Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025D0700

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/700 tas-7 ta’ April 2025 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

ST/7409/2025/INIT

ĠU L, 2025/700, 8.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/700/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/700/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/700

8.4.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/700

tas-7 ta’ April 2025

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fl-24 ta' Frar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/394 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2014/512/PESK u introduċiet aktar miżuri restrittivi biex jiġu sospiżi l-attivitajiet tax-xandir fl-Unjoni, jew diretti lejn l-Unjoni, ta' ċerti mezzi tal-media elenkati fil-punt (3) tal-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2025/394. Skont l-Artikolu 1, il-punt (30) tad-Deċiżjoni (PESK) 2025/394, l-applikabbiltà ta' tali miżuri fir-rigward ta' wieħed jew diversi minn dawk il-mezzi tal-media hija soġġetta għal deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.

(3)

Wara li eżamina l-każijiet rispettivi, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li japplikaw mid-9 ta' April 2025 fir-rigward tal-entitajiet kollha elenkati fil-punt (3) tal-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2025/394,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandhom japplikaw mid-9 ta' April 2025 fir-rigward tal-entitajiet kollha elenkati fil-punt (3) tal-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2025/394.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ April 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARANOWSKI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/512/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/394 tal-24 ta' Frar 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L, 2025/394, 24.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/394/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/700/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top