This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025H0063
Commission Recommendation (EU) 2025/63 of 15 January 2025 on reviewing outbound investments in technology areas critical for the economic security of the Union
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/63 tal-15 ta’ Jannar 2025 dwar ir-rieżami tal-investimenti ’l barra f’oqsma teknoloġiċi kritiċi għas-sigurtà ekonomika tal-Unjoni
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/63 tal-15 ta’ Jannar 2025 dwar ir-rieżami tal-investimenti ’l barra f’oqsma teknoloġiċi kritiċi għas-sigurtà ekonomika tal-Unjoni
C/2025/39
ĠU L, 2025/63, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/63/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/63 |
15.1.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/63
tal-15 ta’ Jannar 2025
dwar ir-rieżami tal-investimenti ’l barra f’oqsma teknoloġiċi kritiċi għas-sigurtà ekonomika tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli adottaw Komunikazzjoni Konġunta dwar l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika (1) (“l-Istrateġija”) biex jiġi stabbilit approċċ strateġiku komprensiv għas-sigurtà ekonomika. |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa’ waħda mill-aktar destinazzjonijiet u sħab attraenti għall-kumpaniji globali (2) u sors ewlieni ta’ investiment ’il barra. L-Unjoni tibqa’ impenjata għal ambjent ta’ investiment miftuħ. Madankollu, l-Istrateġija rrikonoxxiet li b’“tensjonijiet ġeopolitiċi u integrazzjoni ekonomika globali dejjem akbar minn qatt qabel, ċerti flussi u attivitajiet ekonomiċi jistgħu jippreżentaw riskju għas-sigurtà tagħna” filwaqt li “bidliet teknoloġiċi profondi qed iżidu l-intensità ta’ din il-kompetizzjoni u jagħmlu l-isfidi ekonomiċi u ta’ sigurtà aktar kumplessi”. |
|
(3) |
L-Istrateġija tidentifika firxa ta’ sfidi kumplessi għas-sigurtà ekonomika tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, li jirriflettu l-fatt li dawn l-isfidi jolqtu l-objettivi tal-kummerċ, tat-teknoloġija u tas-sigurtà li jeħtieġu rispons politiku integrat. L-indirizzar tar-riskji għas-sigurtà ekonomika se jgħin biex jiġi żgurat li l-Unjoni żżomm ir-rwol tagħha bħala mexxejja tat-teknoloġija, tkun kapaċi tippromwovi u tiddefendi l-interessi tagħha, tirrispondi għall-pressjonijiet ġeopolitiċi u tiflaħ għax-xokkijiet ekonomiċi. L-Istrateġija tiffoka fuq l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji f’erba’ kategoriji: ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista, ir-riskji għas-sigurtà fiżika u ċ-ċibersigurtà tal-infrastruttura kritika, ir-riskji għas-sigurtà tat-teknoloġija u r-riskji ta’ ħrib tat-teknoloġija u tal-użu tad-dipendenzi ekonomiċi jew il-koerċizzjoni ekonomika bħala arma. |
|
(4) |
Ir-riskji kkawżati mill-ħrib tat-teknoloġija x’aktarx li jkunu partikolarment akuti għal sett ristrett ta’ avvanzi teknoloġiċi li jistgħu jtejbu l-kapaċitajiet militari u ta’ intelligence ta’ atturi li jistgħu jużawhom biex jimminaw il-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Tali ħrib jenħtieġ li ma jiġix xprunat mill-kapital, l-għarfien espert u l-għarfien tal-Unjoni: inkluż fil-kuntest ta’ investiment ’il barra mill-Unjoni. |
|
(5) |
Biex tassisti l-valutazzjonijiet tagħha tar-riskji ta’ ħrib tat-teknoloġija marbuta mal-investiment ’il barra, f’Lulju 2023 il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Esperti ddedikat dwar l-Investimenti ‘l Barra magħmul minn esperti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri (“il-Grupp ta’ Esperti”) (3) li qed jeżamina l-kwistjonijiet relatati mar-riskju ta’ ħrib ta’ teknoloġija kritika u għarfien espert mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi intenzjonalment jew mhux intenzjonalment fil-kuntest ta’ investimenti ’l barra. |
