Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025D1769

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1769 tas-27 ta’ Awwissu 2025 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal sistemi li jżommu l-bibien miftuħa li jaħdmu bil-batterija b’sistema tar-radju fakultattiva u berings sferiċi u ċilindriċi b’materjal speċjali li jiżżerżaq magħmul minn taħlita modifikata ta’ poliammid-polietilen u prodotti oħra għall-kostruzzjoni

C/2025/5971

ĠU L, 2025/1769, 3.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1769/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1769/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1769

3.9.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1769

tas-27 ta’ Awwissu 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal sistemi li jżommu l-bibien miftuħa li jaħdmu bil-batterija b’sistema tar-radju fakultattiva u berings sferiċi u ċilindriċi b’materjal speċjali li jiżżerżaq magħmul minn taħlita modifikata ta’ poliammid-polietilen u prodotti oħra għall-kostruzzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika adottat 21-il Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.

(2)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mar-referenzi li ġejjin għall-prodotti għall-kostruzzjoni:

sistemi li jżommu l-bibien miftuħin li jaħdmu bil-batterija b’sistema tar-radju fakultattiva;

berings sferiċi u ċilindriċi b’materjal speċjali li jiżżerżaq magħmul minn taħlita modifikata ta’ poliammid-polietilen;

brekits għall-ħitan b’pontijiet termiċi mnaqqsa bħala parti mis-subframe ta’ sistemi tat-tlibbis tal-ħitan ventilati jew ta’ sistemi tal-faċċati oħrajn;

kits għal sistemi ta’ ħitan esterni li ma jerfgħux tagħbija b’bords minerali (li jieħdu post l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 090120-00-0404”);

varjant: kits għat-tlibbis ta’ ħitan esterni b’elementi ta’ tlibbis riġidi komposti b’diversi saffi — estensjoni tal-ambitu;

pannelli komposti ħfief b’qalba b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali tal-polimeru espandut jew tal-aluminju;

legant naturali magħmul mil-lom “Scaglia Rossa” għal taħlitiet tal-kostruzzjoni;

gabbjuni bi xbieki minsuġa b’forma eżagonali, ta’ mitraħ u ta’ xkora (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 200019–00–0102”);

kits tal-gabbjuni wweldjati għall-użu fil-pedamenti tal-bini;

kits għall-protezzjoni tas-saqaf kontra t-tifrik li jaqa’ magħmula minn xbieki tal-wajer tal-azzar iwweldjati u woxers;

sistema awtosuffiċjenti b’diversi saffi ta’ impermeabilizzazzjoni u ta’ iżolazzjoni għal soqfa mżerżqa;

flashings għall-apparati tad-dawl ta’ matul il-jum;

addittivi polimeriċi għal saffi marbuta b’mod idrawliku fil-kostruzzjoni tat-toroq;

irmied tal-qiegħ ipproċessat minn inċineraturi ta’ skart solidu muniċipali bħala aggregati għal materjali mhux marbuta għall-użu fil-kostruzzjoni tat-toroq;

taħlita espansiva mhux metallika bbażata fuq l-ossidu tal-kalċju għall-konkrit;

sistemi ta’ protezzjoni kontra l-korrużjoni katodika magħmula minn anodi taż-żingu sprejjati bis-sħana flimkien ma’ kisjiet polimeriċi;

elementi tal-irbit attwati b’forza propulsiva fil-konkrit għal diversi applikazzjonijiet mhux strutturali (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330083-03-0601”);

varjant: prestazzjoni sismika għall-konnessjoni tal-istuds tal-metall tal-ħitan diviżorji interni li ma jerfgħux tagħbija magħmula minn folji tal-ġibs mal-konkrit bl-użu ta’ elementi tal-irbit multipli attwati b’forza propulsiva;

kanali tal-immuntar (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330667-00-0602”);

varjant: kits tal-kostruzzjoni bbażati fuq pannelli massivi bi struttura ta’ qafas tal-metall — estensjoni tal-ambitu;

kits tat-turġien tal-attiku.

