This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D2000
Commission Implementing Decision (EU) 2025/2000 of 29 September 2025 amending the Annex to Implementing Decision (EU) 2023/2447 concerning emergency measures in relation to outbreaks of highly pathogenic avian influenza in certain Member States (notified under document C(2025) 6687)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2000 tad-29 ta’ Settembru 2025 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2025) 6687)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2000 tad-29 ta’ Settembru 2025 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2025) 6687)
C/2025/6687
ĠU L, 2025/2000, 2.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2000/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2000 |
2.10.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2000
tad-29 ta’ Settembru 2025
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2025) 6687)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses f’azjendi fejn jinżamm il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż l-HPAI. B’mod partikolari, l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tistabbilixxi żona ristretta li tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 2, il-punt (a), l-Artikolu 3, il punt (a), u l-Artikolu 4, il-punt (a) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jipprevedu, rispettivament, li wara tifqigħat tal-HPAI, iż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness tagħha, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri f’dak l-Anness. L-Artikolu 2, il-punt (b), l-Artikolu 3, il punt (b), u l-Artikolu 4, il-punt (b) tad-d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jipprevedu wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni rispettivi, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinżammu mill-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1927 (4) wara tifqigħat tal-HPAI fil-Ġermanja fi stabbilimenti fejn kien jinżamm il-pollam, li kienu jeħtieġu jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1927, Spanja, il-Polonja u l-Portugall innotifikaw lill-Kummissjoni b’erbgħa tifqigħat ġodda tal-HPAI fi stabbilimenti fejn jinżammu l-għasafar miżmuma fil-magħluq jew il-pollam; tifqigħa waħda fil-pollam fil-provinċja ta’ Valladolid fi Spanja, żewġ tifqigħat fil-pollam li jinsabu fil-provinċja ta’ Warmińsko-Mazurskie fil-Polonja u tifqigħa waħda fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fid-distrett ta’ Santarém fil-Portugall. |
|
(7) |
Wara dawk l-erbgħa tifqigħat ġodda, Spanja, il-Polonja u l-Portugall ħadu l-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ħadu Spanja, il-Polonja u l-Portugall u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(9) |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, attwalment ma hemmx żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Polonja. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat kull tfixil mhux ġustifikat għall-kummerċ impost minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu stabbiliti malajr fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni ma’ Spanja, il-Polonja u l-Portugall, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għal Spanja u għall-Portugall fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, biex jitqiesu l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri wara ż-żewġ tifqigħat ġodda tal-HPAI f’dawk l-Istati Membri, kif ukoll id-durata meħtieġa tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(12) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Polonja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, biex jitqiesu l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Polonja wara ż-żewġ tifqigħat reċenti tal-HPAI f’dak l-Istat Membru, kif ukoll id-durata meħtieġa tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(14) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1927 tad-19 ta’ Settembru 2025 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L 2025/1927, 24.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1927/oj).
ANNESS
“ANNESS
Parti A
Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
MECKLENBURG-VORPOMMERN |
||
|
DE-HPAI(P)-2025-00011 DE-HPAI(P)-2025-00012 |
Landkreis Rostock 3 km Radius um die GPS-Koordinaten: 12,490912/54,064633 und 12,494110/54,062042 Stadt Tessin mit den Ortsteilen Neu Gramstorf und Wolfsberger Mühle, Gemeinde Gnewitz mit den Ortsteilen Gnewitz und Barkvieren, Gemeinde Zarnewanz mit dem Ortsteilen Zarnewanz, Kleinhof und Stormstorf |
6.10.2025 |
|
SCHLESWIG-HOLSTEIN |
||
|
DE-HPAI(P)-2025-00010 |
