportar
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedu li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati rreġistrati fir-reġistru nazzjonali tagħhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom l-informazzjoni msemmija taħt l-intestaturi A sa E tal-Anness II sat-tieni xahar wara x-xahar tad-data tal-pagament. Jekk struzzjoni ta’ saldu fir-rigward ta’ kwalunkwe parti ta’ tranżazzjoni tkun pendenti, l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati għandhom jindikaw il-parti li għaliha jkun pendenti s-saldu.
2. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati fir-reġistru nazzjonali tagħhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom l-informazzjoni msemmija taħt l-intestatura F, u fejn applikabbli, l-intestatura G tal-Anness II, sat-tieni xahar wara x-xahar tad-data tal-pagament.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedu li intermedjarji finanzjarji ċċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 5(5) jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u, fejn applikabbli, il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kwalunkwe parti mill-katina tal-pagamenti tat-titoli li għaliha l-intermedjarju finanzjarju li jiġġestixxi l-pagament ma jkunx intermedjarju finanzjarju ċċertifikat.
4. Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedu li l-aġent tat-taxxa f’ras il-għajn jew intermedjarju finanzjarju ċċertifikat fil-katina tal-pagamenti tat-titoli rilevanti biss, maħtur mill-awtorità kompetenti tagħhom jew deżinjat skont ir-regoli nazzjonali, jirrapporta l-informazzjoni msemmija f’dawk il-paragrafi lill-awtorità kompetenti. L-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni tul il-katina tal-pagamenti tat-titoli f’ordni sekwenzjali, u fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ dawk l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati fil-katina tal-pagamenti tat-titoli li huma parti minnha, b’effett li fl-aħħar mill-aħħar tasal għand l-aġent tat-taxxa f’ras il-għajn jew l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ikkonċernat.
5. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2(5) li jagħżlu li japplikaw il-Kapitolu III u li jiġġestixxu reġistru nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 5 ma għandhomx jirrikjedu rapportar ta’ informazzjoni taħt l-intestatura E tal-Anness II.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli kompjuterizzati standard, li jinkludu l-arranġamenti lingwistiċi, u r-rekwiżiti għall-kanali ta’ komunikazzjoni, għar-rapportar tal-informazzjoni msemmija fl-Anness II. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.
7. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati fir-reġistru nazzjonali tagħhom iżommu d-dokumentazzjoni li ssostni l-informazzjoni rrapportata għal 10 snin u li jipprovdu aċċess għal kwalunkwe informazzjoni oħra neċessarja għall-applikazzjoni korretta tar-regoli dwar it-taxxi f’ras il-għajn u għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati jħassru jew janonimizzaw kwalunkwe data personali inkluża f’tali dokumentazzjoni hekk kif l-awditjar ikun tlesta u mhux aktar tard minn 10 snin wara r-rapportar.
Artikolu 11
Talba għal ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn jew rifużjoni rapida
1. L-Istati Membri tas-sors għandhom jirrikjedu li intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li jiġġestixxi l-kont tal-investiment ta’ sid irreġistrat li jirċievi dividendi mqassma jew imgħaxijiet imħallsa minn resident fl-Istat Membru tas-sors jitlob ħelsien skont l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14, kif applikabbli, f’isem dak is-sid irreġistrat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
is-sid irreġistrat ikun awtorizza lill-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat biex jitlob il-ħelsien f’ismu; u |
|
(b) |
l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ikun ivverifika u stabbilixxa l-eliġibbiltà għall-ħelsien tas-sid irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 12 jew l-Artikolu 15, kif applikabbli. |
2. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, kompletament jew parzjalment, talbiet għal ħelsien skont is-sistemi kif previsti fl-Artikoli 13 u 14, fejn tkun teżisti kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
id-dividend ikun tħallas fuq sehem innegozjat pubblikament li s-sid irreġistrat ikun kiseb fi tranżazzjoni mwettqa sa perjodu ta’ ħamest ijiem qabel id-data ex-dividend; |
|
(b) |
il-pagament tad-dividendi fuq it-titolu sottostanti li għalih jintalab il-ħelsien huwa marbut ma’ arranġament finanzjarju li ma jkunx ġie saldat, ma jkunx skada jew ġie tterminat b’xi mod ieħor qabel id-data ex-dividend; |
|
(c) |
mill-inqas wieħed mill-intermedjarji finanzjarji fil-katina tal-pagamenti tat-titoli ma jkunx intermedjarju finanzjarju ċċertifikat u l-ebda intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ma jkun assuma l-pożizzjoni ta’ dak l-intermedjarju finanzjarju għall-finijiet tal-Artikolu 10 f’konformità mal-Artikolu 5(5). |
|
(d) |
tintalab eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn; |
|
(e) |
tintalab rata mnaqqsa tat-taxxa f’ras il-għajn li ma tirriżultax minn trattati kontra t-taxxa doppja; |
|
(f) |
il-pagament tad-dividendi jaqbeż ammont gross ta’ mill-inqas EUR 100 000, għal kull sid irreġistrat u għal kull data ta’ pagament. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (f), ta’ dan il-paragrafu, l-ammont tal-pagament tad-dividendi għandu jiġi ddeterminat mill-ammont ta’ dividendi gross għal kull investitur li jkollu ekwità f’impriża ta’ investiment kollettiv fejn dak l-investitur sottostanti jkun intitolat għall-ħelsien skont l-Artikolu 15(2), il-punti (a) jew (b), kif applikabbli.
