This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D1483
Commission Implementing Decision (EU) 2025/1483 of 31 July 2025 amending Implementing Decision (EU) 2025/1160 concerning certain emergency measures relating to sheep pox and goat pox in Bulgaria (notified under document C(2025) 5466)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1483 tal-31 ta’ Lulju 2025 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (notifikata bid-document C(2025) 5466)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1483 tal-31 ta’ Lulju 2025 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (notifikata bid-document C(2025) 5466)
C/2025/5466
ĠU L, 2025/1483, 5.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1483/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1483 |
5.8.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1483
tal-31 ta’ Lulju 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija
(notifikata bid-document C(2025) 5466)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, billi tikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1160 (4) ġiet adottata fil-5 ta’ Ġunju 2025 fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429. Din tispeċifika ċerti miżuri ta’ emerġenza b’rabta mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija. |
|
(5) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru, wara tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(6) |
Fl-20 ta’ Ġunju 2025, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 ġiet emendata sabiex jiġu aġġustati, kemm fl-ispazju kif ukoll fiż-żmien, iż-żoni fejn iridu jittieħdu miżuri ta’ emerġenza, kif ukoll id-durata tagħhom, fil-Bulgarija biex jiġi evitat tixrid ulterjuri tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija jew fil-bqija tal-Unjoni. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar 68 tifqigħa addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn jinżammu l-annimali ovini u kaprini, 65 fir-reġjun ta’ Plovdiv, madwar 100 kilometru ’l bogħod mill-eqreb tifqigħa li ġiet irreġistrata qabel fir-reġjun ta’ Haskovo, 2 fir-reġjun ta’ Stara Zagora, madwar 60 kilometru fil-Grigal ta’ Plovdiv u 1 fir-reġjun ta’ Haskovo, kollha barra miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(7) |
Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju għoli ta’ tixrid ulterjuri tal-marda, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-Bulgarija, it-tifqigħat il-ġodda jinsabu barra miż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti li bħalissa huma stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160, u dan jissuġġerixxi li l-marda ħarġet miż-żoni ristretti u diġà qed tiċċirkola fir-reġjun ta’ Plovdiv li għadu kif ġie affettwat. |
|
(8) |
Għalhekk, iż-żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Bulgarija, stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160, jenħtieġ li tiġi aġġustata, fl-ispazju u fiż-żmien, sabiex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda fit-territorju tal-Bulgarija u fil-bqija tal-Unjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ tiġi stabbilita żona ristretta ulterjuri fil-Bulgarija. |
|
