This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D0643
Council Decision (EU) 2025/643 of 24 March 2025 on the conclusion, on behalf of the European Union, of the Protocol (2024-2029) implementing the Fisheries Partnership Agreement between the European Community and the Republic of Cabo Verde
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/643 tal-24 ta’ Marzu 2025 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/643 tal-24 ta’ Marzu 2025 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde
ST/11267/2024/INIT
ĠU L, 2025/643, 28.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/643/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/643/oj
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/643 |
28.3.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/643
tal-24 ta’ Marzu 2025
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2152 (2), il-Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Lulju 2024, soġġett li jiġi konkluż f’data iktar tard. |
|
(2) |
Il-Protokoll għandu l-objettivi li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde u li jippermetti lill-Unjoni u lil Cabo Verde jaħdmu flimkien mill-qrib biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde. Dik il-kooperazzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni. |
|
(4) |
F’konformità mat-Trattati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 18 tal-Protokoll. |
|
(5) |
L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (3) (“il-Ftehim”) jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll. Dan il-Kumitat Konġunt għandu s-setgħa li japprova ċerti emendi għall-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali. |
|
(6) |
Jenħtieġ li jkun il-Kunsill li jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni meta jiġu proposti l-emendi għall-Protokoll. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati għajr jekk minoranza ta’ Stati Membri li timblokka toġġezzjona għalihom f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u ta opinjoni fil-5 ta’ Lulju 2024, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde huwa approvat f’isem l-Unjoni Ewropea (5).
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha, f’isem l-Unjoni, tagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 18 tal-Protokoll, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll (6).
Artikolu 3
Skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li jadotta l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
C. SIEKIERSKI
(1) Approvazzjoni tal-11 ta’ Frar 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2152 tal-15 ta’ Lulju 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (ĠU L, 2024/2152, 21.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2152/oj).
(3) Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 3).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(5) It-test tal-Protokoll għandu jiġi ppubblikat fil-ĠU L, 2024/2151, 21.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2024/2151/oj.
(6) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
PROĊEDURA BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI TAL-PROTOKOLL LI L-KUMITAT KONĠUNT GĦANDU JADOTTA
Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi tal-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Ftehim u mal-Artikoli 6 u 9 tal-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni li ssir f’isem l-Unjoni:
|
|
(2) |
Qabel ma l-Kummissjoni tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżentahom lill-Kunsill fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt. |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-emendi proposti jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti fil-punt 1. |
|
(4) |
Sakemm ma jkunx hemm għadd ta’ Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li joġġezzjonaw għall-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tapprovahom f’isem l-Unjoni. Jekk ikun hemm din il-minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni. |
|
(5) |
Jekk, waqt laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil, anki dak il-ħin stess, il-kwistjoni għandha tintbagħat lura lill-Kunsill f’konformità mal-proċedura stipulata fil-punti (2) sa (4), biex jitqiesu l-fatturi ġodda fid-deċiżjoni dwar il-pożizzjoni li tkun trid tieħu l-UE. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fiż-żmien dovut, il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni. |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet oħrajn li ma jikkonċernawx emendi tal-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Ftehim u mal-Artikoli 6 u 9 tal-Protokoll, il-pożizzjoni li l-Unjoni għandha tieħu fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita f’konformità mat-Trattati u mal-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/643/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)