3. Il-paragrafu 2, il-punt (f), ma għandux japplika meta kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin tkun intitolata għall-ħelsien mit-taxxa f’ras l-għajn eċċessiva:
|
(a) |
skema statutorja ta’ pensjoni ta’ Stat Membru jew istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali rreġistrata jew awtorizzata fi Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2341; jew |
|
(b) |
impriża ta’ investiment kollettiv li hija UCITS) stabbilita skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, AIF tal-UE jew AIFM tal-UE. |
4. Il-paragrafu 2 għandu japplika għal kwalunkwe arranġament li permezz tiegħu l-pagament tad-dividendi jinqasam jew għal kwalunkwe impriża ta’ investiment kollettiv għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b), li tkun ġiet stabbilita bil-għan uniku li l-pagament tad-dividendi jinżamm taħt l-ammont imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (f).
5. Minkejja l-paragrafu 1, meta l-intermedjarju finanzjarju li jiġġestixxi l-kont tal-investiment ta’ sid irreġistrat ma jkunx intermedjarju finanzjarju ċċertifikat, l-Istati Membri għandhom jippermettu li intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jitlob il-ħelsien skont l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14, kif applikabbli, soġġett għall-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 10.
6. Is-sistemi tal-ħelsien skont l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14, kif applikabbli, ma għandhomx inaqqsu s-setgħat ta’ kontroll tal-Istati Membri, skont ir-regoli nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-introjtu taxxabbli li fir-rigward tiegħu jkun ġie applikat tali ħelsien u ma jaffettwawx id-drittijiet ta’ tassazzjoni tal-Istati Membri.
7. Fejn, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, Stat Membru jkollu sistema għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn jew sistema ta’ rifużjoni rapida, jew taħlita tagħhom, u dak l-Istat Membru japplika l-Kapitolu III skont l-Artikolu 2, dak l-Istat Membru għandu jiżgura l-konformità ta’ dik is-sistema mal-Kapitolu III għal kwalunkwe talba għall-ħelsien koperta minn din id-Direttiva, jiġifieri ħelsien relatat ma’ dividendi li jirriżultaw minn ishma nnegozjati pubblikament u, meta l-Istat Membru jiddeċiedi li jinkludi imgħax minn bonds innegozjati pubblikament imħallsa lil persuni mhux residenti, ukoll għal tali imgħax L-Istati Membri jistgħu wkoll jiġġestixxu u japplikaw sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn nazzjonali eżistenti għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu li fihom il-verifiki jitwettqu sabiex:
|
(a) |
jiżguraw trattament ugwali bejn sitwazzjonijiet domestiċi u transfruntieri għall-konformità mal-Kapitoli 2 u 4 tat-Titolu IV tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jew |
|
(b) |
japplikaw rati mnaqqsa tat-taxxa f’ras il-għajn f’konformità mad-Direttivi tal-Kunsill 2003/49/KE (18) jew 2011/96/UE (19). |
Artikolu 12
Diliġenza dovuta tal-eliġibbiltà tas-sid irreġistrat
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedu li l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li jitlob il-ħelsien f’isem sid irreġistrat skont l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14, kif applikabbli, jikseb dikjarazzjoni mis-sid irreġistrat li s-sid irreġistrat:
|
(a) |
huwa intitolat għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn fir-rigward tad-dividend jew l-imgħax f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew trattat kontra t-taxxa doppja, fejn applikabbli, inkluż il-bażi legali u r-rata tat-taxxa f’ras il-għajn applikabbli; u |
|
(b) |
jekk meħtieġ mill-Istat Membru tas-sors, huwa s-sid benefiċjarju tad-dividend jew l-imgħax f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew trattat kontra t-taxxa doppja, fejn applikabbli; u |
|
(c) |
kien involut jew le f’arranġament finanzjarju marbut mas-sehem nnegozjat pubblikament sottostanti li ma jkunx ġie saldat, ma jkunx skada jew ġie tterminat b’xi mod ieħor qabel id-data ex-dividend; u |
|
(d) |
jintrabat li jinforma lill-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi tiegħu mingħajr dewmien żejjed. |
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedu li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati li jitolbu l-ħelsien f’isem sid irreġistrat skont l-Artikoli 13 u 14, kif applikabbli, jivverifikaw, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għal dawk l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati:
|
(a) |
l-eTRC tas-sid irreġistrat jew prova tar-residenza tat-taxxa f’pajjiż terz meqjusa xierqa mill-Istat Membru tas-sors; |
|
(b) |
minkejja l-punt (a), id-dokumentazzjoni meqjusa xierqa mill-Istat Membru tas-sors, f’każijiet fejn sid irreġistrat ikun entità li għaliha ma jistax jinħareġ eTRC jew li ma tistax tikseb prova ta’ residenza tat-taxxa f’pajjiż terz minħabba li l-entità tiġi injorata għal finijiet ta’ taxxa u l-introjtu tagħha, jew parti minnu, jiġi ntaxxat fil-livell tal-persuni li għandhom interess f’dik l-entità, iżda dik l-entità hija intitolata għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn fir-rigward tad-dividend jew l-imgħax f’konformità ma-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew trattat kontra t-taxxa doppja, fejn applikabbli; |