(9) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda, iżda anke s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fit-territorju kollu tal-Bulgarija, kif ukoll il-livell tar-riskju li l-marda tkompli tinxtered. Id-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5). Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, meta jiġu applikati għas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali li tikkonċerna l-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija, jeħtieġ jiġu stabbiliti żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri madwar it-tifqigħat fir-reġjuni ta’ Plovdiv, ta’ Stara Zagora u ta’ Haskovo, biex jiġi evitat tixrid ulterjuri tal-marda. |
|
(10) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-okkorrenza ta’ bosta tifqigħat ġodda tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija matul l-aħħar 3 ġimgħat, fuq distanzi twal, u n-nuqqas ta’ miżuri effettivi biżżejjed li jindirizzaw dan it-tixrid akbar, jeħtieġ jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza addizzjonali sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda fil-Bulgarija, fil-bqija tal-Unjoni jew f’pajjiżi terzi, kif ukoll biex jiġu evitati l-ostakoli kummerċjali mhux ġustifikati. Għalhekk, jeħtieġ jiġu pprojbiti l-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza lejn id-destinazzjonijiet li jinsabu barra mill-perimetru estern taż-żoni ristretti ulterjuri tal-madwar immedjat kif ukoll il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż minn kwalunkwe żona ristretta ulterjuri oħra lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni ristretti ulterjuri, inkluż lejn destinazzjonijiet li jinsabu f’żoni ristretti ulterjuri differenti, kif stipulat fil-Parti B tal-Anness. Barra minn hekk, jeħtieġ ukoll li jiġu pprojbiti l-movimenti tal-annimali li joriġinaw minn dawk iż-żoni tal-Bulgarija li mhumiex soġġetti għal restrizzjonijiet minħabba l-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż lejn kwalunkwe waħda miż-żoni stipulati bħala żoni ristretti ulterjuri, sa data speċifika, peress li tali movimenti jistgħu jikkontribwixxu wkoll għat-tixrid indirett tal-marda. |
|
(11) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, jeħtieġ ukoll li jiġu identifikati ż-żoni fit-territorju tal-Bulgarija fejn jenħtieġ li japplikaw miżuri ulterjuri bħal dawk applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u fejn il-movimenti tal-annimali ovini u kaprini barra mill-perimetri esterni ta’ dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġu pprojbiti sa data speċifika. |
|
(12) |
Barra minn hekk, sabiex jixxejjen ir-riskju li l-marda tkompli tinxtered, jeħtieġ ukoll li jiġu pprojbiti l-movimenti tal-annimali ovini u kaprini mit-territorju kollu tal-Bulgarija lejn kwalunkwe destinazzjoni li tinsab fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi, sa data speċifika. |
|
(13) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż u l-ħtieġa li jiġi evitat li l-marda tinxtered mill-istabbilimenti affettwati fil-Bulgarija lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru, lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-miżuri ta’ emerġenza stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jibdew japplikaw mill-aktar fis. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikoli 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 1 Il-Bulgarija għandha tiżgura li:
Artikolu 2 Il-Bulgarija għandha tiżgura li:
Artikolu 3 Il-Bulgarija għandha tapplika l-miżuri li huma applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fiż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sad-dati stipulati fih. Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni għandhom jiġu pprojbiti sad-dati stipulati f’dak l-Anness. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.” |
