This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D2418
Council Decision (EU) 2025/2418 of 27 October 2025 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Specialised Committee on Road Transport established by the Trade and Cooperation Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community, of the one part, and the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland, of the other part, on the amount and modalities of the United Kingdom’s financial contribution to certain road transport information systems managed by the Union and the amendment to Decision No 1/2022 of the Specialised Committee on Road Transport
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2418 tas-27 ta’ Ottubru 2025 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, dwar l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit għal ċerti sistemi ta’ informazzjoni dwar it-trasport bit-triq ġestiti mill-Unjoni u l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2418 tas-27 ta’ Ottubru 2025 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, dwar l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit għal ċerti sistemi ta’ informazzjoni dwar it-trasport bit-triq ġestiti mill-Unjoni u l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq
ST/13207/2025/INIT
ĠU L, 2025/2418, 1.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2418/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2418 |
1.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2418
tas-27 ta’ Ottubru 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, dwar l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit għal ċerti sistemi ta’ informazzjoni dwar it-trasport bit-triq ġestiti mill-Unjoni u l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021. |
|
(2) |
L-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprovdi diversi każijiet fejn il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, stabbilit skont l-Artikolu 8(1), il-punt (o), ta’ dak il-Ftehim (il-“Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq”), għandu jiddeċiedi dwar il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija bit-triq skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(3) |
It-Taqsima 2, il-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni tipprevedi sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar l-istazzjonar ta’ sewwieqa fit-trasport bit-triq, permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI, Internal Market Information) tal-Unjoni. L-IMI hija ġestita mill-Kummissjoni, u l-modalitajiet tekniċi ta’ dak l-iskambju ta’ informazzjoni huma stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq (2). Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-kostijiet tal-iżvilupp tal-modulu tad-dikjarazzjoni dwar l-istazzjonar tat-trasport bit-triq tal-IMI tħallset fl-2022, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq. |
|
(4) |
L-Artikolu 14, it-Taqsima 1, il-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar l-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprovdi li kull Parti għandha tiskambja informazzjoni, fost l-oħrajn, dwar ksur serju mwettaq mill-operaturi fil-Parti l-oħra. Ir-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU, European Registers of Road Transport Undertakings), ġestiti mill-Kummissjoni, jintużaw għal dak l-iskambju ta’ informazzjoni u.l-modalitajiet tagħhom huma soġġetti għal pożizzjoni separata tal-Unjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2417 (3). Ir-Renju Unit ikkontribwixxa għall-kostijiet tal-iżvilupp tal-ERRU bħala Stat Membru tal-Unjoni. |
|
(5) |
L-Artikolu 714 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprovdi li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi, fl-attivitajiet tal-Unjoni jew f’partijiet minnhom għandha tkun soġġetta għal kontribuzzjoni finanzjarja annwali. |
|
(6) |
Filwaqt li l-modalitajiet tekniċi tal-iskambju ta’ informazzjoni huma speċifiċi għal kull sistema ta’ informazzjoni u għalhekk huma stabbiliti f’deċiżjonijiet distinti tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, huwa xieraq, minħabba l-ammonti limitati kkonċernati u l-proċeduri amministrattivi meħtieġa għall-ipproċessar tal-pagamenti, li jiġi stabbilit kontribut finanzjarju annwali uniku tar-Renju Unit għall-parteċipazzjoni tiegħu f’ċerti sistemi ta’ informazzjoni dwar it-trasport bit-triq ġestiti mill-Kummissjoni skont il-qafas tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq tipprevedi l-kontribuzzjoni speċifika tar-Renju Unit għall-IMI, għalhekk huwa meħtieġ li tiġi emendata. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tat-Titolu I ta’ Intestatura Tlieta tal-Parti Tnejn tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq jenħtieġ għalhekk li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni annwali li għandha titħallas mir-Renju Unit għal ċerti sistemi ta’ informazzjoni dwar it-trasport bit-triq ġestiti mill-Unjoni. |
|
(9) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, billi l-att previst se jkun vinkolanti għall-Unjoni. |
|
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ dik il-Kumitat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, stabbilit mill-Artikolu 8(1), il-punt (o), tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq”), fir-rigward tal-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit għal ċerti sistemi ta’ informazzjoni dwar it-trasport bit-triq ġestiti mill-Unjoni u l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, hija stabbilita fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/689/oj).