|
(c) |
id-dikjarazzjoni u r-residenza tat-taxxa tas-sid irreġistrat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-konfront tal-informazzjoni li l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat kiseb jew għandu obbligu li jikseb, inkluż l-informazzjoni miġbura għal finijiet tat-taxxa oħra jew abbażi tar-rekwiżiti b’rabta mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, li l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat huwa soġġett għalihom skont id-Direttiva (UE) 2015/849, jew informazzjoni komparabbli meħtieġa f’pajjiżi terzi; |
|
(d) |
l-intitolament tas-sid irreġistrat għal rata mnaqqsa speċifika ta’ taxxa f’ras il-għajn f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew ma’ trattat kontra t-taxxa doppja bejn l-Istat Membru tas-sors u l-ġuriżdizzjonijiet fejn is-sid irreġistrat ikun residenti għal finijiet ta’ taxxa; |
|
(e) |
f’każ ta’ pagament tad-dividendi, l-eżistenza possibbli ta’ kwalunkwe arranġament finanzjarju li ma jkunx ġie saldat, ma jkunx skada jew ġie tterminat b’xi mod ieħor fid-data ex-dividend; |
|
(f) |
f’każ ta’ pagament tad-dividendi, jekk is-sehem sottostanti ġie akkwistat mis-sid irreġistrat fi tranżazzjoni mwettqa qabel jew f’perjodu ta’ ħamest ijiem qabel id-data ex-dividend. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru tas-sors jista’ jqis ċertifikat ta’ residenza tat-taxxa bħala prova xierqa ta’ residenza tat-taxxa f’pajjiż terz jekk il-kontenut taċ-ċertifikat huwa ekwivalenti għal dak previst fl-Artikolu 4(2) u ċ-ċertifikat jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi fil-punt 1 tal-Anness I.
3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jikseb id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jwettaq il-verifiki previsti fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), fuq bażi annwali sakemm l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat ma jkunx jaf jew suppost jaf li hemm bidla fiċ-ċirkostanzi jew li d-dikjarazzjoni jew l-informazzjoni li għandha tiġi vverifikata ma tkunx korretta jew affidabbli.
4. Fil-każ previst fl-Artikolu 5(5), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat joqgħod fuq id-dokumentazzjoni miġbura u l-informazzjoni vverifikata mill-intermedjarju finanzjarju li jiġġestixxi l-kont tal-investiment ta’ sid irreġistrat skont dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-fatt li dawk l-obbligi jibqgħu r-responsabbiltà tal-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat.
5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati li jitolbu l-ħelsien skont l-Artikolu 13 jew 14, kif applikabbli, iżommu d-dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha u jipprovdu aċċess għaliha f’konformità mal-Artikolu 10(7).
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu mudelli standard ta’ formoli kompjuterizzati għad-dikjarazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu, inkluż l-arranġamenti lingwistiċi. Tali mudelli għandhom jinkludu l-informazzjoni mniżżla fil-paragrafu 1, il-punti (a), (c), u (d), ta’ dan l-Artikolu u jippermettu lill-Istati Membri jitolbu informazzjoni addizzjonali speċifika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.
Artikolu 13
Sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema li tippermetti lill-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati li jiġġestixxu l-kont tal-investiment ta’ sid irreġistrat jitolbu l-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn f’isem sid irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 11 billi jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-aġent tat-taxxa f’ras il-għajn:
|
(a) |
ir-residenza tat-taxxa tas-sid irreġistrat jew l-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), il-punt (b), fejn applikabbli; u |
|
(b) |
ir-rata applikabbli tat-taxxa f’ras il-għajn fuq il-pagament f’konformità mar-regoli nazzjonali jew ma’ trattat kontra t-taxxa doppja, kif applikabbli. |
Artikolu 14
Sistema tar-rifużjoni rapida
1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema biex jippermettu lill-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati li jiġġestixxu l-kont tal-investiment ta’ sid irreġistrat jitolbu rifużjoni rapida tat-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva f’isem is-sid irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 11 jekk l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu tiġi pprovduta qabel tmiem it-tieni xahar wara x-xahar tad-data tal-pagament tad-dividend jew tal-imgħax.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipproċessaw talba għal rifużjoni magħmula f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 60 jum kalendarju wara t-tmiem tal-perjodu biex tintalab ir-rifużjoni rapida. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-imgħax f’konformità mal-Artikolu 16 fuq l-ammont ta’ tali rifużjoni għal kull jum ta’ dewmien wara s-60 jum.
3. Intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li jitlob rifużjoni rapida għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Istat Membru rilevanti:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tas-sid irreġistrat kif imsemmi fl-intestatura B tal-Anness II; |
|
(b) |
l-identifikazzjoni tal-pagament tad-dividend jew tal-imgħax kif imsemmi fl-intestaturi D u G tal-Anness II, fejn applikabbli; |
|
(c) |
il-bażi tar-rata tat-taxxa f’ras il-għajn applikabbli u l-ammont totali ta’ taxxa f’ras il-għajn eċċessiva li għandha tiġi rimborżata; |
|
(d) |
ir-residenza tat-taxxa tas-sid irreġistrat, inkluż il-kodiċi ta’ verifika tal-eTRC, fejn applikabbli, jew l-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), il-punt (b), fejn applikabbli; |
|
(e) |
id-dikjarazzjoni tas-sid irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 12. |
4. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw talba għal rifużjoni magħmula skont dan l-Artikolu fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1 jew 3 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 11 jew 12 ma jiġux issodisfati; |
|
(b) |
l-informazzjoni neċessarja biex tinbena mill-ġdid il-katina tal-pagamenti tat-titoli rilevanti u msemmija fl-Anness II ma tkunx ġiet ipprovduta kompletament u b’mod korrett fi tmiem il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
l-Istat Membru, abbażi tal-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju, jibda kwalunkwe proċedura ta’ verifika jew awditu tat-taxxa skont ir-regoli nazzjonali tiegħu fir-rigward tat-talba għar-rifużjoni. |
5. Rifjut ta’ talba għal rifużjoni skont il-paragrafu 4 ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta’ imgħax ta’ inadempjenza f’konformità mal-paragrafu 2 fil-każ li r-rifużjoni finalment tiġi mogħtija u ċ-ċirkostanzi mniżżla fil-paragrafu 4, il-punti (a) jew (b), ma jeżistux.
6. Ir-rifjut kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b), għandu jiġi kkomunikat lill-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li jagħmel it-talba u ma għandux jipprekludi talba għal rifużjoni skont is-sistema ta’ rifużjoni standard stabbilita skont ir-regoli nazzjonali.
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli kompjuterizzati standard, li jinkludu l-arranġamenti lingwistiċi, u rekwiżiti għall-kanali ta’ komunikazzjoni għas-sottomissjoni ta’ talbiet skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet speċjali għall-investimenti indiretti
1. L-Istati Membri għandhom jippermettu li intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li jiġġestixxi l-kont tal-investiment ta’ sid irreġistrat li jirċievi dividendi jew imgħax jitlob ħelsien skont l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14, kif applikabbli, f’isem dak is-sid irreġistrat, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-sid irreġistrat għandu jkun:
|
(a) |
impriża ta’ investiment kollettiv, li żżomm titoli f’isem investituri intitolati għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn fir-rigward tad-dividendi jew l-imgħax f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew trattat kontra t-taxxa doppja, fejn applikabbli; jew |
|
(b) |
persuna ġuridika deżinjata skont ir-regoli tal-fond, l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni jew il-prospett ta’ impriża ta’ investiment kollettiv li żżomm it-titoli fil-kont tal-investiment li jagħtu lok għad-dividend jew l-imgħax, u li tiġġestixxi rekords interni li jippermettu l-allokazzjoni individwali ta’ dawk it-titoli lil dik l-impriża ta’ investiment kollettiv jew lill-investituri f’dik l-impriża ta’ investiment kollettiv, kif applikabbli, fejn l-impriża ta’ investiment kollettiv jew l-investituri fl-impriża ta’ investiment kollettiv ikunu intitolati għall-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn fir-rigward ta’ dak id-dividend jew l-imgħax f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew trattat kontra t-taxxa doppja, fejn applikabbli. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li jitlob il-ħelsien għandu jikseb dikjarazzjoni mingħand:
|
(a) |
kull impriża ta’ investiment kollettiv intitolata għall-ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn jew kull investitur fl-impriża ta’ investiment kollettiv intitolata għal tali ħelsien, kif applikabbli, li t-titoli tagħhom ikunu miżmuma mis-sid irreġistrat li jindikaw li:
|
|
(b) |
is-sid irreġistrat imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), li tindika r-rati tat-taxxa f’ras il-għajn applikabbli fir-rigward tad-dividend jew l-imgħax imħallas; |
|
(c) |
is-sid irreġistrat imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b), li tidentifika l-impriża ta’ investiment kollettiv li għaliha jinżammu t-titoli li jwasslu għad-dividend jew l-imgħax, f’konformità mar-rekords interni tagħha, u li tindika r-rati tat-taxxa f’ras il-għajn applikabbli fir-rigward tad-dividend jew l-imgħax imħallas; |
|
(d) |
is-sid irreġistrat bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1), il-punti (c) u (d). |
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li jitlob il-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn skont l-Artikolu 13 għandu jipprovdi lill-aġent tat-taxxa f’ras il-għajn:
|
(a) |
bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (b) jew (c), ta’ dan l-Artikolu kif applikabbli; u, fir-rigward tal-impriża ta’ investiment kollettiv jew tal-investituri f’impriża ta’ investiment kollettiv, b’informazzjoni dwar ir-residenza tat-taxxa tagħhom jew l-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), il-punt (b), kif applikabbli, minflok bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13; u |
|
(b) |
jekk l-investituri f’impriża ta’ investiment kollettiv ikunu intitolati għall-ħelsien, l-ammont ta’ dividendi jew imgħax attribwibbli lil kull investitur intitolat għall-ħelsien skont l-Artikolu 15(2), kif applikabbli. |
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jitlob il-ħelsien skont l-Artikolu 14, dan għandu, minflok bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punti (d) u (e), jipprovdi lill-Istat Membru tas-sors bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u bir-residenza tat-taxxa tal-impriża ta’ investiment kollettiv jew tal-investituri f’impriża ta’ investiment kollettiv, inkluż il-kodiċi ta’ verifika tal-eTRC jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), il-punt (b), kif applikabbli. Jekk l-investituri f’impriża ta’ investiment kollettiv ikunu intitolati għall-ħelsien, l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat għandu jipprovdi wkoll lill-Istat Membru tas-sors bl-ammont ta’ dividendi jew imgħax attribwibbli lil kull investitur intitolat għall-ħelsien skont l-Artikolu 15(2), kif applikabbli.
