This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D2375
Council Decision (EU) 2025/2375 of 13 November 2025 amending Decision 1999/70/EC concerning the external auditors of the national central banks, as regards the external auditors of Suomen Pankki
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2375 tat-13 ta’ Novembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni ta’ Suomen Pankki
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2375 tat-13 ta’ Novembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni ta’ Suomen Pankki
ST/14239/2025/INIT
ĠU L, 2025/2375, 24.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2375/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2375 |
24.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2375
tat-13 ta’ Novembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni ta’ Suomen Pankki
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2025 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki (BĊE/2025/35) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni ta’ Suomen Pankki, KPMG Oy Ab, ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2025. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2026 ’il quddiem. |
|
(3) |
Suomen Pankki għażel lil PricewaterhouseCoopers Oy bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2026 sal-2031. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PricewaterhouseCoopers Oy tinħatar bħala l-awdituri esterni ta’ Suomen Pankki għas-snin finanzjarji mill-2026 sal-2031. |
|
(5) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“11. PricewaterhouseCoopers Oy huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta’ Suomen Pankki għas-snin finanzjarji mill-2026 sal-2031.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LOSE
(1) ĠU C, C/2025/5611, 16.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5611/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/70(1)/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2375/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)