|
(6) |
B’mod parallel, fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar oqsma kritiċi tat-teknoloġija (UE) 2023/2113, il-Kummissjoni identifikat għaxar oqsma teknoloġiċi għal valutazzjoni tar-riskju ulterjuri mal-Istati Membri (4). Wara dik ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni nediet valutazzjonijiet tar-riskju kollettivi fil-fond mal-Istati Membri ta’ xi wħud mill-oqsma tat-teknoloġija identifikati fiha. Ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet se jinfurmaw l-approċċ tal-Unjoni lejn l-investiment ’il barra, li jista’ jevolvi aktar flimkien mal-fehim aktar profond tar-riskji. |
|
(7) |
Il-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti kkonfermat li bħalissa l-Istati Membri ma jiġbrux sistematikament data dwar tranżazzjonijiet individwali ta’ investiment ’il barra u ma jirrieżaminawx tali investimenti b’mod li jista’ jippermetti l-identifikazzjoni jew il-valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà. Konsegwentement, l-għeluq tad-distakk eżistenti fl-għarfien b’rieżami sistematiku tal-investimenti ’l barra tal-Unjoni mill-Istati Membri jenħtieġ li jingħata prijorità sabiex ikun hemm diskussjoni ta’ politika infurmata u bbażata fuq il-fatti. |
|
(8) |
Id-determinazzjoni tal-ambitu tat-tħassib potenzjali dwar l-investiment ’il barra tippreżenta diversi sfidi. L-isfidi inizjali jinkludu l-fehim tal-firxa u n-natura tal-investimenti ’l barra tal-Unjoni, il-ġbir ta’ data u evidenza rilevanti, u l-valutazzjoni ta’ jekk dawn joħolqux jew jaggravawx riskji kollettivi identifikabbli b’mod ċar għas-sigurtà ekonomika. Sabiex jiġu indirizzati dawk l-isfidi, huwa meħtieġ li jinkiseb għarfien dwar it-tranżazzjonijiet individwali rilevanti, it-teknoloġija u l-għarfien espert relatati magħhom, u, fejn rilevanti, l-analiżi tad-data settorjali u x-xejriet tal-investiment. Ir-rieżami ta’ tranżazzjonijiet individwali jenħtieġ li jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa dwar l-investimenti ’l barra fis-sett ristrett ta’ oqsma teknoloġiċi. |
|
(9) |
Abbażi tal-informazzjoni miġbura, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jivvalutaw jekk hemmx xi riskji għas-sigurtà ekonomika relatati mal-investimenti ’l barra u jidentifikaw kwalunkwe lakuna fil-politiki eżistenti tal-UE, inkluż fir-rigward tal-kontrolli tal-kummerċ u tal-investiment rigward l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni ta’ tali riskji għas-sigurtà. Dan jenħtieġ li jgħin biex jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ għarfien aktar profond f’ċerti oqsma tat-teknoloġija, u biex jitfasslu risponsi proporzjonati u mmirati biex jittaffew ir-riskji identifikati jew permezz ta’ għodod eżistenti jew permezz ta’ strumenti ġodda fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni. |
|
(10) |
Biex tniedi dan il-proċess deskritt hawn fuq, il-Kummissjoni ppubblikat White Paper dwar l-investiment ’il barra (5) aktar kmieni din is-sena li tiddeskrivi l-ħidma inizjali tal-Unjoni dwar is-suġġett. L-għan tal-White Paper kien li tistieden kummenti mill-partijiet interessati sabiex tgħin lill-Kummissjoni tiddefinixxi l-ambitu ta’ Rakkomandazzjoni potenzjali tal-Kummissjoni dwar l-investiment ’il barra f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. |
|
(11) |