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati li jitolbu l-ħelsien skont dan l-Artikolu jivverifikaw, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom:
|
(a) |
id-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), il-punt (a) jew (b), fir-rigward ta’ kull impriża ta’ investiment kollettiv jew kull investitur f’impriża ta’ investiment kollettiv, kif applikabbli, intitolat għall-ħelsien; |
|
(b) |
l-intitolament tal-impriża ta’ investiment kollettiv jew tal-investituri f’impriża ta’ investiment kollettiv, kif applikabbli, għal eżenzjoni speċifika jew rata mnaqqsa ta’ taxxa f’ras il-għajn f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tas-sors jew trattat kontra t-taxxa doppja bejn l-Istat Membru tas-sors u l-ġuriżdizzjoni ta’ residenza għal finijiet ta’ taxxa, kif applikabbli; |
|
(c) |
fil-każ ta’ pagament ta’ dividend, l-eżistenza possibbli ta’ kwalunkwe arranġament finanzjarju li ma jkunx ġie saldat, skada jew ġie tterminat b’xi mod ieħor qabel id-data ex-dividend. |
7. L-Artikolu 12(1), (2) u (3) ma għandhomx japplikaw fejn il-ħelsien jintalab fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli kompjuterizzati standard, li jinkludu l-arranġamenti lingwistiċi, u r-rekwiżiti għall-kanali ta’ komunikazzjoni għas-sottomissjoni ta’ talbiet skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.
Artikolu 16
Imgħax ta’ inadempjenza
Skont l-Artikolu 14(2), l-Istati Membri għandhom, fejn previst skont ir-regoli nazzjonali, japplikaw imgħax b’rata ugwali għall-imgħax, jew imposta ekwivalenti, applikata mill-Istat Membru għal pagamenti tard ta’ rifużjonijiet tat-taxxa f’ras il-għajn relatati mat-tassazzjoni ta’ dividendi jew imgħax, kif applikabbli.
Artikolu 17
Sistema ta’ rifużjoni standard
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistema ta’ rifużjoni standard tkun fis-seħħ u applikabbli fejn talbiet għall-ħelsien fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jkunu esklużi mis-sistema tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn skont l-Artikolu 13 u mis-sistema ta’ rifużjoni rapida skont l-Artikolu 14, kif applikabbli.
2. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex jirrikjedu li, meta l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14, kif rilevanti„ ma japplikaw għal dividendi minħabba li l-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva ma jkunux issodisfati, dawk intitolati għar-rifużjoni jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom li jitlob rifużjoni tat-taxxa f’ras il-għajn eċċessiva fuq tali dividendi jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa taħt l-intestatura E tal-Anness II, ħlief jekk dik l-informazzjoni tkun diġà ġiet ipprovduta skont l-Artikolu 10.
Artikolu 18
Responsabbiltà
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri skont ir-regoli nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li ma jikkonformax, kemm kompletament jew parzjalment, mal-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 10, 11, 12, 13, 14 jew 15 ikun jista’ jinżamm responsabbli għat-telf kollu tad-dħul mit-taxxa f’ras il-għajn jew għal parti minnu.
KAPITOLU IV
Penali u dispożizzjonijiet finali
Artikolu 19
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 20
Pubblikazzjonijiet mill-ESMA
1. Mhux aktar tard mill-2026, l-ESMA għandha tippubblika, fuq bażi annwali u fi żmien 120 jum tax-xogħol mill-bidu ta’ kull sena, il-kapitalizzazzjoni tas-suq u l-proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ kull Stat Membru mill-inqas għas-sena preċedenti. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kapitalizzazzjoni tas-suq u l-proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq kif definit fl-Artikoli 3(1), il-punti (32) u (33), rispettivament. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2025.
2. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 21
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 22
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2032, tevalwa l-impatt ta’ dan li ġej fuq l-ilħuq tal-objettivi ta’ din id-Direttiva:
|
(a) |
il-mekkaniżmi ta’ rapportar tal-Artikolu 10; u |
|
(b) |
l-għażla li ma jiġix applikat il-Kapitolu III mill-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(3). |
Il-Kummissjoni għandha, fl-istess perjodu ta’ żmien, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2034 u kull ħames snin wara dan, teżamina u tevalwa l-funzjonament ta’ din id-Direttiva, inkluż il-ħtieġa potenzjali li jiġu emendati dispożizzjonijiet speċifiċi, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni data statistika annwali rilevanti, kif imsemmi fil-paragrafu 4, għall-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva, bil-għan li jittejbu l-proċeduri tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn sabiex titnaqqas it-taxxa doppja u jiġi miġġieled l-abbuż tat-taxxa.
4. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), tistabbilixxi lista ta’ data statistika annwali li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif ukoll il-format u l-kundizzjonijiet biex tiġi kkomunikata dik l-informazzjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha żżomm l-informazzjoni kkomunikata lilha skont din id-Direttiva kunfidenzjali f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
6. L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont il-paragrafu 3, kif ukoll kwalunkwe rapport jew dokument prodott mill-Kummissjoni li juża tali informazzjoni, jistgħu jiġu trażmessi lil Stati Membri oħra. Kwalunkwe informazzjoni tali trażmessa għandha tkun koperta mill-obbligu ta’ segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili skont ir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru li jkun irċevieha.
Artikolu 23
Protezzjoni ta’ data personali
1. L-Istati Membri għandhom, għall-finijiet tal-applikazzjoni korretta ta’ din id-Direttiva, jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 13 sa 19 tar-Regolament (UE) 2016/679 sal-punt meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 23(1), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament sa fejn tali obbligi jew l-eżerċizzju ta’ tali drittijiet jistgħu jipperikolaw dawk l-interessi.
2. Meta jipproċessaw data personali, l-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet rispettivi tagħhom skont din id-Direttiva.
3. L-informazzjoni, inkluż id-data personali, ipproċessata f’konformità ma’ din id-Direttiva, ma għandhiex tinżamm għal aktar milli hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, u fi kwalunkwe każ f’konformità mar-regoli domestiċi ta’ kull kontrollur tad-data dwar l-istatut ta’ limitazzjonijiet.
Artikolu 24
Notifika
Stat Membru li jistabbilixxi u jiġġestixxi reġistru nazzjonali skont l-Artikolu 5, għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil sussegwenti fir-regoli li jirregolaw dak ir-reġistru nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u taġġornaha kif meħtieġ.
Artikolu 25
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2030.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) fil-mument tat-traspożizzjoni tad-Direttiva u li ma jagħżlux li japplikaw il-Kapitolu III għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, kwalunkwe bidla sussegwenti fis-sistema nazzjonali tagħhom tal-ħelsien mit-taxxa f’ras il-għajn fir-rigward tal-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3(1), il-punt (31).
L-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità mal-Kapitolu III kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) jew fi żmien ħames snin mir-raba’ pubblikazzjoni konsekuttiva tad-data mill-ESMA, kif stabbilit fl-Artikolu 2(4), fejn ikun indikat li l-proporzjon tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ dak l-Istat Membru jkun laħaq jew qabeż il-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 2.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 27
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
(1) Opinjoni tat-28 ta’ Frar 2024 (ippubblikata fil-ĠU C, C/2024/6762, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6762/oj), u Opinjoni tal-14 ta’ Novembru 2024 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) ĠU C, C/2024/1580, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1580/oj.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(4) Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).
(10) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
(11) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(12) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(13) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(14) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(15) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(17) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49).
(19) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8).
ANNESS I
ĊERTIFIKAT DIĠITALI TA’ RESIDENZA TAT-TAXXA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4
Rekwiżiti tekniċi
|
1. |
Iċ-ċertifikat diġitali ta’ residenza tat-taxxa (eTRC) għandu:
|
|
2. |
Jekk ir-rekwiżiti legali u tekniċi fl-Unjoni jiġu ssodisfati, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu proċess ta’ verifika bbażat fuq il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, kif imsemmi fit-Taqsima 1 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, kif emendat bir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
Fl-implimentazzjoni tal-eTRC mill-Istati Membri l-Kummissjoni għandha tkun appoġġata minn Kumitat. Barra minn hekk, il-Kumitat jista’ jipprovdi appoġġ tekniku fir-rigward ta’ kwalunkwe bidla tal-bażi teknika tal-eTRC jew żviluppi tekniċi ġodda.
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj).
