Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025D03468

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 2025 li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Polonja

ST/9734/2025/INIT

ĠU C, C/2025/3468, 26.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3468/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3468/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3468

26.6.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Ġunju 2025

li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Polonja

(C/2025/3468)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-28 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Agnieszka WOLSKA, sar vakanti siġġu bħala membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern.

(3)

Il-Gvern tal-Polonja ddeżinja kandidata għall-post vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Katarzyna BUSZKIEWICZ-SEFERYŃSKA hija maħtura membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sa Agnieszka WOLSKA għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. DZIEMIANOWICZ-BAK


(1)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 19).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3468/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top