This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D0461
Commission Implementing Decision (EU) 2025/461 of 10 March 2025 postponing the expiry date of the approval of aluminium phosphide releasing phosphine for use in biocidal products of product-type 20 in accordance with Regulation (EU) No 528/2012 of the European Parliament and of the Council
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/461 tal-10 ta’ Marzu 2025 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/461 tal-10 ta’ Marzu 2025 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2025/1438
ĠU L, 2025/461, 11.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/461/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/461 |
11.3.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/461
tal-10 ta’ Marzu 2025
li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
(1) |
Il-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina ġie approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2013 (2), soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
L-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 (“l-approvazzjoni”) se tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2025. Fis-26 ta’ Frar 2020, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni (“l-applikazzjoni”). |
(3) |
Fis-16 ta’ Ġunju 2020, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tal-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li kienet iddeċidiet, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni kienet meħtieġa. Skont l-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li tevalwa trid twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni fi żmien 365 jum mill-validazzjoni tagħha. |
(4) |
L-awtorità kompetenti li tevalwa tista’, skont il-każ, teżiġi li l-applikant jipprovdi biżżejjed data biex titwettaq l-evalwazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ 365 jum jiġi sospiż għal perjodu li ma jistax jaqbeż il-180 jum b’kollox, sakemm ma tkunx iġġustifikata sospensjoni itwal minħabba n-natura tad-data rikjesta jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali. |
(5) |
Fi żmien 270 jum minn meta tirċievi rakkomandazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi trid tħejji u tippreżenta opinjoni lill-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva f’konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(6) |
Għaldaqstant, għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikant, l-approvazzjoni aktarx tiskadi qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħha. Għalhekk, jixraq li d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tiġi posposta għal perjodu twil biżżejjed biex l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi eżaminata. Wara li tqiesu l-limiti ta’ żmien għall-evalwazzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tal-opinjoni tagħha u ż-żmien meħtieġ biex il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk iġġeddidx l-approvazzjoni, jenħtieġ li d-data tal-iskadenza tiġi posposta għall-31 ta’ Jannar 2026. |
(7) |
Wara l-posponiment tad-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, il-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina jibqa’ approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2013 hija posposta għall-31 ta’ Jannar 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1034/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/461/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)