ANNESS II
RAPPORTAR KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 10 U 17
L-intermedjarji finanzjarji ċċertifikati għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja fil-format xml korrispondenti:
|
Tip ta’ informazzjoni |
Speċifikazzjoni |
||||||||||||||
|
|||||||||||||||
|
Isem l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat jew, fejn applikabbli, l-aġent tat-taxxa f’ras il-għajn |
|
||||||||||||||
|
Identifikatur uniku Ewropew (EUID), identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) jew alternattiva |
|
||||||||||||||
|
Indirizz uffiċjali |
|
||||||||||||||
|
Data rilevanti oħra |
In-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (NIT) assenjat mill-Istat Membru tas-sors, jekk disponibbli, u n-NIT assenjati mill-ġuriżdizzjoni(jiet) tar-residenza għal finijiet ta’ taxxa, ġuriżdizzjoni(jiet) emittenti tan-NIT Indirizz elettroniku u numru tat-telefon |
||||||||||||||
|
Indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni hijiex ipprovduta skont l-Artikolu 10(3) |
Identifikazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju li ma jkunx intermedjarju finanzjarju ċċertifikat (isem u EUID, LEI jew alternattiva) |
||||||||||||||
|
|||||||||||||||
|
Identifikazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju jew tal-investitur finali li jirċievi l-pagament tad-dividend jew tal-imgħax Meta tkun applikabbli l-opzjoni ta’ rapportar tal-Artikolu 10(4): l-aġent tat-taxxa f’ras il-għajn jew l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat iddeżinjat ikun meħtieġ jirrapporta dwar l-informazzjoni dwar l-investitur finali li jirċievi l-pagament tad-dividend jew tal-imgħax |
|
||||||||||||||
|
i. Persuna fiżika |
Isem, NIT assenjat mill-Istat Membru tas-sors, jekk disponibbli, u n-NIT assenjati mill-ġuriżdizzjoni(jiet) tar-residenza għal finijiet ta’ taxxa, ġuriżdizzjoni(jiet) emittenti tan-NIT, data tat-twelid, indirizz |
||||||||||||||
|
ii. Entità |
Isem, NIT assenjat mill-Istat Membru tas-sors, jekk disponibbli, u n-NIT assenjati mill-ġuriżdizzjoni(jiet) tar-residenza għal finijiet ta’ taxxa, ġuriżdizzjoni(jiet) emittenti tan-NIT, indirizz, LEI, fejn applikabbli, EUID, fejn applikabbli Fin-nuqqas ta’ numru ta’ identifikazzjoni, forma legali u data ta’ inkorporazzjoni |
||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar ir-residenza tat-taxxa (għandha timtela meta l-persuna fit-taqsima A tkun l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat tas-sid irreġistrat) |
il-kodiċi ta’ verifika tal-eTRC jew l-informazzjoni li tinsab fl-Artikolu 12(2), il-punt (b), fejn applikabbli |
||||||||||||||
|
Isem il-pajjiż tar-residenza tat-taxxa |
|||||||||||||||
|
Numru tal-kont tal-investiment |
Numru tal-kont fejn jinżammu t-titoli mill-intermedjarju finanzjarju/investitur li jirċievi l-pagament |
||||||||||||||
|
Tip ta’ kont |
It-tip ta’ kont skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u kontijiet oħra: A – Kont proprju (miżmum minn parteċipant fid-depożitarju ċentrali tat-titoli (CSD) tar-reġistru oriġinali tat-titoli) B – Kont ġenerali ta’ parti terza (miżmum minn parteċipant fis-CSD tar-reġistru oriġinali tat-titoli għall-kont tal-klijenti) C – Kont individwali ta’ parti terza (miżmum minn parteċipant fis-CSD tar-reġistru oriġinali tat-titoli f’isem klijent) D – Kont tar-reġistru tad-dettalji ta’ kont ġenerali ta’ parti terza (titoli ta’ klijent inklużi f’kont ġenerali ta’ parti terza miżmum minn parteċipant fis-CSD tar-reġistru oriġinali tat-titoli) E – Kont globali ta’ parti terza għajr B F – Kont individwali ta’ detentur tat-titoli għajr D jew C G – Tip ieħor ta’ kont |
||||||||||||||
|
|||||||||||||||
|
Identifikazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju mingħand min ir-rapportatur jirċievi l-pagament tad-dividend jew tal-imgħax Meta tkun applikabbli l-opzjoni ta’ rapportar tal-Artikolu 10(4): it-Taqsima C jkun fiha informazzjoni dwar kull intermedjarju finanzjarju ċċertifikat li huwa parti mill-katina tal-pagamenti tat-titoli. Din l-informazzjoni hija relatata mal-katina tal-pagamenti sekwenzjali tal-intermedjarji finanzjarji. |
|
||||||||||||||
|
ii. Persuna ġuridika |
