This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D0323
Commission Implementing Decision (EU) 2025/323 of 11 February 2025 concerning certain emergency measures relating to foot and mouth disease in Germany and repealing Implementing Decision (EU) 2025/186 (notified under document C(2025) 1015)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/323 tal-11 ta’ Frar 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Ġermanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/186 (notifikata bid-dokument C(2025) 1015)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/323 tal-11 ta’ Frar 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Ġermanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/186 (notifikata bid-dokument C(2025) 1015)
C/2025/1015
ĠU L, 2025/323, 12.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/323/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/323 |
12.2.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/323
tal-11 ta’ Frar 2025
dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Ġermanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/186
(notifikata bid-dokument C(2025) 1015)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1)(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija marda virali infettiva li taffettwa lill-mammiferi tal-ordni artjodattili u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’annimali tal-ispeċijiet elenkati, hemm riskju serju li dik il-marda tinfirex lejn stabbilimenti oħra li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. L-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/186 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Ġermanja b’reazzjoni għat-tifqigħa kkonfermata fl-10 ta’ Jannar 2025 fl-istat federali ta’ Brandenburg, qrib il-fruntiera ta’ dak l-istat mal-istat federali ta’ Berlin. Aktar speċifikament, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/186 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li jridu jiġu stabbiliti mill-Ġermanja fl-istat federali ta’ Brandenburg, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara dik it-tifqigħa, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/186, il-miżuri ta’ emerġenza li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ristretti, u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, ġew rieżaminati. B’konsegwenza ta’ dan, it-tul ta’ żmien ta’ dawk il-miżuri hemm bżonn li jiġi estiż. Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Ġermanja, jenħtieġ li jiġu ddefiniti kemm mil-lat ta’ spazju u kif ukoll mil-at ta’ żmien fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda fil-Ġermanja u fil-bqija tal-Unjoni, kif ukoll lejn pajjiżi terzi. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi pprovduta ċarezza dwar l-ambitu eżatt ta’ dawn iż-żoni, kif ukoll dwar il-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, billi jiġu stabbiliti f’att legali tal-Unjoni sabiex jiġi evitat tfixkil mhux ġustifikat fil-movimenti tal-annimali u tal-prodotti fl-Unjoni, kif ukoll lejn pajjiżi terzi. |
|
(6) |
Barra minn hekk, meta jitqies li l-investigazzjoni epidemjoloġika li għaddejja għadha qed titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-Ġermanja, u sakemm tiġi konkluża, u sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil mhux ġustifikat fir-rigward tal-movimenti tal-annimali u tal-prodotti fl-Unjoni, kif ukoll lejn pajjiżi terzi, jixraq li jiġu applikati aktar miżuri, jiġifieri dawk li huma applikabbli għal żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara l-iskadenza tal-miżuri ta’ emerġenza fiż-żona ta’ sorveljanza (il-miżuri ulterjuri). Jenħtieġ li l-miżuri ulterjuri jiġu applikati f’żona definita kemm mil-lat ta’ spazju u kif ukoll mil-at ta’ żmien fir-rigward taż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza previsti qabel. |
|
(7) |
Bl-istess mod, biex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġi evitat kwalunkwe ostaklu mhux ġustifikat għall-kummerċ mill-pajjiżi terzi, hemm bżonn li, fil-livell tal-Unjoni, jiġu rieżaminati malajr il-miżuri applikabbli fiż-żoni ristretti għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, li jinkludu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll li jiġu previsti miżuri ulterjuri li għandhom jiġu applikati, fl-istati federali ta’ Berlin u ta’ Bradenburg fil-Ġermanja b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/186 titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ġermanja għandha tiżgura li:
|
(a) |
jiġu stabbiliti immedjatament mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru żoni ristretti li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(b) |
iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza msemmija fil-punt (a) jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
il-miżuri meħtieġa li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Il-Ġermanja għandha tapplika l-miżuri li huma applikabbli għal żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fiż-żona elenkata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u sad-dati stabbiliti fih.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/186 titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/186 tal-24 ta’ Jannar 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Ġermanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/87 (ĠU L, 2025/186, 28.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/186/oj).
ANNESS I
Żoni ristretti stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fil-Ġermanja msemmija fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
DE-FMD-2025-00001 |
Żona ta’ protezzjoni għat-tifqigħa DE-FMD-2025-00001: Brandenburg: Landkreis Märkisch-Oderland:
Landkreis Barnim:
Berlin: Teile des Bezirks Marzahn-Hellersdorf :
|
11.2.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza għat-tifqigħa DE-FMD-2025-00001: Brandenburg: Landkreis Märkisch-Oderland:
Landkreis Oder-Spree:
Berlin:
|
11.2.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza għat-tifqigħa DE-FMD-2025-00001: Brandenburg:
|
12.2.2025 – 24.2.2025 |
ANNESS II
|
Deskrizzjoni taż-żona msemmija fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Brandenburg: Diejenigen Teile des Bundeslands Brandenburg, die innerhalb eines Umkreises von sechs Kilometern um folgende ETRS89-Koordinaten liegen: Breitengrad 52.563232, Längengrad 13.634274. Landkreis Märkisch-Oderland:
Landkreis Barnim:
Berlin: Bezirk Lichtenberg:
Bezirk Marzahn-Hellersdorf:
|
25.2.2025-11.4.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/323/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)