Il-White Paper kienet appoġġata minn konsultazzjoni pubblika biex tirċievi kontribut u reazzjonijiet strutturati għall-approċċ tagħha. (6) Ir-rispondenti għal din il-konsultazzjoni qablu li hemm bżonn li jiġu vvalutati r-riskji potenzjali relatati mal-investimenti ’l barra. Għalhekk, il-Kummissjoni tkompli bl-approċċ gradwali tagħha b’din ir-Rakkomandazzjoni u tistabbilixxi kamp ta’ applikazzjoni komuni biex tistruttura r-rieżami u l-valutazzjoni tar-riskju, filwaqt li l-Istati Membri se jiddeċiedu individwalment dwar id-dettalji tal-implimentazzjoni tagħha skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-oqsma tat-teknoloġija identifikati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2113, u filwaqt li jibnu fuq il-ħidma mal-Grupp ta’ Esperti, it-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika u l-piż amministrattiv involut għall-Istati Membri u għan-negozji, ir-rieżami u l-valutazzjoni tar-riskju mill-Istati Membri jenħtieġ li jiffokaw fuq semikondutturi avvanzati, intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji tal-kwantum li ġew identifikati bħala dawk li x’aktarx joħolqu l-aktar riskji sinifikanti ta’ rilokazzjoni tat-teknoloġija permezz ta’ investiment ’il barra. |
|
(13) |
Fir-rigward tat-tip ta’ tranżazzjonijiet ta’ investiment ’il barra, ir-rieżami jenħtieġ li jkopri firxa wiesgħa ta’ tranżazzjonijiet, filwaqt li jeskludi tranżazzjonijiet li x’aktarx ma jippermettux jew jiffaċilitaw l-iżvilupp jew it-trasferiment ta’ teknoloġiji kritiċi jew għarfien espert. |
|
(14) |
Fir-rigward tal-kopertura ġeografika, ir-rieżami jenħtieġ li jkun “newtrali għall-pajjiż” u ma jeskludix, a priori, destinazzjonijiet speċifiċi. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprijoritizzaw l-attivitajiet ta’ rieżami tagħhom abbażi tal-profili tar-riskju ta’ pajjiżi individwali. Il-profili tar-riskju jenħtieġ li jiġu kkoordinati ma’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni u jinkludu, meta rilevanti, l-imġiba tal-passat tal-pajjiż ikkonċernat, inkluż il-ksur tal-Karta tan-NU. |
|
(15) |
Ir-rieżami mwettaq wara din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li jistabbilixxi wkoll jekk l-investimenti ’l barra mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi jaċċellerawx jew iżidux l-iżvilupp b’suċċess ta’ teknoloġiji kritiċi f’pajjiżi li jistgħu jużaw tali teknoloġiji biex jiġġieldu jew jaqbżu l-kapaċitajiet relatati mas-sigurtà tal-Unjoni, tal-Istati Membri tagħha, u ta’ pajjiżi oħra, jew biex jimminaw il-paċi u s-sigurtà internazzjonali. |
|
(16) |
L-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju li għandha titwettaq mill-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jippermetti fehim kondiviż tar-riskji, fil-qafas tal-Grupp ta’ Esperti. Id-diskussjonijiet fi ħdan il-Grupp tal-Esperti se jkunu punt ta’ referenza utli għal kwalunkwe għażla ta’ politika ulterjuri u se jgħinu biex tiġi ddeterminata l-ħtieġa possibbli għal miżuri ta’ mitigazzjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jiżguraw li l-informazzjoni sensittiva tiġi kondiviża, issejvjata u, fejn meħtieġ, klassifikata b’mod sigur biex jiġi żgurat il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni. |
|
(17) |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma tippreġudikax l-eżitu ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju, u lanqas il-ħtieġa li jittieħdu miżuri mmirati lejn il-mitigazzjoni tar-riskji potenzjali. Kwalunkwe proposta sussegwenti potenzjali għal azzjonijiet ta’ mitigazzjoni biex tiġi protetta s-sigurtà ekonomika se tibni fuq valutazzjonijiet bħal dawn. Kwalunkwe rispons ta’ politika jenħtieġ li jkun proporzjonat u mmirat b’mod preċiż biex jindirizza r-riskji identifikati għal kull tip ta’ investiment ’il barra jew attività u qasam kritiku tat-teknoloġija. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi n-negozji, l-akkademja u s-soċjetà ċivili bħala parti mill-attività ta’ rieżami tagħhom, biex jiksbu stampa sħiħa tal-ambjent tal-investiment u r-riskji potenzjali u biex ikunu jistgħu jaġixxu fl-interess taċ-ċittadini u tan-negozji tal-Unjoni. |