|
2. |
L-Anness huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1160 tal-5 ta’ Ġunju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/948 (ĠU L, 2025/1160, 10.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1160/oj).
(5) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.
ANNESSI
“ANNESS I
Parti A: Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-reġjun ta’ Burgas BG-CAPRIPOX-2025-00007 |
Surveillance zone: Those parts of the region of Burgas, contained within a circle of a radius of 15 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.3872, Long. 27.2608 (2025/7), excluding the areas contained in the protection zone. |
29.7.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Burgas, contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.3872, Long. 27.2608 (2025/7). |
15.7.2025 -29.7.2025 |
|
|
Ir-reġjun ta’ Plovdiv BG-CAPRIPOX-2025-00008 BG-CAPRIPOX-2025-00009 BG-CAPRIPOX-2025-00010 BG-CAPRIPOX-2025-00011 BG-CAPRIPOX-2025-00012 BG-CAPRIPOX-2025-00013 BG-CAPRIPOX-2025-00014 BG-CAPRIPOX-2025-00015 BG-CAPRIPOX-2025-00016 BG-CAPRIPOX-2025-00017 BG-CAPRIPOX-2025-00018 BG-CAPRIPOX-2025-00021 BG-CAPRIPOX-2025-00022 BG-CAPRIPOX-2025-00023 BG-CAPRIPOX-2025-00024 BG-CAPRIPOX-2025-00025 BG-CAPRIPOX-2025-00026 BG-CAPRIPOX-2025-00027 BG-CAPRIPOX-2025-00028 BG-CAPRIPOX-2025-00029 BG-CAPRIPOX-2025-00030 BG-CAPRIPOX-2025-00031 BG-CAPRIPOX-2025-00032 BG-CAPRIPOX-2025-00033 BG-CAPRIPOX-2025-00034 BG-CAPRIPOX-2025-00035 BG-CAPRIPOX-2025-00036 BG-CAPRIPOX-2025-00039 BG-CAPRIPOX-2025-00040 BG-CAPRIPOX-2025-00041 BG-CAPRIPOX-2025-00042 BG-CAPRIPOX-2025-00043 BG-CAPRIPOX-2025-00044 BG-CAPRIPOX-2025-00045 BG-CAPRIPOX-2025-00046 BG-CAPRIPOX-2025-00047 BG-CAPRIPOX-2025-00048 BG-CAPRIPOX-2025-00049 BG-CAPRIPOX-2025-00050 BG-CAPRIPOX-2025-00051 BG-CAPRIPOX-2025-00052 BG-CAPRIPOX-2025-00053 BG-CAPRIPOX-2025-00054 BG-CAPRIPOX-2025-00055 BG-CAPRIPOX-2025-00056 BG-CAPRIPOX-2025-00057 BG-CAPRIPOX-2025-00058 BG-CAPRIPOX-2025-00059 BG-CAPRIPOX-2025-00060 BG-CAPRIPOX-2025-00061 BG-CAPRIPOX-2025-00062 BG-CAPRIPOX-2025-00063 BG-CAPRIPOX-2025-00064 BG-CAPRIPOX-2025-00065 BG-CAPRIPOX-2025-00067 BG-CAPRIPOX-2025-00068 BG-CAPRIPOX-2025-00069 BG-CAPRIPOX-2025-00070 BG-CAPRIPOX-2025-00071 BG-CAPRIPOX-2025-00072 BG-CAPRIPOX-2025-00073 BG-CAPRIPOX-2025-00074 BG-CAPRIPOX-2025-00075 BG-CAPRIPOX-2025-00076 BG-CAPRIPOX-2025-00077 |
Protection zone: Those parts of the regions of Plovdiv and Stara Zagora contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat.42.1944, Long. 24.8528 (2025/8), Lat. 42.1823, Long. 24.8337 (2025/9), Lat. 42.1889, Long. 24.8137 (2025/10), Lat. 42.1862, Long. 24.8316 (2025/11), Lat. 42.1856, Long. 24.8456 (2025/12), Lat. 42.2312, Long. 24.9357 (2025/13), Lat. 42.2308, Long. 24.9368 (2025/14), Lat. 42.18222, Long. 24.86694 (2025/15), Lat. 42.1873, Long. 24.8456 (2025/16), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/17), Lat. 42.06, Long. 25.1658 (2025/18) Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/17), Lat. 42.23, Long. 24.9391 (2025/21), Lat. 42.231703, Long. 24.938912 (2025/22), Lat. 42.2306, Long. 24.9369 (2025/23), Lat. 42.2319, Long. 24.9362 (2025/24), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/25), Lat. 42.2051, Long. 24.87314 (2025/26), Lat. 42.2069, Long. 24.78666 (2025/27), Lat. 42.233, Long. 24.9405 (2025/28), Lat. 42.2316, Long. 24.94214 (2025/29), Lat. 42.2602, Long. 