This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D0868
Council Decision (EU) 2025/868 of 23 April 2025 on the position to be taken on behalf of the European Union at the twelfth meeting of the Conference of the Parties to the Stockholm Convention on Persistent Organic Pollutants as regards the requests for extension of specific exemptions and the proposals for amendment of Annex A to that Convention
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/868 tat-23 ta’ April 2025 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes fir-rigward tat-talbiet għall-estensjoni ta’ eżenzjonijiet speċifiċi u tal-proposti għall-emendar tal-Anness A ta’ dik il-Konvenzjoni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/868 tat-23 ta’ April 2025 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes fir-rigward tat-talbiet għall-estensjoni ta’ eżenzjonijiet speċifiċi u tal-proposti għall-emendar tal-Anness A ta’ dik il-Konvenzjoni
ST/7111/2025/REV/1
ĠU L, 2025/868, 12.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/868/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/868 |
12.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/868
tat-23 ta’ April 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes fir-rigward tat-talbiet għall-estensjoni ta’ eżenzjonijiet speċifiċi u tal-proposti għall-emendar tal-Anness A ta’ dik il-Konvenzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (1) (il-“Konvenzjoni”) daħlet fis-seħħ fis-17 ta’ Mejju 2004 u ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (2). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni (il-“Konferenza tal-Partijiet”) għandha s-setgħa telenka sustanzi kimiċi fl-Annessi A, B u/jew C tal-Konvenzjoni u tispeċifika l-miżuri tal-kontroll relatati ma’ tali sustanzi kimiċi. |
|
(3) |
Fit-12-il laqgħa tagħha, il-Konferenza tal-Partijiet hija mistennija tadotta deċiżjonijiet biex telenka aktar sustanzi kimiċi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. |
|
(4) |
Sabiex saħħet il-bniedem u l-ambjent jitħarsu minn aktar rilaxxi ta’ paraffini klorurati b’tulijiet tal-katina tal-karbonju fil-medda C14–17 u b’livelli ta’ klorinazzjoni ta’ 45 fil-mija jew aktar ta’ kloru skont il-piż, ta’ klorpirifos u ta’ aċidi perfluworokarbossiliċi b’katina twila, tal-imlieħ tagħhom u tal-komposti relatati, huwa neċessarju li jitnaqqsu jew jiġu eliminati l-produzzjoni u l-użu ta’ dawk is-sustanzi kimiċi fil-livell globali u li jiġi appoġġat l-elenkar tagħhom fl-annessi rilevanti tal-Konvenzjoni. |
|
(5) |
Peress li l-Kumitat ta’ Rieżami tal-Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (Persistent Organic Pollutants Review Committee, POPRC) identifika l-ħtieġa ta’ ċerti eżenzjonijiet speċifiċi għal kull waħda mit-tliet sustanzi kimiċi biex jingħata daqsxejn taż-żmien għat-tneħħija gradwali tal-użu tagħhom, fosthom billi jiġu identifikati xi alternattivi, jenħtieġ li jingħataw ċerti eżenzjonijiet speċifiċi bi żmien limitat, li wħud minnhom huma meħtieġa mill-Unjoni. |
|
(6) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjonijiet speċifiċi għall-paraffini klorurati b’tulijiet tal-katina tal-karbonju fil-medda C14–17 u b’livelli ta’ klorinazzjoni ta’ 45 fil-mija jew aktar ta’ kloru skont il-piż irrakkomandati mill-POPRC ma jkoprix l-użi kollha li huma meħtieġa mill-Unjoni qabel ma titlesta t-tranżizzjoni lejn alternattivi oħra, u għalhekk l-Unjoni jenħtieġ li titlob iż-żieda ta’ eżenzjonijiet speċifiċi għall-użu f’ċerti applikazzjonijiet tad-difiża u ajruspazjali, bħal kisi, lubrikanti, u munizzjon u l-imballaġġ tiegħu u, fejn meħtieġ, dati tal-iskadenza itwal għall-identifikazzjoni ta’ alternattivi u s-sostituzzjoni f’dawk is-setturi ferm regolati. |
|
(7) |
Sabiex jitħalla żmien raġonevoli biex jiġu identifikati alternattivi u jintużaw ċerti spare parts fis-settur tal-avjazzjoni, jista’ jkun hemm il-bżonn li l-UV-328 jibqa’ jkun permess jintuża f’inġenji tal-ajru ċivili u militari inkluż fi spare parts rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-proposta mir-Repubblika Demokratika Federali tal-Etjopja li tiżdied l-eżenzjoni speċifika rispettiva mill-entrata dwar l-UV-328 fl-Anness A tal-Konvenzjoni, li jenħtieġ li tkun qasira kemm jista’ jkun biex tiġi żgurata t-tneħħija gradwali rapida tal-użu tal-UV-328. |
|
(8) |
Ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Partijiet (3) li wara l-projbizzjoni fuq il-manifattura, l-importazzjoni u l-introduzzjoni fis-suq tal-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA, l-aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS), l-imlieħ tiegħu u l-fluworur tas-sulfuril tal-perfluworoottan għall-użu fil-fowms għat-tifi tan-nar fil-Korea, għad għandha ħażniet ta’ dawk il-fowms u li jista’ jkollha bżonn aktar żmien biex timmaniġġa dawk il-ħażniet b’mod li jirrispetta l-ambjent. Dawk il-ħażniet jistgħu jintużaw matul dak il-perjodu f’impjanti petrokimiċi, ajruporti, jew siti oħra, fil-każ ta’ nirien kbar u l-alternattivi disponibbli ma jkunux effettivi biżżejjed. Sabiex ir-Repubblika tal-Korea tingħata aktar żmien biex gradwalment tintroduċi alternattivi u meta jitqies li t-talba mir-Repubblika tal-Korea biex testendi d-data ta’ skadenza ta’ dawk l-eżenzjonijiet speċifiċi, li ser japplikaw biss għar-Repubblika tal-Korea bħala l-Parti rikjedenti, tikkonforma mal-proċess ta’ rieżami adottat fid-Deċiżjoni SC 4/3 u SC 7/1, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa dik it-talba. |
|
(9) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-tnax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet, billi d-deċiżjonijiet ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni jew kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni, jiġifieri r-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (il-“Konferenza tal-Partijiet”), filwaqt li jitqiesu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kumitat ta’ Rieżami tal-Pollutanti Organiċi Persistenti (POPRC), għandha tkun din li ġejja:
|
(a) |
li jiġi appoġġat l-elenkar tal-paraffini klorurati b’tulijiet tal-katina tal-karbonju fil-medda C14–17 u b’livelli ta’ klorinazzjoni ta’ 45 fil-mija jew aktar ta’ kloru skont il-piż fl-Anness A, bl-eżenzjonijiet speċifiċi rrakkomandati mill-POPRC (5), u li jintalbu eżenzjonijiet speċifiċi addizzjonali għall-użu f’ċerti applikazzjonijiet tad-difiża u ajruspazjali, bħal kisi, lubrikanti, u munizzjon u l-imballaġġ tiegħu, u estensjoni tad-dati tal-iskadenza għal xi eżenzjonijiet għall-applikazzjonijiet ajruspazjali u tad-difiża sal-2041, b’estensjoni possibbli ta’ din id-data tal-iskadenza sa tmiem il-ħajja tat-tagħmir u tal-ispare parts jekk dawk is-sustanzi jintużaw f’tali applikazzjonijiet; |
|
(b) |
li jiġi appoġġat l-elenkar tal-klorpirifos fl-Anness A, bl-eżenzjonijiet speċifiċi rrakkomandati mill-POPRC (6); |
|
(c) |
li jiġi appoġġat l-elenkar tal-aċidi perfluworokarbossiliċi b’katina twila, tal-imlieħ tagħhom u tal-komposti relatati fl-Anness A, bl-eżenzjonijiet speċifiċi rrakkomandati mill-POPRC (7). |
Artikolu 2
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għandha tkun li tappoġġa l-proposta ppreżentata mir-Repubblika Demokratiki Federali tal-Etjopja biex jiġi emendat l-Anness A tal-Konvenzjoni billi tiżdied eżenzjoni speċifika għal ċerti użi limitati tal-UV-328 f’inġenji tal-ajru ċivili u militari inkluż fi spare parts rilevanti, dment li l-eżenzjoni tapplika għal perjodu qasir kemm jista’ jkun u ma taqbiżx il-ħames snin.
Artikolu 3
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għandha tkun li tiġi aċċettata t-talba mressqa mir-Repubblika tal-Korea biex tiġi estiża d-data tal-iskadenza tal-eżenzjonijiet speċifiċi, li ser japplikaw biss għar-Repubblika tal-Korea bħala l-Parti rikjedenti, għall-użu tal-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), tal-imlieħ tiegħu u tal-komposti relatati mal-PFOA, tal-aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS), tal-imlieħ tiegħu u tal-fluworur tas-sulfuril tal-perfluworoottan għall-użu fil-fowms għat-tifi tan-nar għas-soppressjoni tal-fwar minn fjuwils likwidi u nirien ta’ fjuwils likwidi (Nirien tal-Klassi B) f’sistemi installati, inkluż sistemi kemm mobbli kif ukoll fissi.
Artikolu 4
Bidliet li jirfinaw il-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3, fid-dawl tal-iżviluppi tat-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet li jista’ jkun hemm qbil dwarhom mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri waqt il-laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/2006/507/oj
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/2006/507/oj).
(3) SC/COMM/01.2025/2.
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1021/oj).
(5) POPRC-20/2.
(6) POPRC-20/1.
(7) POPRC-20/3.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/868/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)