|
(19) |
Ir-rieżami u l-valutazzjonijiet tar-riskju previsti f’din ir-Rakkomandazzjoni huma eżerċizzji limitati biż-żmien biex jgħinu fit-tfassil ta’ risponsi ta’ politika xierqa, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. Kamp ta’ applikazzjoni tat-teknoloġiji għar-reviżjoni
L-Istati Membri jenħtieġ li jirrieżaminaw l-investimenti ’l barra relatati mal-oqsma tat-teknoloġija diskussi hawn fuq li ġejjin:
|
(a) |
Teknoloġiji tas-semikondutturi, jiġifieri kwalunkwe teknoloġija jew għarfien espert relatat ma’:
|
|
(b) |
Teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali (“IA”), jiġifieri kwalunkwe teknoloġija jew għarfien espert relatat ma’ sistema bbażata fuq magna li hija ddisinjata biex topera b’livelli differenti ta’ awtonomija u li tista’ turi adattament wara l-introduzzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tiddeduċi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet, jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwali (“sistema tal-IA”), użati għall-applikazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
Teknoloġiji tal-kwantum, jiġifieri kwalunkwe teknoloġija jew għarfien espert relatat ma’:
|
2. Kamp ta’ applikazzjoni tat-tranżazzjonijiet għal rieżami
Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrieżaminaw l-investimenti ’l barra (8) minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi residenti jew stabbiliti fl-Unjoni (“investituri tal-UE”) biex iwettqu attività ekonomika relatata ma’ qasam tat-teknoloġija definit fil-punt 1 f’pajjiż terz, bħal:
|
(a) |
l-akkwiżizzjoni ta’ kumpanija jew sehem f’kumpanija li jippermetti parteċipazzjoni effettiva fil-ġestjoni jew fil-kontroll tal-kumpanija (“akkwiżizzjoni”); |
|
(b) |
l-assorbiment minn kumpanija waħda ta’ kumpanija waħda jew aktar jew il-kombinazzjoni ta’ żewġ kumpaniji jew aktar biex tiġi ffurmata kumpanija ġdida (“fużjoni”); |
|
(c) |
it-trasferiment ta’ assi tanġibbli jew intanġibbli wara arranġament kuntrattwali, inkluż proprjetà intellettwali jew għarfien espert speċifiku, meħtieġ għall-istabbiliment jew iż-żamma ta’ attività ekonomika fejn dawn jiffurmaw parti identifikabbli mill-operazzjonijiet tan-negozju ta’ impriża, eskluż it-trasferiment ta’ prodotti individwali b’użu doppju jew software soġġetti għar-Regolament (UE) 2021/821 dwar użu doppju (9) li mhumiex parti minn oġġetti jew servizzi usa’ oħra (“trasferiment tal-assi”); |
|
(d) |
il-ħolqien ta’ negozju għall-ewwel darba, inkluż il-ħolqien ta’ sussidjarja, fergħa jew impriżi simili (“investiment greenfield”); |
|
(e) |
l-istabbiliment ta’ impriża, jew l-investiment fiha, li tikkombina riżorsi biex jinkiseb għan intraprenditorjali konġunt ma’ persuna oħra (“impriża konġunta”); |
|
(f) |
il-forniment ta’ kapital, marbut ma’ ċerti benefiċċji intanġibbli bħall-assistenza maniġerjali, l-aċċess għal networks ta’ investiment u talent, l-aċċess għas-suq u aċċess imtejjeb għal finanzjament addizzjonali (“kapital ta’ riskju”), jekk l-investitur tal-UE jkollu għarfien espert jew ikun investa qabel f’ditti li jiddisponu minn jew jiżviluppaw xi wieħed mit-tliet oqsma teknoloġiċi identifikati fil-punt 1. |
Ir-rieżami jenħtieġ li jeskludi investimenti nonkontrollanti li huma limitati għat-tiftix ta’ redditu fuq il-kapital investit.
