Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.
Documento 32025D1941
Council Decision (CFSP) 2025/1941 of 22 September 2025 amending Decision (CFSP) 2015/1763 concerning restrictive measures in view of the situation in Burundi
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1941 tat-22 ta’ Settembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1941 tat-22 ta’ Settembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
ST/12037/2025/INIT
ĠU L, 2025/1941, 23.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1941/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In vigore
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1941 |
23.9.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1941
tat-22 ta’ Settembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1). |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 mill-Kunsill, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġġeddu sal-31 ta’ Ottubru 2026 u jenħtieġ li titħassar l-entrata li tikkonċerna persuna waħda inkluża fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tinsab fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu, id-data “31 ta’ Ottubru 2025” hija sostitwita b’dik tal-“31 ta’ Ottubru 2026”; |
|
(2) |
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1763/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (“Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 1 u 2”), titħassar l-entrata li ġejja:
|
“3. |
Mathias-Joseph NIYONZIMA”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1941/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)