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tal-21 ta’ Novembru 2022 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u proċedurali tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) mir-Renju Unit, il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-kooperazzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 6 tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha ssir mir-Renju Unit lill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-kost iġġenerat mill-użu tiegħu tal-IMI (ĠU L 75, 14.3.2023, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/578/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2417 tas-27 ta’ Ottubru 2025 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u l-modalitajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni li tinsab f’dawk ir-reġistri (ĠU L, 2025/2417, 1.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2417/oj).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU …/2025 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAT-TRASPORT BIT-TRIQ STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
ta’ …
dwar l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit għal ċerti sistemi ta’ informazzjoni dwar it-trasport bit-triq ġestiti mill-Unjoni u l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAT-TRASPORT BIT-TRIQ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 468(5) u l-Artikolu 7(6) tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprovdi diversi każijiet fejn il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq irid jiddeċiedi dwar il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija bit-triq skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(2) |
It-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni tipprevedi sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar l-istazzjonar ta’ sewwieqa fit-trasport bit-triq, permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI, Internal Market Information) tal-Unjoni. Dik is-sistema hija ġestita mill-Kummissjoni Ewropea, u l-modalitajiet tekniċi ta’ dan l-iskambju ta’ informazzjoni huma stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq (2). Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-kostijiet tal-iżvilupp tal-modulu tad-dikjarazzjoni dwar l-istazzjonar tat-trasport bit-triq tal-IMI tħallset fl-2022, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq. |
|
(3) |
L-Artikolu 14 tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar l-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprovdi li l-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni, fost l-oħrajn, dwar ksur serju mwettaq mill-operaturi fil-Parti l-oħra. Il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni huma stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru …/2025 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq (3). Ir-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU, European Registers of Road Transport Undertakings), ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea, jintużaw għal dak il-għan. Ir-Renju Unit ikkontribwixxa għall-kostijiet tal-iżvilupp tal-ERRU bħala Stat Membru tal-Unjoni. |
|
(4) |
L-Artikolu 714 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprovdi li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi, fl-attivitajiet tal-Unjoni jew f’partijiet minnhom trid tkun soġġetta wkoll għal kontribuzzjoni finanzjarja annwali. |
|
(5) |
Filwaqt li l-modalitajiet tekniċi tal-iskambju ta’ informazzjoni huma speċifiċi għal kull sistema ta’ informazzjoni u għalhekk huma stabbiliti f’deċiżjonijiet distinti tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, huwa xieraq, minħabba l-ammonti limitati kkonċernati u l-proċeduri amministrattivi meħtieġa għall-ipproċessar tal-pagamenti, li tiġi stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja annwali unika tar-Renju Unit għall-parteċipazzjoni tiegħu fis-sistemi ta’ informazzjoni dwar it-trasport bit-triq ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea skont il-qafas tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq tipprevedi l-kontribuzzjoni speċifika tar-Renju Unit għall-IMI, għalhekk huwa meħtieġ li tiġi emendata. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tat-Titolu I ta’ Intestatura Tlieta tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq jenħtieġ għalhekk li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni annwali li għandha titħallas mir-Renju Unit għas-sistemi ta’ informazzjoni dwar it-trasport bit-triq ġestiti mill-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Objettiv
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit għas-sistemi ta’ informazzjoni li huma ġestiti mill-Unjoni fil-qasam tat-trasport bit-triq.