24.8751 (2025/30), Lat. 42.20922, Long. 24.95578 (2025/31), Lat. 42.2089, Long. 24.9508 (2025/32), Lat. 42.2092, Long. 24.9525 (2025/33), Lat. 42.1886, Long. 24.9265 (2025/34), Lat. 42.1886, Long. 24.9265 (2025/35), Lat. 42.1925, Long. 24.9329 (2025/36), Lat. 42.6871, Long. 25.3287 (2025/37), Lat. 42.6871, Long. 25.3287 (2025/38), Lat. 42.200845, Long. 24.790453 (2025/39), Lat. 42.2463, Long. 24.7957 (2025/40), Lat. 42.202878, Long 24.690226 (2025/41), Lat. 42.2829, Long. 24.9637 (2025/42), Lat. 42.2363, Long. 24.8297 (2025/43), Lat. 42.1872, Long. 24.9242 (2025/44), Lat. 42.2308, Long 25.0438 (2025/45), Lat. 42.2401, Long. 25.0556 (2025/46), Lat. 42.2037, Long. 25.0513 (2025/47), Lat. 42.1959, Long. 25.0566 (2025/48), Lat. 42.2977, Long. 24.9179 (2025/49), Lat. 42.1369, Long. 24.9082 (2025/50), Lat. 42.1481, Long. 24.9055 (2025/51), Lat. 42.2333, Long. 24.8135 (2025/52), Lat. 42.3188, Long. 24.8888 (2025/53), Lat. 42.1903, Long. 25.034 (2025/54), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/55), Lat. 42.2828, Long. 24.7528 (2025/56), Lat. 42.1061, Long. 24.8812 (2025/57), Lat. 42.2116, Long. 24.9584 (2025/58), Lat. 42.2559, Long. 24.6802 (2025/59), Lat. 41.9946, Long. 25.2278 (2025/60), Lat. 42.0248, Long. 25.096 (2025/61), Lat. 42.0341, Long. 25.1186 (2025/62), Lat. 42.0973, Long. 24.8738 (2025/63), Lat. 42.2008, Long. 25.049 (2025/64), Lat. 42.21546, Long. 24.62801 (2025/65), Lat. 42.3695, Long. 24.7158 (2025/67), Lat. 42.2753, Long. 25.1217 (2025/68), Lat. 42.2883, Long. 24.6303 (2025/69), Lat. 42.3705, Long. 24.725 (2025/70), Lat. 42.371, Long. 24.7229 (2025/71), Lat. 42.3288, Long. 24.6784 (2025/72), Lat. 42.3263, Long. 24.6724 (2025/73), Lat. 42.1929, Long. 24.635 (2025/74), Lat. 42.0567, Long. 24.7664 (2025/75), Lat. 42.1295, Long. 25.04 (2025/76), Lat. 42.3826, Long. 24.7806 (2025/77). |
24.8.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of the regions of Plovdiv, Stara Zagora, Haskovo and Pazardzhik contained within a circle of a radius of 15 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.1944, Long. 24.8528 (2025/8), Lat. 42.1823, Long. 24.8337 (2025/9), Lat. 42.1889, Long. 24.8137 (2025/10), Lat. 42.1862, Long. 24.8316 (2025/11), Lat. 42.1856, Long. 24.8456 (2025/12), Lat. 42.2312, Long. 24.9357 (2025/13), Lat. 42.2308, Long. 24.9368 (2025/14), Lat. 42.18222, Long. 24.86694 (2025/15), Lat. 42.1873, Long. 24.8456 (2025/16), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/17), Lat. 42.06, Long. 25.1658 (2025/18), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/17), Lat. 42.23, Long. 24.9391 (2025/21), Lat. 42.231703, Long. 24.938912 (2025/22), Lat. 42.2306, Long. 24.9369 (2025/23), Lat. 42.2319, Long. 24.9362 (2025/24), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/25), Lat. 42.2051, Long. 24.87314 (2025/26), Lat. 42.2069, Long. 24.78666 (2025/27), Lat. 42.233, Long. 24.9405 (2025/28), Lat. 42.2316, Long. 24.94214 (2025/29), Lat. 42.2602, Long. 24.8751 (2025/30), Lat. 42.20922, Long. 24.95578 (2025/31), Lat. 42.2089, Long. 24.9508 (2025/32), Lat. 42.2092, Long. 24.9525 (2025/33), Lat. 42.1886, Long. 24.9265 (2025/34), Lat. 42.1886, Long. 24.9265 (2025/35), Lat. 42.1925, Long. 24.9329 (2025/36), Lat. 42.200845, Long. 24.790453 (2025/39), Lat. 42.2463, Long. 24.7957 (2025/40), Lat. 42.202878, Long. 24.690226 (2025/41), Lat. 42.2829, Long. 24.9637 (2025/42), Lat. 42.2363, Long. 24.8297 (2025/43), Lat. 42.1872, Long. 24.9242 (2025/44), Lat. 