Kreis Steinburg 3 km Radius um den Ausbruchsbetrieb GPS-Koordinaten 9,450142 / 54,038066 Die gesamten Gemeinden Hadenfeld, Bokelrehm, sowie Teile der Gemeinden Aasbüttel, Agethorst, Bokhorst, Kaisborstel, Mehlbek, Nienbüttel, Pöschendorf, Schenefeld, Warringholz. |
24.9.2025 |
Stat Membru: Spanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
ES-HPAI(P)-2025-00003 |
Those parts in the province of Huelva of the comarca of Valverde del Camino contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -6,8929226 , lat 37,7619535 |
9.10.2025 |
|
ES-HPAI(P)-2025-00004 |
Those parts in the province of Guadalajara of the comarca of Pozo de Guadalajara contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -3,1910813 , lat 40,4981733 |
29.9.2025 |
|
ES-HPAI(P)-2025-00005 |
Those parts in the province of Huelva of the comarca of Valverde del Camino contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -6,8007952 , lat 37,6069237 |
13.10.2025 |
|
ES-HPAI(P)-2025-00006 |
Those parts in the province of Valladolid of the comarca of Olmedo contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -4,6795252 , lat 41,2977959 |
27.10.2025 |
Stat Membru: Il-Polonja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||
|
PL-HPAI(P)-2025-00086 PL-HPAI(P)-2025-00087 |
W województwie warmińsko-mazurskim:
|
13.10.2025 |
Stat Membru: Il-Portugall
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
PT-HPAI(P)-2025-00003 |
The parts from the county of Benavente from the district of Santarém that are contained within circle of 3 kilometers radius, centered on GPS coordinates 38.829589N, -8.710556W |
26.9.2025 |
|
PT-HPAI(NON-P)-2025-00022 |
The parts from the county of Benavente from the district of Santarém that are contained within circle of 3 kilometers radius, centered on GPS coordinates 38.866516N, -8.722134W |
16.10.2025 |
Parti B
Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:
Stat Membru: Il-Bulgarija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-reġjun ta’ Plovdiv |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2025-00008 BG-HPAI(P)-2025-00009 BG-HPAI(P)-2025-000010 |
The following villages in Rakovski municipality:
The following villages in Maritsa municipality:
The following villages in Brezovo municipality:
The following villages in Kaloyanovo municipality:
|
30.9.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Rakovski municipality:
The following villages in Kaloyanovo municipality:
|
22.9.2025 – 30.9.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
MECKLENBURG-VORPOMMERN |
||
|
DE-HPAI(P)-2025-00011 DE-HPAI(P)-2025-00012 |
Landkreis Rostock 10 km Radius um die GPS-Koordinaten: 12,490912/54,064633 und 12,494110/54,062042 Amt Tessin: Gemeinde Cammin mit den Ortsteilen Prangendorf, Weitendorf und Wohrenstorf, Gemeinde Gnewitz mit dem Ortsteil Neu Barkvieren, Gemeinde Grammow mit den Ortseilen Alt Strassow, Neu Strassow, Grammow, Neuhof und Recknitzberg,Gemeinde Nustrow mit dem Ortsteil Nustrow, Gemeinde Selpin mit den Ortsteilen Vogelsang, Reddersdorf, Bärenberg, Woltow, Selpin und Drüsewitz, Gemeinde Stubbendorf mit den Ortsteilen Stubbendorf und Ehmkendorf, Stadt Tessin und den Ortsteilen Helmstorf, Vilz und Klein Tessin, Gemeinde Thelkow mit den Ortsteilen Sophienhof, Thelkow, Kowalz, Liepen und Starkow; Gemeinde Sanitz mit den Ortsteilen und Ortschaften: Sanitz, Niekrenz, Groß Lüsewitz, Oberhof, Vietow, Wehnendorf, Ausbau Niekrenz, Neu Wendorf, Horst, Teutendorf, Klein Wehnendorf, Klein Freienholz, Wendorf, Reppelin, Wendfeld, Groß Freienholz, Gubkow und Hohen Gubkow; Amt Gnoien: Gemeinde Behren Lübchin mit der Ortschaft Duckwitz, Gemeinde Walkendorf mit den Ortschaften Repnitz und Basse Landkrei Vorpommern-Rügen 10 km Radius um die GPS-Koordinaten: 12,490912/54,064633 und 12,494110/54,062042 gesamte Gemeinde Dettmannsdorf Gemeinde Lindholz mit dem Ortsteil Schabow Stadt Marlow mit den Ortsteilen Dänschenburg, Carlsruhe, Neu Steinhorst, Alt Steinhorst, Brunstorf, Fahrenhaupt, Schulenberg, Kneese |
15.10.2025 |
|
|
Landkreis Rostock 3 km Radius um die GPS-Koordinaten: 12,490912/54,064633 und 12,494110/54,062042 Stadt Tessin mit den Ortsteilen Neu Gramstorf und Wolfsberger Mühle, Gemeinde Gnewitz mit den Ortsteilen Gnewitz und Barkvieren, Gemeinde Zarnewanz mit dem Ortsteilen Zarnewanz, Kleinhof und Stormstorf |
7.10.2025- 15.10.2025 |
|
SCHLESWIG-HOLSTEIN |
||
|
DE-HPAI(P)-2025-00010 |