Isem, LEI, NIT assenjat mill-Istat Membru tas-sors, jekk disponibbli, u n-NIT assenjati mill-ġuriżdizzjoni(jiet) tar-residenza għal finijiet ta’ taxxa, ġuriżdizzjoni(jiet) emittenti tan-NIT, indirizz, EUID, fejn applikabbli |
||||||||||||||
|
Numru tal-kont tal-investiment |
Numru tal-kont fejn l-intermedjarju finanzjarju/kontribwent li jirċievi l-pagament iżomm it-titoli |
||||||||||||||
|
Tip ta’ kont |
It-tip ta’ kont skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u kontijiet oħra:
|
||||||||||||||
|
|||||||||||||||
|
Emittent |
Isem, NIT jew, fin-nuqqas tiegħu, LEI jew EUID, indirizz uffiċjali |
||||||||||||||
|
CSD |
Identifikazzjoni tad-depożitarju ċentrali tat-titoli tar-reġistru oriġinali tat-titoli |
||||||||||||||
|
Numru ISIN (Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli) |
Identifikazzjoni tat-titolu |
||||||||||||||
|
Tip ta’ Titolu |
Tip ta’ sehem, sottostanti ta’ riċevuta depożitarja, bond |
||||||||||||||
|
Għadd ta’ titoli li jagħtu d-dritt li jiġi riċevut il-pagament |
Għadd ta’ titoli saldati |
||||||||||||||
|
Għadd ta’ titoli pendenti ta’ saldu |
|||||||||||||||
|
Tip ta’ pagament |
Flus kontanti Ishma (indikazzjoni ta’ jekk jidderivawx minn dividend fi stokks u n-numru ISIN) |
||||||||||||||
|
COAF (Identifikatur Uffiċjali tal-Avveniment ta’ Azzjoni Korporattiva) jew, jekk mhux disponibbli, informazzjoni dettaljata dwar id-distribuzzjoni |
Identifikazzjoni tal-avveniment (distribuzzjoni tad-dividend/imgħax) |
||||||||||||||
|
Dati rilevanti |
Data tal-ex-dividend, data tar-reġistrazzjoni, data tal-pagament |
||||||||||||||
|
L-ammont ta’ dividend jew imgħax riċevut/li għandu jiġi riċevut u l-munita |
Ammont gross, ammont nett |
||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar it-taxxa f’ras il-għajn |
Ir-rata tat-taxxa f’ras il-għajn applikata jew li għandha tiġi applikata, l-ammont miżmum, l-ammont u r-rata ta’ soprataxxa jekk applikabbli |
||||||||||||||
|
Il-bażi ġuridika tar-rata tat-taxxa f’ras il-għajn applikabbli (għandha timtela meta l-persuna fit-taqsima A tkun l-intermedjarju finanzjarju ċċertifikat tas-sid irreġistrat) |
|||||||||||||||
|
IBAN tal-kont tal-flus kontanti |
IBAN tal-kont li fih ikun ġie trasferit il-pagament |
||||||||||||||
|
|||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar il-perjodu ta’ żamma tal-ishma sottostanti nnegozjati pubblikament |
Żewġ kaxxi:
|
||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar l-arranġament finanzjarju |
Agħti prova ta’ kwalunkwe arranġament finanzjarju li jinvolvi l-ishma sottostanti nnegozjati pubblikament li ma jkunux ġew saldati, ma jkunux skadew jew ġew itterminati b’xi mod ieħor fid-data ex-dividend |
||||||||||||||
|
Għal ishma sottostanti marbuta ma’ arranġament finanzjarju – għadd ta’ ishma |
|||||||||||||||
|
Għal ishma sottostanti mhux marbuta ma’ arranġament finanzjarju – għadd ta’ ishma |
|||||||||||||||
|
|||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tat-titoli sottostanti minn sena qabel id-data tar-reġistrazzjoni sa u inkluż 45 jum wara d-data tar-reġistrazzjoni |
Data tan-negozju |
||||||||||||||
|
Dati tas-saldu kuntrattwali jew miftiehma |
|||||||||||||||
|
Dati tas-saldu attwali |
|||||||||||||||
|
L-għadd rispettiv ta’ titoli li huma soġġetti għan-negozjar |
|||||||||||||||
|
Tip ta’ tranżazzjoni: xiri, bejgħ, self, trasferiment, tip ieħor |
|||||||||||||||
|
|||||||||||||||
|
Meta tikkonċerna pagament ta’ dividendi li jirriżulta minn riċevuta depożitarja |
L-isem, in-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (eż. ISIN) tal-irċevuti depożitarji u tal-ishma sottostanti |
||||||||||||||
|
L-isem tal-bank li fih jiġu ddepożitati l-ishma sottostanti |
|||||||||||||||
|
Il-proporzjon tar-riċevuti depożitarji fil-konfront tal-ishma sottostanti |
|||||||||||||||
|
L-għadd ta’ riċevuti depożitarji miżmuma mis-sid irreġistrat li jagħtu d-dritt li jiġi riċevut il-pagament tad-dividendi |
|||||||||||||||
|
Id-data tal-pagament tad-dividend li jirriżulta minn riċevuta depożitarja |
|||||||||||||||
|
L-għadd totali ta’ riċevuti depożitarji maħruġa fid-data tar-reġistrazzjoni |
|||||||||||||||
|
L-għadd totali ta’ ishma sottostanti għar-riċevuti depożitarji kollha maħruġa fid-data tar-reġistrazzjoni |
|||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/50/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)