42.2308, Long 25.0438 (2025/45), Lat. 42.2401, Long. 25.0556 (2025/46), Lat. 42.2037, Long. 25.0513 (2025/47), Lat. 42.1959, Long. 25.0566 (2025/48), Lat. 42.2977, Long 24.9179 (2025/49), Lat. 42.1369, Long. 24.9082 (2025/50), Lat. 42.1481, Long. 24.9055 (2025/51), Lat. 42.2333, Long. 24.8135 (2025/52), Lat. 42.3188, Long 24.8888 (2025/53), Lat. 42.1903, Long. 25.034 (2025/54), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/55), Lat. 42.2828, Long. 24.7528 (2025/56), Lat. 42.1061, Long. 24.8812 (2025/57), Lat. 42.2116, Long. 24.9584 (2025/58), Lat. 42.2559, Long. 24.6802 (2025/59), Lat. 41.9946, Long. 25.2278 (2025/60), Lat. 42.0248, Long. 25.096 (2025/61), Lat. 42.0341, Long. 25.1186 (2025/62), Lat. 42.0973, Long. 24.8738 (2025/63), Lat. 42.2008, Long. 25.049 (2025/64), Lat. 42.21546, Long. 24.62801 (2025/65), Lat. 42.3695, Long. 24.7158 (2025/67), Lat. 42.2753, Long. 25.1217 (2025/68), Lat. 42.2883, Long. 24.6303 (2025/69), Lat. 42.3705, Long. 24.725 (2025/70), Lat. 42.371, Long. 24.7229 (2025/71), Lat. 42.3288, Long. 24.6784 (2025/72), Lat. 42.3263, Long. 24.6724 (2025/73), Lat. 42.1929, Long. 24.635 (2025/74), Lat. 42.0567, Long. 24.7664 (2025/75), Lat. 42.1295, Long. 25.04 (2025/76), Lat. 42.3826, Long. 24.7806 (2025/77). excluding the areas contained in the protection zone. |
8.9.2025 |
|
|
Surveillance zone: Those parts of the regions of Plovdiv and Stara Zagora, contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.1944, Long. 24.8528 (2025/8), Lat. 42.1823, Long. 24.8337 (2025/9), Lat.42.1889, Long. 24.8137(2025/10), Lat. 42.1862, Long. 24.8316 (2025/11), Lat. 42.1856, Long. 24.8456 (2025/12), Lat. 42.2312, Long. 24.9357 (2025/13), Lat. 42.2308, Long. 24.9368 (2025/14), Lat. 42.18222, Long. 24.86694 (2025/15), Lat. 42.1873, Long. 24.8456 (2025/16), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/17), Lat. 42.06, Long. 25.1658 (2025/18), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/17), Lat. 42.23, Long. 24.9391 (2025/21), Lat. 42.231703, Long. 24.938912 (2025/22), Lat. 42.2306, Long. 24.9369 (2025/23), Lat. 42.2319, Long. 24.9362 (2025/24), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/25), Lat. 42.2051, Long. 24.87314 (2025/26), Lat. 42.2069, Long. 24.78666 (2025/27), Lat. 42.233, Long. 24.9405 (2025/28), Lat. 42.2316, Long. 24.94214 (2025/29), Lat. 42.2602, Long. 24.8751 (2025/30), Lat. 42.20922, Long. 24.95578 (2025/31), Lat. 42.2089, Long. 24.9508 (2025/32), Lat. 42.2092, Long. 24.9525 (2025/33), Lat. 42.1886, Long. 24.9265 (2025/34), Lat. 42.1886, Long. 24.9265 (2025/35), Lat. 42.1925, Long. 24.9329 (2025/36), Lat. 42.6871, Long. 25.3287 (2025/37), Lat. 42.6871, Long. 25.3287 (2025/38), Lat. 42.200845, Long. 24.790453 (2025/39), Lat. 42.2463, Long. 24.7957 (2025/40), Lat. 42.202878, Long 24.690226 (2025/41), Lat. 42.2829, Long. 24.9637 (2025/42), Lat. 42.2363, Long. 24.8297 (2025/43), Lat. 42.1872, Long. 24.9242 (2025/44), Lat. 42.2308, Long 25.0438 (2025/45), Lat. 42.2401, Long. 25.0556 (2025/46), Lat. 42.2037, Long. 25.0513 (2025/47), Lat. 42.1959, Long. 25.0566 (2025/48), Lat. 42.2977, Long 24.9179 (2025/49), Lat. 42.1369, Long. 24.9082 (2025/50), Lat. 42.1481, Long. 24.9055 (2025/51), Lat. 42.2333, Long. 24.8135 (2025/52), Lat. 42.3188, Long 24.8888 (2025/53), Lat. 42.1903, Long. 25.034 (2025/54), Lat. 42.19416, Long. 24.78666 (2025/55), Lat. 42.2828, Long. 24.7528 (2025/56), Lat. 42.1061, Long. 24.8812 (2025/57), Lat. 