Ir-rieżami jenħtieġ li jkopri wkoll investimenti indiretti magħmula minn investitur tal-UE, bħal investimenti magħmula permezz ta’ entità ta’ pajjiż terz li tintuża bħala mezz ta’ investiment, permezz ta’ sussidjarja eżistenti jew fil-kuntest ta’ impriża konġunta eżistenti ma’ kumpanija minn jew f’pajjiż terz. Dan jinkludi t-trasferiment gradwali tal-assi maż-żmien, iżda li sar matul il-perjodu ta’ rieżami, u investimenti mmirati lejn il-ksur jew iċ-ċirkomvenzjoni tal-kontrolli eżistenti tal-kummerċ u tal-investiment relatati mas-sigurtà (kif ukoll miżuri individwali mmirati), inklużi miżuri restrittivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rieżami jenħtieġ li jkopri tranżazzjonijiet ġodda u li għadhom għaddejjin kif ukoll tranżazzjonijiet li tlestew mill-1 ta’ Jannar 2021 iżda jista’, f’każijiet fejn l-Istati Membri jidentifikaw tranżazzjonijiet ta’ tħassib partikolari, ikopri wkoll attivitajiet qabel dik id-data.
3. Reviżjoni tal-għodod u skambju mal-partijiet ikkonċernati
|
(a) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu sistema adegwata għal rieżami li tista’ tipprevedi l-għoti volontarju jew obbligatorju ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet. Jenħtieġ li jikkunsidraw l-adattament tal-mekkaniżmi eżistenti għall-fini tal-attivitajiet ta’ rieżami stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(b) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi n-negozji, l-akkademja u s-soċjetà ċivili bħala parti mill-attività ta’ rieżami tagħhom. |
4. Informazzjoni li għandha tinġabar
|
(a) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru biżżejjed informazzjoni biex jivvalutaw ir-riskji li potenzjalment jirriżultaw minn tranżazzjonijiet u attivitajiet differenti, u mill-entitajiet involuti. |
|
(b) |
L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) jenħtieġ li tinkludi dan li ġej:
|
|
(c) |
Kwalunkwe data miġbura jenħtieġ li tiġi protetta b’mod xieraq u, fejn meħtieġ, tiġi kklassifikata qabel ma tiġi kondiviża mal-Kummissjoni jew ma’ Stati Membri oħra. |
5. Valutazzjoni tar-riskju
Għal kull tranżazzjoni taħt rieżami, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju kif stabbilit f’dan il-punt biex jidentifikaw il-preżenza jew in-nuqqas ta’ riskji għas-sigurtà ekonomika.
|
(a) |
Il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jkun fiha valutazzjoni kwalitattiva każ b’każ tat-tranżazzjonijiet u l-attivitajiet, li tagħti prijorità lil dawk bl-akbar impatt u bl-akbar probabbiltà potenzjali fuq is-sigurtà ekonomika, inkluż meta rilevanti l-parteċipazzjoni tal-kumpanija fi proġetti jew programmi tal-UE. |
|
(b) |
Il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li tidentifika elementi ta’ riskji u vulnerabbiltajiet potenzjali, b’mod partikolari fir-rigward tar-rilokazzjoni tat-teknoloġija, bħat-tipi ewlenin ta’ theddid u atturi ta’ theddid u kwalunkwe fattur ġeopolitiku, bħal xejriet storiċi tal-akkwist tat-teknoloġija, rilevanti biex tiġi vvalutata l-probabbiltà ta’ impatti negattivi fuq is-sigurtà ekonomika. |
|
(c) |
Il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li tqis, fost l-oħrajn, l-aspetti li ġejjin:
|
|
(d) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu metodoloġija komuni li għandha tiġi żviluppata mal-Kummissjoni fil-qafas tal-Grupp ta’ Esperti. |
6. Rapportar lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra
Fil-qafas tal-Grupp ta’ Esperti, jenħtieġ li l-Istati Membri jiskambjaw regolarment dwar il-progress tar-rieżami u jenħtieġ li jipprovdu aġġornament dwar il-progress tal-ħidma tagħhom lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Lulju 2025. Sat-30 ta’ Ġunju 2026, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw rapport komprensiv lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, inkluż l-eżitu tar-rieżami u l-valutazzjoni tar-riskju.
