Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025D0200

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/200 tat-28 ta’ Jannar 2025 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2025)

ST/5107/2025/INIT

ĠU L, 2025/200, 30.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/200/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2026

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/200/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/200

30.1.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/200

tat-28 ta’ Jannar 2025

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”).

(2)

Fil-25 ta’ Jannar 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/431 (2), li testendi l-mandat tas-Sur Peter KOLDING bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Frar 2024 sal-31 ta’ Jannar 2025.

(3)

Fid-19 ta’ Diċembru 2024, ir-Rappreżentant Għoli ppropona l-estensjoni tal--mandat tas-Sur Peter KOLDING bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Frar 2025 sal-31 ta’ Jannar 2026, sakemm jiġi estiż il-mandat tal-EUCAP Sahel Mali.

(4)

Fis-27 ta’ Jannar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/166 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK u li testendi l-mandat tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Frar 2025 sal-31 ta’ Jannar 2027,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Peter KOLDING bħala l-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) huwa estiż mill-1 ta’ Frar 2025 sal-31 ta’ Jannar 2026.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/219/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/431 tal-25 ta’ Jannar 2024 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2024) (ĠU L, 2024/431, 30.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/431/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/166 tas-27 ta’ Jannar 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L, 2025/166, 28.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/166/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/200/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top