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li adottat l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-eżiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-prodotti għall-kostruzzjoni ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Sabiex jiġi permess l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni malajr kemm jista’ jkun, ħalli l-manifatturi li diġà jkollhom Valutazzjoni Teknika Ewropea jkunu jistgħu jintroduċu l-prodott tagħhom fis-suq, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2025.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

Kerstin JORNA

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs/DĠ GROW


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/450/oj).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“020094-00-1107

Sistemi li jżommu l-bibien miftuħin li jaħdmu bil-batterija b’sistema tar-radju fakultattiva”

“050078-00-0301

Berings sferiċi u ċilindriċi b’materjal speċjali li jiżżerżaq magħmul minn taħlita modifikata ta’ poliammid-polietilen”

“090018-00-0404

Brekits għall-ħitan b’pontijiet termiċi mnaqqsa bħala parti mis-subframe ta’ sistemi tat-tlibbis tal-ħitan ventilati jew ta’ sistemi tal-faċċati oħrajn”

“090120-01-0404

Kits għal sistemi ta’ ħitan esterni li ma jerfgħux tagħbija b’bords minerali (li jieħdu post l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 090120-00-0404”)”

“090125-00-0404-v01

Varjant: Kits għat-tlibbis ta’ ħitan esterni b’elementi ta’ tlibbis riġidi komposti b’diversi saffi — Estensjoni tal-ambitu”

“090262-00-0404

Pannelli komposti ħfief b’qalba b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali tal-polimeru espandut jew tal-aluminju”

“150059-00-0301

Legant naturali magħmul mil-lom “Scaglia Rossa” għal taħlitiet tal-kostruzzjoni”

“200019-01-0102

Gabbjuni bi xbieki minsuġa b’forma eżagonali, ta’ mitraħ u ta’ xkora (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 200019–00–0102”)”

“200171-00-0103

Kits tal-gabbjuni wweldjati għall-użu fil-pedamenti tal-bini”

“210161-00-0501

Kits għall-protezzjoni tas-saqaf kontra t-tifrik li jaqa’ magħmula minn xbieki tal-wajer tal-azzar iwweldjati u woxers”

“220119-00-0402

Sistema awtosuffiċjenti b’diversi saffi ta’ impermeabbilizzazzjoni u ta’ iżolazzjoni għal soqfa mżerżqa”

“220163-00-0401

Flashings għall-apparati tad-dawl ta’ matul il-jum”

“230172-00-0102

Addittivi polimeriċi għal saffi marbuta b’mod idrawliku fil-kostruzzjoni tat-toroq”

“240002-00-0108

Irmied tal-qiegħ ipproċessat minn inċineraturi ta’ skart solidu muniċipali bħala aggregati għal materjali mhux marbuta għall-użu fil-kostruzzjoni tat-toroq”

“260055-00-0301

Taħlita espansiva mhux metallika bbażata fuq l-ossidu tal-kalċju għall-konkrit”

“260100-00-0301

Sistemi ta’ protezzjoni kontra l-korrużjoni katodika magħmula minn anodi taż-żingu sprejjati bis-sħana flimkien ma’ kisjiet polimeriċi”

“330083-04-0601

Elementi tal-irbit attwati b’forza propulsiva fil-konkrit għal diversi applikazzjonijiet mhux strutturali (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330083-03-0601”)”

“330083-04-0601-v01

Varjant: Prestazzjoni sismika għall-konnessjoni tal-istuds tal-metall tal-ħitan diviżorji interni li ma jerfgħux tagħbija magħmula minn folji tal-ġibs mal-konkrit bl-użu ta’ elementi tal-irbit multipli attwati b’forza propulsiva”

“330667-01-0602

Kanali tal-immuntar (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330667-00-0602”)”

“340452-00-0204-v01

Varjant: Kits tal-kostruzzjoni bbażati fuq pannelli massivi bi struttura ta’ qafas tal-metall — Estensjoni tal-ambitu”

“340556-00-0506

Kits tat-turġien tal-attiku”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1769/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top