Kreis Dithmarschen 10 km Radius um den Ausbruchsbetrieb GPS-Koordinaten 9,450142 / 54,038066 Teile der Gemeinden Schafstedt, Hochdonn. Kreis Rendsburg-Eckernförde 10 km Radius um den Ausbruchsbetrieb GPS-Koordinaten 9,450142 / 54,038066 Die gesamte Gemeinde Bendorf und Thaden sowie Teile der Gemeinden Beldorf, Beringstedt, Bornholt, Gokels, Hanerau- Hademarschen, Lütjenwestedt, Osterstedt, Seefeld, Steenfeld, Wapelfeld. Kreis Steinburg 10 km Radius um den Ausbruchsbetrieb GPS-Koordinaten 9,450142 / 54,038066 Die gesamten Gemeinden Besdorf, Bokelrehm, Christinenthal, Drage, Hohenaspe, Huje, Kaaks, Kleve, Looft, Nutteln, Oldenborstel, Puls, Wacken, sowie Teile der Gemeinden Aasbüttel, Agethorst, Bokhorst, Gribbohm, Hohenlockstedt, Holstenniendorf, Itzehoe, Kaisborstel, Krummendiek, Mehlbek, Moorhusen, Neuendorf-Sachsenbande, Nienbütttel, Oldendorf, Ottenbüttel, Peissen, Pöschendorf, Reher, Schenefeld, Vaale, Vaalermoor, Warringholz. |
3.10.2025 |
|
Kreis Steinburg 3 km Radius um den Ausbruchsbetrieb GPS-Koordinaten 9,450142 / 54,038066 Die gesamten Gemeinden Hadenfeld, Bokelrehm, sowie Teile der Gemeinden Aasbüttel, Agethorst, Bokhorst, Kaisborstel, Mehlbek, Nienbüttel, Pöschendorf, Schenefeld, Warringholz. |
25.9.2025 - 3.10.2025 |
|
Stat Membru: Spanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
ES-HPAI(P)-2025-00003 |
Those parts in the province of Huelva of the comarca of Valverde del Camino beyond the area described in the protection zone and contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -6,8929226 , lat 37,7619535 |
18.10.2025 |
|
Those parts in the province of Huelva of the comarca of Valverde del Camino contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -6,8929226 , lat 37,7619535 |
10.10.2025-18.10.2025 |
|
|
ES-HPAI(P)-2025-00004 |
Those parts in the province of Guadalajara of the comarca of Pozo de Guadalajara beyond the area described in the protection zone and contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -3,1910813 , lat 40,4981733 |
8.10.2025 |
|
Those parts in the province of Guadalajara of the comarca of Pozo de Guadalajara contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -3,1910813 , lat 40,4981733 |
30.9.2025-8.10.2025 |
|
|
ES-HPAI(P)-2025-00005 |
Those parts in the province of Huelva of the comarca of Valverde del Camino beyond the area described in the protection zone and contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -6,8007952 , lat 37,6069237 |
22.10.2025 |
|
Those parts in the province of Huelva of the comarca of Valverde del Camino contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -6,8007952 , lat 37,6069237 |
14.10.2025-22.10.2025 |
|
|
ES-HPAI(P)-2025-00006 |
Those parts in the province of Valladolid of the comarca of Olmedo and those parts in the province of Segovia of the comarca of Santa María la Real de Nieva beyond the area described in the protection zone and contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -4,6795252 , lat 41,2977959 |
5.11.2025 |
|
Those parts in the province of Valladolid of the comarca of Olmedo contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -4,6795252 , lat 41,2977959 |
28.10.2025-5.11.2025 |
Stat Membru: Il-Polonja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||
|
PL-HPAI(P)-2025-00086 PL-HPAI(P)-2025-00087 |
W województwie warmińsko-mazurskim:
|
22.10.2025 |
||||||||||||
|
W województwie warmińsko-mazurskim:
|
14.10.2025 -22.10.2025 |
Stat Membru: Il-Portugall
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
PT-HPAI(P)-2025-00003 |
The parts from the county of Benavente from the district of Santarém, that are beyond the areas described in the protection zone and are contained within a circle of 10 kilometers centered on GPS coordinates 38.829589N, -8.710556W, and the parts from the county of Coruche, from the district of Santarém, and the parts from the county of Montijo from the district of Setúbal, that are contained within a circle of 10 kilometers radius, centered on GPS coordinates 38.829589N, -8.710556W |
5.10.2025 |
|
The parts from the county of Benavente from the district of Santarém that are contained within a circle of 3 kilometers radius, centered on GPS coordinates 38.829589N, -8.710556W |
27.9.2025-5.10.2025 |
|
|
PT-HPAI(NON-P)-2025-00022 |
The parts from the county of Benavente and Coruche from the district of Santarém, that are beyond the areas described in the protection zone and are contained within a circle of 10 kilometers centered on GPS coordinates 38.866516N, -8.722134W |
26.10.2025 |
|
The parts from the county of Benavente from the district of Santarém that are contained within a circle of 3 kilometers radius, centered on GPS coordinates 38.866516N, -8.722134W |
17.9.2025-26.10.2025 |
Parti C
Żoni ristretti ulterjuri fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:
Stat Membru: L-ebda
|
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 4 |
|
|
|
|
* |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istat Membru jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2000/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)