This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D0410
Commission Implementing Decision (EU) 2025/410 of 26 February 2025 amending Decision 2013/713/EU setting up ECRIN-ERIC (notified under document C(2025) 1189)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/410 tas-26 ta’ Frar 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2013/713/UE li tistabbilixxi l-ECRIN-ERIC (notifikata bid-dokument C(2025)1189)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/410 tas-26 ta’ Frar 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2013/713/UE li tistabbilixxi l-ECRIN-ERIC (notifikata bid-dokument C(2025)1189)
C/2025/1189
ĠU L, 2025/410, 28.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/410/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/410 |
28.2.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/410
tas-26 ta’ Frar 2025
li temenda d-Deċiżjoni 2013/713/UE li tistabbilixxi l-ECRIN-ERIC
(notifikata bid-dokument C(2025)1189)
(It-testi biċ-Ċek, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bit-Taljan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 (2). |
|
(2) |
In-Network ta’ Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka Klinika ġie stabbilit bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ECRIN-ERIC, European Clinical Research Infrastructure Network - European Research Infrastructure Consortium) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/713/UE (3). |
|
(3) |
Fil-25 ta’ Settembru 2023, fit-23 ta’ Novembru 2023 u fis-17 ta’ Mejju 2024, l-ECRIN-ERIC ressaq proposta lill-Kummissjoni biex jemenda l-Istatuti tiegħu f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. |
|
(4) |
Xi emendi li jikkonċernaw bidliet minuri fid-drittijiet tal-membri u tal-osservaturi, fil-governanza, fil-politika tad-data, fil-proċedura tal-emenda, fid-definizzjoni tas-sħab xjentifiċi, fil-lista aġġornata tal-membri u tal-osservaturi u fil-lista aġġornata tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji (lista bil-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ kull membru u osservatur), daħlu fis-seħħ f’konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. |
|
(5) |
Xi emendi oħra, li jintroduċu bidliet minuri fid-deskrizzjoni tal-kompiti u l-attivitajiet, fil-governanza li taffettwa l-politika ta’ evalwazzjoni xjentifika, fid-deskrizzjoni tal-proċedura ta’ stralċ u fil-politika dwar it-tixrid, jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istatuti tal-ECRIN-ERIC annessi mad-Deċiżjoni 2013/713/UE huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Ellenika, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lir-Repubblika Taljana, lir-Renju tan-Norveġja, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika Slovakka, lir-Renju ta’ Spanja u lill-Konfederazzjoni Żvizzera.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Ekaterina ZAHARIEVA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/723/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 tal-20 ta’ Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet [2016/755] (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 85, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/755/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/713/UE tad-29 ta’ Novembru 2013 dwar it-twaqqif tan-Network ta’ Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka Klinika (ECRIN) bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ECRIN-ERIC) (ĠU L 324, 5.12.2013, p. 8, http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/713/oj).
ANNESS
L-Istatuti tal-ECRIN-ERIC annessi mad-Deċiżjoni 2013/713/UE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 9(2) huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 20: “Artikolu 20a Politika dwar it-tixrid 1. L-ECRIN-ERIC għandu jieħu l-azzjonijiet kollha xierqa biex jippromwovi l-infrastruttura u l-użu tagħha fir-riċerka u fl-edukazzjoni. 2. L-ECRIN-ERIC għandu jippromwovi t-tixrid u l-kondiviżjoni tar-riżultati miksuba minn studji kliniċi multinazzjonali appoġġati mill-ECRIN-ERIC, u ta’ kwalunkwe għodda, proċedura jew metodoloġija żviluppata b’kontribut tal-ECRIN-ERIC. 3. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe drittijiet tal-proprjetà, l-ECRIN-ERIC għandu jitlob lill-utenti tiegħu jippubblikaw ir-riżultati tar-riċerka tagħhom u jagħmlu r-riżultati tagħhom disponibbli permezz tal-ECRIN-ERIC. 4. Il-politika ta’ tixrid għandha tidentifika d-diversi gruppi ta’ mira, inkluż il-pazjenti, u l-ECRIN-ERIC għandu juża diversi mezzi biex jilħaq l-udjenzi fil-mira, bħal pereżempju portali tal-web, midja soċjali, bullettini, workshops, preżenza fil-konferenzi, artikli f’ġurnali u f’gazzetti ta’ kuljum. 5. L-ECRIN-ERIC għandu jippromwovi politika tax-Xjenza Miftuħa, kif ukoll il-kondiviżjoni u l-użu sekondarju tad-data kollha ġġenerata bl-appoġġ tal-ECRIN-ERIC skont il-prinċipju FAIR (Traċċabbli, Aċċessibbli, Interoperabbli u Riutilizzabbli), u f’konformità mal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/410/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)