42.2116, Long. 24.9584 (2025/58), Lat. 42.2559, Long. 24.6802 (2025/59), Lat. 41.9946, Long. 25.2278 (2025/60), Lat. 42.0248, Long. 25.096 (2025/61), Lat. 42.0341, Long. 25.1186 (2025/62), Lat. 42.0973, Long. 24.8738 (2025/63), Lat. 42.2008, Long. 25.049 (2025/64), Lat. 42.21546, Long. 24.62801 (2025/65), Lat. 42.3695, Long. 24.7158 (2025/67), Lat. 42.2753, Long. 25.1217 (2025/68), Lat. 42.2883, Long. 24.6303 (2025/69), Lat. 42.3705, Long. 24.725 (2025/70), Lat. 42.371, Long. 24.7229 (2025/71), Lat. 42.3288, Long. 24.6784 (2025/72), Lat. 42.3263, Long. 24.6724 (2025/73), Lat. 42.1929, Long. 24.635 (2025/74), Lat. 42.0567, Long. 24.7664 (2025/75), Lat. 42.1295, Long. 25.04 (2025/76), Lat. 42.3826, Long. 24.7806 (2025/77). |
25.8.2025 – 8.9.2025 |
|
|
Ir-reġjun ta’ Stara Zagora BG-CAPRIPOX-2025-00037 BG-CAPRIPOX-2025-00038 |
Protection zone: Those parts of the region of Stara Zagora, contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.6871, Long. 25.3287 (2025/37), Lat. 42.6871, Long. 25.3287 (2025/38). |
17.8.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of the regions of Stara Zagora and Gabrovo contained within a circle of a radius of 15 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.6871, Long. 25.3287 (2025/37), Lat. 42.6871, Long. 25.3287 (2025/38), excluding the areas contained in the protection zone. |
1.9.2025 |
|
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Stara Zagora, contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.6871, Long. 25.3287 (2025/37), Lat. 42.6871, Long. 25.3287 (2025/38). |
18.8.2025-1.9.2025 |
|
|
Ir-reġjun ta’ Haskovo BG-CAPRIPOX-2025-00066 |
Protection zone: Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.7227, Long. 26.325 (2025/66). |
24.8.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 15 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.7227, Long. 26.325 (2025/66), excluding the areas contained in the protection zone. |
8.9.2025 |
|
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.7227, Long. 26.325 (2025/66). |
25.8.2025 -8.9.2025 |
Parti B: Żoni ristretti ulterjuri
|
Żona ristretta ulterjuri |
Reġjun |
Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Bulgarija, kif imsemmi fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 1 |
Ir-reġjun ta’ Plovdiv |
The entire region of Plovdiv excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
8.9.2025 |
|
Ir-reġjun ta’ Haskovo |
The municipalities of Dimitrovgrad, and Mineralni Bani, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
||
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 2 |
Ir-reġjun ta’ Stara Zagora |
The municipalities of Pavel Bajna, Kazanlak, Bratja Daskalovi and Cirpan, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
1.9.2025 |
|
Ir-reġjun ta’ Gabrovo |
The entire region of Gabrovo, excluding the areas included in any protection or surveillance zone |
ANNESS II
|
Żona |
Reġjun |
Żoni msemmija fl-Artikolu 3 |
Data sa meta applikabbli |
|
Żona Nru 1 |
Ir-reġjun ta’ Plovdiv |
The entire region of Plovdiv. |
9.9.2025-8.10.2025 |
|
Ir-reġjun ta’ Haskovo |
The municipalities of Dimitrovgrad, and Mineralni Bani. |
||
|
Żona Nru 2 |
Ir-reġjun ta’ Stara Zagora |
The municipalities of Pavel Bajna, Kazanlak, Bratja Daskalovi and Cirpan. |
2.9.2025-1.10.2025 |
|
Ir-reġjun ta’ Gabrovo |
The entire region of Gabrovo. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1483/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)