This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D1284
Council Decision (CFSP) 2025/1284 of 26 June 2025 amending Decision 2013/354/CFSP on the European Union Police Mission for the Palestinian Territories (EUPOL COPPS)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1284 tas-26 ta’ Ġunju 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1284 tas-26 ta’ Ġunju 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
ST/9354/2025/INIT
ĠU L, 2025/1284, 27.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1284/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1284 |
27.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1284
tas-26 ta’ Ġunju 2025
li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-3 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1), li kompliet il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) mill-1 ta’ Lulju 2013 ’il quddiem. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1813 (2), li estendiet il-mandat tal-EUPOL COPPS sat-30 ta’ Ġunju 2025. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Marzu 2025, il-Kunsill Ewropew tenna li l-Unjoni Ewropea għadha impenjata bis-sħiħ għal paċi dejjiema u sostenibbli bbażata fuq is-soluzzjoni ta’ żewġ stati u hija lesta li tikkontribwixxi għall-isforzi kollha lejn dik is-soluzzjoni, u appella lill-partijiet kollha biex iżommu lura minn azzjonijiet li jimminaw il-vijabbiltà tagħha. Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll li l-Unjoni ser tkompli taħdem mas-sħab reġjonali u internazzjonali għal dak l-għan u ser tkompli tappoġġa lill-Awtorità Palestinjana u l-aġenda ta’ riforma tagħha. |
|
(4) |
Fit-30 ta’ April 2025, fil-kuntest tar-rieżami strateġiku koordinat tal-EUPOL COPPS u tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah), il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li l-mandati taż-żewġ missjonijiet jenħtieġ li jiġu estiżi sat-30 ta’ Ġunju 2027. |
|
(5) |
B’kont meħud tal-informazzjoni pprovduta minn Iżrael u l-Awtorità Palestinjana, jenħtieġ li l-EUPOL COPPS tiġi estiża b’sena. |
|
(6) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2013/354/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
L-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tfixkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 12(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma’ EUPOL COPPS għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026 għandu jkun ta’ EUR 13 315 915,25.” ; |
|
(2) |
fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2026.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2025.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12, ELI: http://data.europ a.eu/eli/dec/2013/354/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1813 tal-25 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L, 2024/1813, 26.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1813/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1284/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)