Artikolu 2
Ambitu
Il-kontribuzzjoni stabbilita fl-Artikolu 3 tirrappreżenta l-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tar-Renju Unit għal:
|
— |
il-modulu tad-Dikjarazzjoni dwar l-Istazzjonar tat-Trasport bit-Triq tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI); u |
|
— |
ir-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU). |
Artikolu 3
Ammont u modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit
1. Ir-Renju Unit għandu jikkontribwixxi annwalment għall-kostijiet tas-sistemi ta’ informazzjoni elenkati fl-Artikolu 2. Il-kontribuzzjoni annwali għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026. Din għandha tkun magħmula minn:
|
— |
kontribuzzjoni operazzjonali u tal-manutenzjoni; u |
|
— |
tariffa ta’ parteċipazzjoni għall-aċċess għall-ERRU. It-tariffa ta’ parteċipazzjoni għandha tkun ta’ 4 % tal-kontribuzzjoni operazzjonali annwali u ma għandhiex tkun soġġetta għal aġġustamenti retroattivi. |
2. Għall-ewwel sena l-kontribuzzjoni annwali għandha titħallas fi żmien 20 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Għas-snin ta’ wara għandha titħallas sat-30 ta’ Ġunju tas-sena tal-kontribuzzjoni. L-ammont tal-kontribuzzjoni għall-ewwel sena għandu jkun iffissat għal EUR 114 305,10 u għandu jiġi rivedut f’konformità mal-iżvilupp tal-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP, Harmonised Index of Consumer Prices) Ewropew kull sena minn hemm ’il quddiem. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika l-ammont rivedut lir-Renju Unit bil-miktub.
3. Għall-fini tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja għas-snin ta’ wara, il-kontribuzzjoni inizjali operazzjonali u tal-manutenzjoni hija magħmula minn kontribuzzjoni operazzjonali u tal-manutenzjoni ta’ EUR 91 541,58 għall-IMI u kontribuzzjoni operazzjonali u tal-manutenzjoni ta’ EUR 21 888 għall-ERRU.
4. Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha titħallas f’euro fil-kont bankarju denominat bl-euro tal-Kummissjoni indikat fin-nota ta’ debitu.
Artikolu 4
Emenda għad-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Ir-Renju Unit għandu jikkontribwixxi annwalment għall-kostijiet operazzjonali u tal-manutenzjoni tal-IMI fil-qafas stabbilit fid-Deċiżjoni Nru …/2025 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq (*1).
(*1) Id-Deċiżjoni Nru …/2025 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, ta’ … dwar l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit għal ċerti sistemi ta’ informazzjoni dwar it-trasport bit-triq ġestiti mill-Unjoni u l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq (ĠU UE L, …, ELI: …).”."
Artikolu 5
Bidliet sostanzjali fl-operazzjonijiet u fil-kostijiet tal-manutenzjoni
Fil-każ ta’ bidla sostanzjali fil-kostijiet kumplessivi ta’ waħda mis-sistemi ta’ informazzjoni elenkata fl-Artikolu 2, minħabba adattamenti teknoloġiċi jew għal raġunijiet oħra, il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq għandu jadotta deċiżjoni ġdida dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit, fuq talba ta’ wieħed mill-Kopresidenti tal-Kumitat.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Speċjalizzat
għat-Trasport bit-Triq
Il-Kopresidenti
(1) ĠU UE L 149, 30.04.2021, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/689(1)/oj.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra tal-21 ta’ Novembru 2022 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u proċedurali tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) mir-Renju Unit, il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-kooperazzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 6 tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha ssir mir-Renju Unit lill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-kost iġġenerat mill-użu tiegħu tal-IMI (ĠU UE L 75, 14.3.2023, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/578/oj).
(3) Id-Deċiżjoni Nru …/2025 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, ta’… dwar ir-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u l-modalitajiet tal-iskambju tal-informazzjoni li tinsab f’dawk ir-reġistri (ĠU UE L, …, ELI: …).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2418/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)