Jekk jiġu identifikati riskji, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni b’dettalji dwar il-kombinazzjonijiet ta’ fatturi ta’ riskju li jikkaratterizzaw l-investimenti ’l barra li x’aktarx jaffettwaw is-sigurtà ekonomika.
Matul dan il-perjodu, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkomplu jiskambjaw informazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (11) (meta applikabbli) u valutazzjonijiet fil-qafas tal-Grupp ta’ Esperti, inkluża informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet individwali li jkunu qed jiġu rieżaminati mill-Istati Membri għall-fini tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 5.
7. Konklużjonijiet mir-reviżjoni
Abbażi tal-informazzjoni kondiviża fir-rapport imsemmi fil-punt 6, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiddiskutu l-eżitu ta’ dan l-eżerċizzju biex jinkiseb fehim kondiviż tar-riskji fil-Grupp ta’ Esperti.
8. L-awtoritajiet tal-Istati Membri
Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru Punt Uniku ta’ Kuntatt responsabbli għall-komunikazzjonijiet dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni. Fejn xieraq, jenħtieġ li jaħtru awtorità nazzjonali waħda jew aktar responsabbli għar-rieżami rrakkomandat tat-tranżazzjonijiet ta’ investiment ’il barra u jiżguraw li dawk l-awtoritajiet nazzjonali, fejn possibbli, japplikaw l-istrumenti eżistenti, inklużi l-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju, biex jiġġieldu kwalunkwe riskju li jkunu identifikaw fir-rieżami stabbilit f’din ir-Rakkomandazzjoni. Jenħtieġ li jikkomunikaw id-dettalji tal-punti Uniċi ta’ Kuntatt u tal-awtoritajiet maħtura lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2025.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Maroš ŠEFČOVIČ
Membru tal-Kummissjoni
(1) Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar “Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika” (JOIN(2023) 20 final).
(2) Jekk jogħġbok innota li t-termini kumpanija, impriża, negozju u ditta jintużaw b’mod interkambjabbli f’din ir-rakkomandazzjoni.
(3) Reġistru tal-gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni Kodiċi E03911.
(4) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2113 tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar oqsma teknoloġiċi kritiċi għas-sigurtà ekonomika tal-UE għal valutazzjoni tar-riskju ulterjuri mal-Istati Membri (ĠU L, 2023/2113, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2023/2113/oj).
(5) COM(2024) 24 final.
(6) https://policy.trade.ec.europa.eu/consultations/monitoring-and-risk-assessment-outbound-investment_en.
(7) Il-kunċett ta’ “ċirkwiti integrati u semikondutturi oħra” jinkludi iżda mhuwiex limitat għal mikroproċessuri, proċessuri grafiċi, mikrokontrolluri, ċipep loġiċi, ċipep tal-memorja, ċipep bi frekwenza tar-radju, ċipep fotoniċi, ċipep analogi, ċipep tal-kwantum, semikondutturi ottiċi, semikondutturi tal-enerġija, discretes u sensuri/mikrosistemi.
(8) It-terminu investiment ma jinkludix attivitajiet bħal self bankarju, ikklerjar, bgħit ta’ pagamenti, sottoskrizzjoni, servizzi ta’ klassifikazzjoni tad-dejn, senserija primarja, kustodja globali, riċerka jew analiżi tal-ekwità u servizzi oħra sekondarji għal tranżazzjoni.
(9) Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni) (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/444/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/63/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)